26.10.16

PENSJONANTI LI KIENU QED JIRĊIEVU PENSJONI MHUX KONTRIBUTORJA.





27389. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu n-numru ta’ pensjonanti f’pajjiżna li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016  kienu qed jirċievu pensjoni mhux kontributorja?

18/08/2016

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, in-numru ta’ pensjonanti li kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja, sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.

Pensjoni Mhux Kontributorja
Statistika sal-aħħar ta’ Awwissu 2016
Tip ta' Pensjoni
Pensjonanti
Pensjoni tal-Età (AP)
4,866
Pensjoni ta’ Di¿abilità (BLD)
297
Pensjoni ta’ Di¿abilità (HP)
2,122
Pensjoni tal-Wens (PW)
85
Pensjoni ta’ Diżabilità (SHP)
803
Total
8,173

Seduta  431
25/10/2016

JOBSPLUS - SPEZZJONIJIET



27286. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ispettorat fil-Jobsplus u kemm kien hemm infrazzjonijiet tul din is-sena?

05/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Jannar 2016 sa Settembru 2016, l-ispetturi ta’ Jobsplus għamlu 4602 spezzjoni fuq postijiet tax-xogħol u li fihom intervistaw 8607 ħaddiem. Dawn l-ispezzjonijiet irriżultaw f’2861 infrazzjoni.

Seduta  431
25/10/2016

EUROPEAN SOCIAL FUND – JOBSPLUS - PROĠETTI



27285. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid x’proposti u proġetti mill-European Social Fund qed jiġu implimentati preżentement mill-Jobsplus u jekk hux se jkun hemm oħrajn ġodda għas-sena li ġejja?

05/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li qed jiġu implimentati preżentement jew li mistennija jibdew iktar tard jinkludu:

·              Training for Employment;
·              Access to Employment;
·              Work Programme;
·              Investing in Skills;
·              VASTE Programme;
·              Youth Guarantee 2.0

Seduta  431
25/10/2016

FLEMISH PUBLIC EMPLOYMENT SERVICES



27284. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid minn meta bdiet topera s-sistema tal-Flemish Public Employment Services u jista’ jindika wkoll x’riżultati waslet għalihom?

05/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Job Matching System il-ġdida bdiet taħdem mill-4 ta’ Lulju 2016. Għaldaqstant, infurmat li għadu kmieni wisq biex wieħed jagħmel evalwazzjoni serja tar-riżultati li ħarġu mit-tħaddim ta’ din is-sistema.

Seduta  431
25/10/2016

MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA – UFFIĊĊJU TAL-OMBUDSMAN - TALBIET



27283. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru talbiet lill-Uffiċċju tal-Ombudsman mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-Ministeru, tal-korporazzjonijiet, u tad-dekasteru li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima? Jista’ jindika l-eżitu ta’ dawn it-talbiet?

05/08/2016

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Ottubru 2015 sat-30 ta’ Settembru 2016 ma saru l-ebda talbiet mill-Uffiċċju tal-Ombudsman.

Seduta  431
25/10/2016

MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI – VJAĠĠI



27282. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25874 dwar kemm saru spejjeż tul is-sena li għaddiet u din is-sena sa Mejju 2016 in konnessjoni ma’ vjaġġi mill-Ministeru? Jista’ jinforma lill-Kamra kemm-il darba siefer f’dan il-perjodu u għal liema raġuni jew inizjattiva?

05/08/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża totali mill-Ministeru fis-sena 2015, eskluż l-entitajiet kienet ta’ € 134,030.07. Filwaqt li bejn Jannar u Mejju 2016 l-ispiża kienet ta’ € 119,899.94. Tajjeb jingħad li safar tal-AVSEC u l-uffiċju tar-Ref Comm huma nklużi f’dawn l-ammonti.

Ninfurmak li sifirt 28 darba. Ir-raġunijiet kienu marbuta mal-unjoni ewropea u laqgħat bilaterali.

Seduta  431
25/10/2016

HOUSEHOLD BUDGETARY SURVEY



27395. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema stadju jinsab il-kumpilazzjoni tal-istatistika marbuta mal-Household Budgetary Survey li jmiss?

