9.12.18

Fit-triq tagħna.




1. Tul dan il-Ħadd il-partit ser jkun qiegħed jiġbor iktar fondi sabiex jisostni l-ħidma tiegħu. Ser ikun qiegħed iwettaq dan billi jitlob mingħand dawk li jridu jaraw oppożizzjoni b’saħħitha. Jitlob li jingħata mezzi finanzjarji biex jassigura li l-messaħħ tiegħu jkompli jasal. F’dawn ix-xhur minn l-aħħar elezzjoni ġenerali nbeda proċess ġdid. Wieħed li filwaqt li jirrikonoxxi dak li għaddejna minnu, nieħdu kont tiegħu, għarfien tal-effetti negattivi tiegħu, xorta nimxu ‘l quddiem. Ma hemmx dubju li ma kienx u m’huhiex faċli. Wisq inqas li ser jseħħ ħabta u sabta kif xi wħud żbaljatment jippretendu li jsiru l-mirakli mill-bnedmin.

Passi ‘l quddiem

2. Ftit jiem ilu ġew quddiemi kelmtejn tal-Papa Franġisku f’waħda mill-ewwel intervisti tiegħu. Preċiżament fil-bidu taż-żmien mogħti lilu biex imexxi l-Knisja Kattolika. Fejn jgħid “You can have large projects and implement them by means of a few of the smallest things. Or you can use weak means that are more effective than the strong ones.” Kliem li qed naqleb għall-lingwa tagħna hekk: “Jistgħa jkollok proġetti kbar li tista’ twettaq permezz ta’ ftit mill-iktar ħwejjeg żgħar. Jew tista’ tuża mezzi dgħajfa li huma iktar effettivi minn dawk b’saħħithom.” Kliem li għandhom jiggwidawna, speċjalment għalina li ninsabu fil-politika li titlob minna l-proġetti.

Mhux ser naqtgħu qalbna.

3. Fl-esperjenza tal-ħajja ngħaraf li min ikollu proġetti għas-sewwa u min ikun dirett sabiex ikun strument għaliha, jsib ħafna ostakli. Jsib ħafna rwiefen, baħar imqalleb, ċaqliq u attentati varji ta’ gambetti. Iktar ma l-progett ikun fuq id-direzzjoni li minnu jista’ jseħħ l-ġid komuni, l-ġustizzja soċjali l-bnedmin jgħarfu li aktar ikun hemm min irid jżommhom milli jseħħu. It-Taljani jgħidu “Chi sta bene non si muove”. Min jinsab komdu ma jiċċalaqx. Anzi mhux biss ma jidħolx għall-moviment imma jara kif jagħmel biex iżomm lil min irid jibdel, b’kemm għandu saħħa u ħila. Iktar ma wieħed ikun qiegħed jibdel iktar ħaddiehor jirrikorri għal mezzi żbaljati biex ma jħallihx.

Dak li rajna

4. Proprju għax il-partit ma’ kull mewġa qiegħed joħroġ tajjeb u jibgħat l-messagg tiegħu kif għandu barra li aktar qed naraw azzjonijiet żbaljati. Fil-ħajja hemm varji azzjonijiet ħżiena li jsiru minn bnedmin lill-oħrajn. Hemm min jiġġustifikhom għax jgħidu li l-mezz mhux importanti. Hemm min huwa lest li jakkuża falzament lil ħaddieħor. Hemm min juża terzi biex iwettaq dan. Min jixħet il-ġebla u jaħbi idu. Jinħeba wara paraventu. Jinħeba sabiex jidher li dak li jrid jinsinwa u joħroġ huwa qiegħed joħorġu ħaddiehor. Ċertament nafu b’dan. Nafu għax drajna l-ewwel bl-istil ta’ kif jitwettqu dawn l-azzjonijiet, it-tieni t-toroq li jiġu użati, it-tielet d-daqs u l-proporzjon tagħhom, li jiġu kważi kollha dejjem l-istess.

“X’alleanza”

5. Rajna dan tul din il-ġimgħa. Attakk lill-Kap tal-Oppożizzjoni fuq akkuzi foloz għall-aħħar. Imma f’dan ngħarfu l-ewwel li min huwa daharu mal-ħajt jirrikorri għal mezzi simili, t-tieni l-bżonn li wieħed jipprova jibni argument fejn ma hemmx wieħed, it-tielet li anki jekk jaf li m’huhiex minnu li huwa biss duħħan ser iservi lil ħaddiehor biex jibdel l-argument minn fuqu. Jneħħi temporanjament l-attenzjoni pubblika minn fuqu. Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġab ‘l-Gvern f’pożizzjoni iebsa ma kellux ħafna difiżi x’wieħed iġib għalih. Anki jekk ġew sagrifikati fil-kamp tal-battalja politika żewġ politiċi ġodda, wieħed deputat u l-ieħor ministru, l-poplu xorta m’ emminx.

