30.11.17

RAPPORT F’GAZZETTA TALJANA - INKJESTA INTERNA





 
2513. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2263, jista’ l-Ministru jgħid min huma s-Segretarji Permanenti maħtura bħala membri tal-Bord tal-Inkjesta li ġew inkarigati u jistax jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra tal-ħatra tagħhom?

17/11/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onorevoli interpellant li s-Segretarji Permanenti mahtura bhala membri tal-Bord tal-Inkjesta huma: s- Sur Joseph Camilleri, Segretarju Permanenti Ministru ghall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, s- Sa Nancy Caruana, Segretarju Permanenti Ministru ghall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji z-Zghar, u s-Sur Joseph Cauruana, Segretarju Permanenti Ministeru ghall-Finanzi (Mergers u Amministrazzjoni)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta’ l-ittra tal-ħatra.

Seduta  57
27/11/2017

LIBJA - DELEGAZZJONI.


 
2512. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: B’referenza għall-aħħar viżta tiegħu f’Novembru 2017 fil-Libja, jista’ l-Ministru jgħid minn min kienet komposta d-delegazzjoni Maltija?

17/11/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjoni Maltija kienet komposta minni bħala Ministru, miċ-chief of staff u tlett (3) membri tas servizz tas-sigurtà.

Seduta  57
27/11/2017

HIGH COMMISSION F’LONDRA – SPEJJEŻ



 
 
2511. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi ttieħdu u xi spejjeż intefqu tul din is-sena mill-High Commission ta’ pajjiżna ġewwa Londra?

17/11/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kummizzjoni Għolja ta' Malta f'Londra kellha is-segwenti inizjattivi matul din is-sena:

Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Ċerimonja tal-ftuħ
€5,145.25
Laqgħat ta' kull xahar immexxija mill-Kummissarju Għoli Malta/Deputat tal-Kummissarju Għoli
€5,705.37
Riċeviment fil-Parlament Skoċċiż
€1,100.73

Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mad-Diaspora Maltija
Maltese Culture and Language Taster
€441.90
Kunċert għall-okkażjoni tal-Europe Day (9 May) organiżżat flimkien mar-Rappreżentanza tal-UE f'Londra
€749.06
Riċeviment relatat mal-Presidenza tal-UE
€633.11
Ċerimonja u kunċert għall-Għeluq tal-Presidenza Maltija
€3,978.89

Jum l-Indipendenza/Diaspora Maltija

Kunċert u Riċeviment fl-okkażjoni ta' Jum l-Indipendenza
€3,100.00

Seduta  57
27/11/2017

PALAZZO PARISIO – XOGĦLIJIET U TIBDIL FIL-KOSTRUZZJONI.


 
2510. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet u tibdiliet fil-konstruzzjoni saru tul dawn l-aħħar sentejn fil-Ministeru u jista’ jindika kemm ntefqu flus f’Palazzo Parisio?

17/11/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ix-xogħolijiet li saru f'dawn l-aħħar sentejn ġewwa Palazzo Parisio huma:-

Upgrading ta' Sala Pardo, fejn ġew irranġati l-ħitan u anke d-dawl;
Irranġar ta' kamra biex tiġi wżata bħala Video Conference Room kif ukoll irranġar ta' uffiċini oħra fil-viċinanzi;
Irranġar tas-sotterran (basement), li involva xogħol ta' skavar u xogħlijiet oħra ġewwa, bħal tneħħija ta' materjal perikoluż (Asbestos), ispezzjoni mill-Awtorità tas-Saħħa u Sigurtà, u monitoraġġ mill-arkeoloġi;
Tibdil tas-sistema tal-elettriku, ġewwa Palazzo Parisio għal waħda 3-phase, 4-way distribution board;
Bdil ta' madum fi kċejjen
Manutenzjoni fuq it-tromba ta' wieħed mit-turġien prinċipali;
Installazzjoni ta' apparat ġdid ta' Air Conditioning li ħa post apparat bil-ħsara jew li ma kienx aktar jaġdem effiċjenti;
Xogħlijiet ta' manutenzjoni oħra jinkludu;
        - immodernizzar ta' sistema ta' elettriku fl-istores
        - tiswijiet f'diversi twieqi, bibien u gallariji tal-injam
        - bieb tal-ħġieġ fl-entrata prinċipali u fl-ewwel sular ta' Palazza Parisio
        - panewijiet ġodda tal-aluminium fl-istores fejn jiġu maħżuna l-bnadar.

Dawn ix-xogħlijiet ġew jiswew it-totalo ta' €158, 627.51.

Seduta  57
27/11/2017

BORD TAL-PAROLE – RAPPORTI ANNWALI




2509. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti annwali li saru s’issa mill-Bord tal-Parole u dan ai termini tas-sub-artikolu 4 tal-Artikolu 9 tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi Kapitolu 516?

17/11/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi l-erba’ rapporti annwali li saru s’issa qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  56
22/11/2017

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...