18/08/2016

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ġbir tal-informazzjoni għall-Household Budgetary Survey beda f’Marzu 2015 u ntemm f’April 2016. L-ewwel fażi ta’ iċċekkjar tal-informazzjoni miġbura dwar in-nefqa tal-familji beda eżatt wara li ntemm il-ġbir tal-informazzjoni u bħalissa dan l-iċċekjar tad-data qiegħed fi stadju avvanzat.  Wara din il-fażi ssir l-analiżi tal-informazzjoni miġbura u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jkun jista’ jikkompila l-ewwel stimi tan-nefqa tal-familji. Ir-rapport sħiħ jiġi ppublikat f'nofs l-2017.

Seduta  433
26/10/2016

JOBSPLUS - NEFQA



27394. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għalfejn kien hemm żieda doppja fl-infiq tat-tindif (cleaning) mill-korporazzjoni ETC, illum Jobsplus, bejn is-sena 2014 fejn intefaq €71,369 u s-sena 2015 fejn intefqu €145,043?

18/08/2016
  

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor' Interpellant li ż-żieda msemmija hija dovuta għal dawn ir-raġunijiet:

·              Żieda fis-sigħat tal-kuntrattur; ftit iktar minn 800 mitt siegħa minħabba l-uffiċini ta’ Pembroke u Mtarfa li tammonta għal kwazi €6,800.
·              Żieda fir-rata ta’ ħlas; minn €5.85 fis-siegħa fl-2014 għal €7.56 fl-2015 inkluż VAT – total ta’ sigħat maħduma kienu ftit  iktar minn 16,900 li jammonta għal €29,000.
·              Invoices tas-sena 2014 li tħallsu fl-2015 - €31,000.

Seduta  433
26/10/2016

KAŻIJIET TA’ VJOLENZA DOMESTIKA  




27393. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investigati każijiet ta’ vjolenza domestika u kemm tressqu persuni l-Qorti fis-sena 2015?

18/08/2016

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li fis-sena 2015 kien hemm elf, mitejn u ħames (1205) rapporti ta’ vjolenza domestika li ġew investigati u fil-każijiet kollha fejn irriżulta ksur tal-liġijiet relatati, il-persuni responsabbli dejjem jitressqu persuni l-Qorti.  Ma tinżamx sistema ta’ data elettronika ta’ kemm minn dawn il-każijiet, tressqu diġà.

Seduta  433
26/10/2016


INCOME TAX – RIFUŻJONIJIET – AMMONT TA’ FLUS.



27392. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 26328 jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba l-ammonti dovuti fuq rifużjoni tal-Income Tax issa tħallsux u jekk iva kemm-il persuna tħallset u kemm kien l-ammont komplessiv?

18/08/2016

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment ħareġ tlieta u tletin rifużjoni li b’kollox jammontaw €598,906. Dan l-ammont jinkludi  rifużjoni  maqtugħ kontra bilanċ dovut lill-VAT wara ftehim mat-taxpayer.

Seduta  433
26/10/2016

ANZJANI LI KIENU QED JIRĊIEVU PENSJONI KONTRIBUTORJA KIF UKOLL PENSJONI KONTRIBUTORJA (PENSJONI TAS-SERVIZZ).




27391. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hu n-numru ta’ pensjonanti f’pajjiżna li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016  kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll pensjoni kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)? Jista’ jiġi indikat kemm minnhom qed jirċievu inqas minn €500 fix-xahar?

18/08/2016

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru totali ta’ pensjonanti, eskluż pensjonanti imħallsin pro-rata taħt xi ftehim bilaterali jew ir-regolamenti tal-UE tas-sigurta’ soċjali, li sal-aħħar ta’ Ġunju 2016 kienu qed jirċievu pensjoni kontributorja kif ukoll pensjoni kontributorja (Pensjoni tas-Servizz) huwa ta’ 74,991.

Minn dawn, dawk li d-dħul tagħhom mill-pensjoni jew pensjonijiet imma eskluż kull dħul ieħor li jista’ jkun li għandhom, kien anqas minn €500 fix-xahar sal-aħħar ta’ Ġunju 2016, kien ta’ 16,356, skont it-tabella murija hawn taħt:

Tip ta' Pensjoni
Numru ta' Pensjonanti
Pensjoni Kontributorja
9,162
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)
7,194*
Total
16,356
* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Fil-każ tal-persuni tas-7,194 ikkwotati fuq li għandhom pensjoni tas-servizz aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew il­€500 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi ukoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar. 