Tiskanta

6. L-agħar f’dan mhux tant li n-naħa tal-Gvern jinxehet f’din it-triq li kienet prevedibbli mill-bidu, imma li ħaddiehor m’għarafx dan. Anki jekk hawn ħafna bnedmin intelliġenti. Anki jekk hawn ħafna li żokrithom nippretendi li waqgħet fl-għarbiel tal-aħbar xorta jkun hemm min jemmen li aħbar falza hija minnha. Ngħarfu li qedhin fi żmien fejn il-verità trid tikkumbatti iktar minn qabel. Ngħarfu li huwa faċili iktar minn qabel li wieħed jibgħat biċċa, nofs jew ebda forma ta’ verità. Imma dan ma jfissirx li wieħed ma għandux jistenna u jara wara li jgħaddi d-duħħan x’inhuwa minnu u x’ m’huhiex.

Dixxerniment

7. Kif qegħdin hawn nibqa naħseb u nirrifletti fuq kif l-Papa Franġisku jispjega l-proċess intern li kull bniedem jiffaċċja fid-dixxerniment ta’ dak li huwa sewwa u veru minn dak li m’huhiex. Huwa jgħid hekk “But I am always wary of decisions made hastily. I am always wary of the first decision, that is, the first thing that comes to mind if I have to make a decision. This is usually the wrong thing. I have to wait and assess, looking deep into myself, taking the necessary time.” “Noqgħod lura milli nieħu deċizjonijiet ta’ malajr. Noqgħod lura mill-ewwel deċizjoni, jiġifieri dik li tiġi l-ewwel f’moħħi, jekk għandi nieħu deċizjoni. Din is-soltu tkun l-iżbaljata. Irrid nistenna u ngħarbel, inħares fil-fond fija nnifsi, nieħu l-ħin tiegħi.”

Iż-żmien li ġej

8. Nifhem dejjem iktar li l-Partit Laburista qed jgħaraf dak li ser ikun qiegħed fih. Fuq naħa ser jgħaddi minn proċess intern li jagħzel mexxej differenti bil-komplikazzjonijiet tiegħu. Fuq l-oħra l-probabilità li l-Kap tal-Oppożizzjoni jkompli jissoda fil-frattemp. Meta l-partit fil-Gvern joħroġ finalment minn din it-triq, jrid jibqa kif kien fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Mhux biss, imma iktar min hekk irid jara lil min qiegħed imexxih illum joħrog bl-unuri. Iktar li f’dak l-mument li jċedi x-xettru politiku jkun fl-aqwa tal-karriera tiegħu. Proprju għalhekk li l-prezz jgħola. Proprju għalhekk li jsir iktar legittimu għalihom li jużaw kull mezz anki dawk li ma humiex moralment jew politikament korretti biex iżommu lura l-oppożizzjoni.

Nifhmu dan

9. Bħala partit irridu ngħarfu dan. Ikun żball politiku tagħna jekk naħsbu li kollox nieżel mis-sema. Għax anzi, kif qed naraw kollox huwa tiela l-fuq mill-art. Li tara dawn il-mossi , li tismagħhom , li taqrhom wieħed jifhem imma li jidħol fit-trabokk tagħhom dak huwa mod ieħor fuqna. U dan ma huwiex l-ewwel darba l-iktar fil-konfront tal-kap tal-partit. Il-Partit Laburista għandu polz tal-poplu bhal m’għandna aħna. Jgħaraf jum wara l-ieħor li l-popolarità tagħna qed tinfirex. Jgħaraf li s-sustanza tad-diskors tagħna qiegħed jiżdied u għalhekk jrid jżommna lura. Għax qed jgħarfu li qegħdin fit-triq t-tajba li jridu jwaqqfuna.

Nappellaw

10. Proprju għalhekk li ma għandniex inħalluhom. Proprju għalhekk li f’dawn il-jiem għandna nassiguraw li l-Partit Nazzjonalista jkollu l-mezzi finanzjarji biex imexxi u jissoda l-politika tiegħu. Proprju għalhekk li nappellaw sabiex kull min huwa f’pożizzjoni jgħati, jgħati milli jista’.


