9.11.17

ĦAL TARXIEN – BUST TAL-PULIZIJA MARK FARRUGIA





 
2207. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema raġuni l-bust tal-mibki pulizija Mark Farrugia f’Ħal Tarxien għadu ma tqiegħedx lura f’postu u dan minkejja li għadda sew żmien biex dan jsir?



03/11/2017



  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-bust tal-mibki pulizija Mark Farrugia għadu kemm ittieħed għar-restawr. Hekk kif jitlesta r-restawr fuqu, dan ser jitqiegħed f’postu.



Seduta  49

07/11/2017

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...