24.11.17

L-ASJA– TRATTATI/FTEHIM PENDENTI





 
2441. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il trattati/ftehim pendenti hemm ma’ pajjiżi fl-Asja? Jista’ jindika ma’ min huma?

13/11/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija kienet ingħatat bħala parti mit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari Numru 1221 fis-seduta numru 23 tal-4 ta’ Ottubru 2017. Wieħed ta’ min jinnota li hemm 23 trattat/ftehim pendenti ma’ pajjiżi fl-Asja. Dawn huma:

Il-Brunei Darussalam -  1
Il-Bangladesh -  4
Il-Ġappun -  1
L-Indja -  4
L-Indoneżja -  1
Il-Korea ta’ Isfel -  3
Il-Malasja -  2
Il-Mongolja -  1
It-Tajlandja -  1
Iċ-Ċina -  3
Il-Mongolja -  2

Seduta  55
21/11/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...