8.12.18

Ċari u sodi fid-direzzjoni




1.    Huwa iktar minn ċar li l-Partit Nazzjonalista beda din il-ġimgħa b’ferm iktar saħħa.  Ma hemmx wisq fuq x’hiex tiddubita.  Il-Kunsill Ġenerali li seħħ fis-sebat’ijiem preċedenti kien determinanti.  Il-viżjoni, id-diskorsi, il-parteċipazzjoni, l-organizzazzjoni u l-kordinazzjoni wrew bis-sħiħ partit li qiegħed jirranka.  Partit li qiegħed iġib lura għad-diskussjoni l-linja politika li għandu jieħu.  Proċess li jibda minn isfel u jwassal lejn ħidma nazzjonali aqwa.  Huwa quddiemna, bil-provi, li l-lezzjonijiet ittieħdu, u d-direzzjoni politika stabbilita.  Oppożizzjoni fi triqitha tul leġislatura ta’ ħames snin.

Segwiti u approvati

2.    Id-diskorsi, fost l-oħrajn, l-ewwel tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, u wara tal-Kap tal-Partit Dr Adrian Delia ġew segwiti u approvati ħafna.  L-Oppożizzjoni ssudat u għadha qegħda tissoda proprju għax għandha direzzjoni ġdida u differenti.  Hemm il-vantaġġ ta’ dak li għadda minnu ħaddieħor.  Hemm l-għarfien li l-bniedem irid jifhem ir-realtà li jrid jgħix fiha.  Irid jifhem l-istruttura, il-kompożizzjoni u l-kurrenti soċjali, ekonomiċi ta’ din il-komunità.  Irid ikollu sebgħu lura fuq il-polz.  Jifhem fejn u għala qiegħed iħabbat.  Proprju għal dan, li dak li ngħad wieġeb kontinwament għal dak li qiegħed jingħad fit-triq minn dawk li, indipendentement minn kif ivvutaw, jibqgħu dawk li jridu jifhmu, jgħarblu u jiddeċiedu għal rashom.

Proporzjonalità u razzjonalità

3.    Kien hemm, ċertament, linja li tindika li hemm proporzjonalità fl-impostazzjoni tal-argumenti nazzjonali. Mhux estremi fit-toni jew fl-għażla esklussiva ta’ suġġetti uniċi, imma moderazzjoni, sejħa għar-raġuni.  Il-partit huwa ta’ kull persuna f’kull klassi fis-soċjetà.  Proprju għalhekk li m’għandux jeħel ma’ argument uniku, imma jrid isemmi dak li qiegħed jolqot lill-bnedmin kollha.  Huwa proċess ta’ razzjonalità.  Huwa wieħed li jitlob l-umiltà.  Dan f’żewġ direzzjonijiet: l-ewwel, li jfittex jifhem lil dawk li ma jafux jitkellmu għalihom infushom; u t-tieni, li ma jippruvaw jimponi dak li ħaddieħor ma jħossx li għandu jimxi fuqu.

Stabbiltà

4.    Hemm proċess ta’ stabbiltà interna f’dan.  Għax il-kunsens jiġi meta l-partit jitkellem u jqiegħed fiċ-ċentru l-problemi u l-kumplikazzjonijiet tal-ħajja li l-bniedem jiffaċċja.  Il-persuna umana titlob, fir-rispett lejn id-dinjità li għandha, li dan isir.  Kull pass li jiġi identifikat bħala parti mill-progress uman iħalli miegħu dawk li jiġu żvantaġġati.  Dawk li jsibu ruħhom f’pożizzjonijiet li ma jieħdux gwadann minnhom.  Dan huwa li qed naraw.  Dak li qed immissu kuljum b’soċjetà li filwaqt li turi min-naħa statistika ekonomika b’avvanzi kbar, fuq l-oħra tibqa’ tirreġistra l-preżenza ta’ persuni fil-faqar jew fir-riskju tiegħu.  Bl-avvanzi tagħna kollha, m’aħniex kapaċi nwettqu dak li qed isir minn oħrajn li nidħlu fid-dettall u naqilgħu bi programmi speċjali, personalizzati, u mhux ġeneralizzati.

Tħares lejn il-problemi soċjali

5.    Il-poplu qiegħed jifhem iktar li meta l-Partit Nazzjonalista qiegħed jitkellem fuq dawn il-problemi, qed proprju jidħol f’dan il-proċess.  Hemm numru li juru l-istat tal-affarijiet.  Hemm ukoll l-abbiltà li jiġu stabbiliti  tajjeb u korrettement il-figuri.  Imma f’kull lok, il-bnedmin m’humiex oġġetti.  M’humiex dawk li jiġu msemmija biex issir il-kritika politika u daqshekk.  Anzi, il-kuntest tal-kritika li tkun diretta u impostata f’din il-linja.  Tħares lejn il-problemi soċjali u ekonomiċi, u kif jistgħu jiġu solvuti jew almenu l-impatt negattiv tagħhom imċekken.  Il-viżjoni lejn il-ħidma tagħna għall-proxxmu trid tkun kontinwa.