Iċ-ċifra mgħotija tinkludi ukoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €500 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €500 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja ikunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €500 fix-xahar.

Seduta  433
26/10/2016

CARITAS –RAPPORT “A MINIMUM ESSENTIAL BUDGET FOR DECENT LIVING”




27390. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jindika x’passi ser jittieħdu jew ittieħdu mill-Ministeru wara r-rapport preżentat mill-Caritas “A minimum essential Budget for Decent Living”? Jista’ wkoll jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sarux laqgħat mill-Ministeru mas-soċjetà ċivili dwar dan?



18/08/2016



  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Kuntrarju għal dak li ġara taħt amministrazzjoni preċedenti, minflok il-Gvern qal li l-faqar huwa perċezzjoni, iltqajna mal-Caritas u saru attivitajiet fejn kien diskuss id-dokument.

Nassigura lill-Onor. Interpellant illi qed u se jkunu qed jittieħdu l-passi neċessarji



Seduta  433

26/10/2016

25.10.16

WIED IL-GĦAJN – PARK NAZZJONALI - INIZJATTIVI




27281. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u inizjattivi oħra se jittieħdu f’Wied il-Għajn marbuta mal-Park Nazzjonali li hemm? Jista’ jindika wkoll kemm spejjeż huma proġettati li jiġu minfuqa?

05/08/2016

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lil Onor Interpellant li f’Wied il-Għajn hemm il-Park tal-Familja li jinsab ħdejn l-impjant tal-WasteServ li huwa miftuħ għall-pubbliku filwaqt li fuq ix-xaqliba l-oħra ta’ Wied il-Għajn bejn il-Ponta taż-Żonqor u Ta’ Barkat, hemm pjanijiet biex jinbeda l-Park tal-Inwadar.
Fil-Park tal-Familja,  din is-sena sena  infetħu numru ta' toilets ġodda kompluti b'faċilitajiet għall-ġenituri bit-trabi;  inksiet medda oħra ta' art bit-turf artifiċjali  fejn jilagħbu t-tfal  u nħarget offerta ġdida biex tinkesa l-aħħar  biċċa art biex b'hekk kull parti ddedikata għall-logħob tat-tfal tkun miksija.  Huwa pproġettat ukoll li jitwaħħlu sistemi ta’ CCTV cameras u ta' tabelli ta' direzzjoni ġodda li huma reżistenti għall-vandaliżmu.
Huwa pproġettat li tiġi minfuqa s-somma ta’ €180,000 għall-ispejjeż kollha fuq dan il-park fis-sena rikurrenti.
Għar-rigward tal-Park tal-Inwadar qed jiġi abbozzat Avviż Legali biex jitwaqqaf bord tat-tmexxija u jiġi stabilit b’ mod legali l-konfini kollha tal-park. Qegħdin isiru l-arranġamenti neċessarji biex jinħarġu sejħiet għal pożizzjoni ta’ ufficjali biex jibdew jikkordinaw l-entitajiet involuti fl-immaniġjar ta’ dan  is-sit.

Seduta  430
24/10/2016

WIED IL-GĦAJN – ŻONA MSEJJĦA “MAGĦLUQ” – PASSI U INIZJATTIVI.




27280. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi u x’inizjattivi se jittieħdu f’Wied il-Għajn marbuta hekk imsejjaħ ”Magħluq”?

05/08/2016

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Fil-Magħluq ta’ Marsaskala diġà ttieħdu numru ta’ inizjattivi sabiex dan is-sit ikun imħares u mmaniġġjat aħjar, liema miżuri li ser ikomplu jiġu attwati minn diversi entitajiet kemm f’dan il-Ministeru kif ukoll f’Ministeri oħra. Fost l-inizzjattivi hemm xogħol immirat biex titjieb il-kwalità tal-ilma u t-tneħħija ta’ speċi li mhumiex naturalment tal-post, il-kontroll tal-firien, kif ukoll miżuri biex tinżamm l-indafa tal-post billi jitneħħa, b’mod regolari, skart mormi minn membri tal-pubbliku u/jew li jinġabar fis-sit b’ mod naturali. Sar ukoll xogħol ta’ manutenzjoni mal-fence li f’partijiet ġiet magħmula mill-ġdid. Dawn il-miżuri jagħmlu wkoll parti mill-Pjan tat-Tmexxija għas-sit.

Seduta  430
24/10/2016

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...