23.6.15

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – EMPLOYMENT COMMITTEE MEETING





16824. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15516, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss fl-Employment Committee Meeting (EMCO) fis-sessjonijiet kollha tal-2014 li għalihom attendew uffiċjali tal-Ministeru?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Employment Committee tal-2014 iddiskuta suġġetti varji fosthom il-Garanzija taż-Żgħażagħ, ir-Rakkomandazzjoniet Speċifiċi tal-Pajjiżi tal-2014 u l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-2013, riformi fil-qasam tax-xogħol u dak soċjali li jkunu ħadu l-pajjiżi differenti, il-mekkaniżmi tal-Joint Employment Report u l-Employment Performance Monitor. Saru wkoll reviews differenti fuq suġġetti bħal dawk fuq l-edukazzjoni vokazzjonali, ħaddiema anzjani, il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol, kif ukoll taxxi u spejjeż relatati max-xogħol u wage setting.

Seduta  280
23/06/2015

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...