Linja tas-sewwa

6.    Ċertament m’aħniex perfetti.  Kemm ser jirnexxielna f’dan huwa ż-żmien li jrid isarraf għalina r-risposti.  Biss, meta wieħed jikkonsidra ċ-ċirkostanzi li qed ngħixu fihom u dak li qiegħed iberraq għal fuqna għandu jixprunana nsegwu din il-linja tas-sewwa.  Diġà għandna stat ċar fejn min qiegħed fil-poter moħħu iktar biex jikkuntenta flimkien ma’ dawk li għandhom u qed iżidilhom, milli li jinżel jifhem kif ser jgħolli lil dawk li huma minn taħt.  L-iskandli, ir-rapporti, iċ-ċirkostanzi li jixħtu dawl ikrah fuq l-iskop u r-raġuni ta’ wara numru ta’ proġetti għandhom jinkwetawna lkoll.  L-effett tagħhom huwa kbir, l-iktar fin-nuqqas ta’ tqassim ġust, kif ukoll fl-amministrazzjoni korretta ta’ dak il-ġid komuni.

Mhux jifhem biżżejjed

7.    Mhux biss, imma hemm ukoll iċ-ċirkostanzi li l-Gvern m’huwiex jifhem biżżejjed.  L-ewwel, dawk imwielda mill-effett negattiv li ser ikun hemm għad-dinja tagħna mill-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.  Dak li l-poplu ser jgħaddi minn tbatija, però miegħu ser jiġu effettwati oħrajn.  Partikolarment aħna li għadna qed niġu għar-realtà ta’ dak li ser iseħħ.  M’hix “opportunità” li nieħdu minn ekonomija li għalina għandha tibqa’ soda.  Anzi, għandha tibqa’ tkun parti mill-istrateġija nazzjonali li dak il-pajjiż jibqa’ għaddej, u mhux imur lura.  Mhux biss dan, imma anki l-proċess fi “gwerer kummerċjali” li għaddejjin bejn stati determinanti għalina għandhom jinkwetawna.

Protezzjoniżmu

8.    Qisu hawn biss m’aħniex nifhmu li dak li għaddej fl-Istati Uniti tal-Amerika, bil-politika l-ġdida tagħha, l-ewwel ta’ protezzjoniżmu ekonomiku, u t-tieni tal-ħruġ minn numru ta’ trattati ser ikollu effett ekonomiku għalina.  Il-ġlieda u l-impostazzjoni ta’ tariffi fuq iċ-Ċina, ċertament li ser iżidu fil-prezzijiet.  Ser naraw żieda fl-għoli tal-ħajja.  Ser naraw il-bżonn ta’ iktar miżuri biex innaqqsu mill-impatt negattiv fuq l-ambjent tagħna.  Problemi u sfidi qawwija li qed naraw ġejjin, bl-impatti xejn pożittivi għalina.  Sitwazzjonijiet li aktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar qed nifhmu li mhux ser jiġu għad-dibattitu politiku u parlamentari, għax hemm l-Oppożizzjoni qegħda tikber fl-abbiltà tagħha u qed tkun effettiva għall-kritika tagħha.  Waħda li tmexxiha ‘l quddiem, imma ddejjaq lill-Gvern.

Il-viżjoni tagħna

9.    L-isfida li għandna quddiemna mhix faċli.  Imma, minn dak li qiegħed iseħħ huwa ċar li d-direzzjoni nqabdet tajjeb ħafna.  Bdejna nissudaw fil-kritika.  Bdejna nkunu iktar pro-attivi u kreattivi f’ħidmietna.  Però, ċertament mhux immexxija minn ħaddieħor jew b’reazzjoni.  Il-viżjoni hija ċara.  Bħalma huma ċari l-valuri demokratiċi nsara tagħna.  L-elezzjonijiet ma jintrebħux f’ġurnata, b’mossa waħda, imma permezz ta’ proċess twil.  Wieħed li minnu tikber il-fiduċja.  Il-Partit Nazzjonalista, ma’ kull ġurnata qiegħed jissoda.  Qiegħed jikber fil-vuċi u fil-piż tagħha.  Dan għax huwa ċar u sod fid-direzzjoni.



PERSUNI LI JAĦDMU PART-TIME


  
7715. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni jaħdmu fuq bażi part-time sal-aħħar ta’ Ottubru 2018? Jista’ jindika kemm minnhom kellhom l-impjieg part-time bħala primary job? Jista’ jgħid kemm minnhom kellhom part-time job mal-full-timejob? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jgħid kemm minnhom qabżu l-età tal-pensjoni?

