9.11.17

UFFIĊĊJU TAL-ARBITRU TAĦT L-ATT DWAR IS-SIGURTÀ SOĊJALI – APPELLI PENDENTI


2209. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm appelli pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali sal-aħħar ta’ Ottubru 2017? Jista’ jgħid kemm kien hemm minnhom appuntati u kemm le?

03/11/2017

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, kien hemm 1123 każ pendenti quddiem l-Uffiċċju tal-Arbitru sal-aħħar ta’ Ottubru 2017. Minnhom kien hemm, 384 każ appuntat/differit jew għas-sentenza, filwaqt illi kien hemm 739 każ li għadu mhux appuntat.

Seduta  49
07/11/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...