05/11/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, l-għadd ta’ nisa u rġiel li jaħdmu f’Malta u Għawdex fuq bażi ta’ part-time mal-full-time u part-time bħala xogħol ewlieni sa l-aħħar ta’ Ġunju 2018, li huma l-aħħar ċifri ppublikati, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt.


Persuni li jaħdmu fuq bażi ta' part-time f'Malta u Għawdex
Part-timers li għandhom xogħol Full-Time
Part-Time bħala xogħol ewlieni
Total ta' persuni li jaħdmu fuq bażi part-time
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Ġunju 2018
18,158
9,080
27,238
15,116
20,748
35,864
33,274
29,828
63,102



It-tabella t’hawn taħt turi l-għadd ta’ nisa u rġiel li qabżu l-età tal-pensjoni mill-età ta’ 61 sena `l fuq, u li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus għadhom jaħdmu fuq bażi ta' part-time mal-full-time jew part-time bħala xogħol ewlieni, f’Malta u Għawdex,sal-aħħar ta' Ġunju 2018.


Età
Part-timers li għandhom xogħol Full-Time
Part-Time bħala xogħol ewlieni
Total ta' persuni li jaħdmu fuq bażi part-time
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
Nisa
Rġiel
Total
61
56
205
261
295
97
392
351
302
653
62
44
172
216
219
217
436
263
389
652
63
37
104
141
226
325
551
263
429
692
64+
56
478
534
1,431
4,070
5,501
1,487
4,548
6,035
Total
193
959
1,152
2,171
4,709
6,880
2,364
5,668
8,032


Seduta  168
14/11/2018

WIED IL-GĦAJN – GĦASSA TAL-PULIZIJA




7714. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk l-Għassa tal-Pulizija ġewwa Wied il-Għajn hux ser tiċċaqlaq minn fejn qiegħda u tinbena oħra? Jekk iva, meta huwa previst li ser tinbeda?

05/11/2018

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li kif diġà ngħad fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari fuq dan is-suġġett, bl-aħħar tweġiba f’Mejju ta’ din is-sena, nikkonferma li l-għassa tal-Pulizija f’Wied il-Għajn mhux ser tibqa’ fejn kienet u ser tinbena oħra flokha f’sit fejn diġà hemm il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar. Ix-xogħol tal-bini hu previst li jinbeda malli l-proċessi ta’ tendering li diġà bdew, jintemmu.

Seduta  168
14/11/2018


DETENTION OFFICERS





7713. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew ingaġġati detention officers fis-sena 2016 u fis-sena 2017?

05/11/2018

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li matul is-snin 2016 u 2017 ma kienx hemm ingaġġ ta’ Detention Service Officers mad-Detention Services.

Seduta  168
14/11/2018


ŻGĦAŻAGĦ LI MA KOMPLEWX FL-ISTUDJI TAGĦHOM




7712. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm żgħażagħ li ma komplewx fl-istudji tagħhom wara li spiċċaw mill-iskola sekondarja fl-aħħar sena akkademika? Jista’ jindika l-ammont li ġew ikklassifikati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)? Jista’ jindika s-sess tagħhom?

05/11/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li l-informazzjoni mitluba toħroġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Għaldaqstant, ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Seduta  168
14/11/2018

ĊENTRI TA’ DETENZJONI - PERSUNI




7711. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni?  Jista’ l-Ministru jgħid meta waslu f’pajjiżna l-persuni u l-immigranti rregolari li preżentement huma fiċ-Ċentri ta’ Detenzjoni?

05/11/2018


  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li preżentament sas-6 ta’ Novembru 2018, il-popolazzjoni ġewwa Safi Barracks hija ta’ 11-il persuna.
 Id-data tal-wasla hija li ġej :
11 ta’ Ottubru 2017         persuna waħda
10 ta’ Jannar, 2018          2 persuni
5 ta’ Mejju 2018               persuna waħda
13 ta’ April 2018               persuna waħda
8 ta’ Awwissu 2018          2 persuni
15 ta’ Settembru, 2018    persuna waħda
23 ta’ Ottubru 2018          persuna waħda
30 ta’ Ottubru 2018          persuna waħda
6 ta’ Novembru 2018        persuna waħda

Tajjeb li wieħed jgħid li uffiċjali tad-Detenzjoni jipparteċipaw f’xogħol ieħor biex jassistu l-AWAS u anke xogħol ieħor fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni.

Seduta  168
14/11/2018


IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...