8.12.18

PERSUNI MRESSQA L-QORTI AKKUŻATI B’REATI KRIMINALI





7730. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul is-sena 2017 u jista’ jinforma b’liema reati ġew akkużati?

05/11/2018

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 tressqu elf, mitejn u erbgħa (1204) persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet).
Infurmat illi kien hemm firxa wiesgħa ta’ tip ta’ reati li bihom ġew akkużati dawn il-persuni li fost oħrajn kienu jinkludu :
- Omiċidji
- attentat ta’ omiċidji
- reati relatati ma’ serq
- riċettazzjoni
- offiżi volontarji u nvolontarji fuq il-persuna
- vjolenza jew reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi
- stupru
- korruzzjoni ta’ minuri
- usura
- ħsarat volontarji
- reati relatati ma’ ħsarat fil-proprjetà
- abbandun ta’  minuri
- reati relatati ma’  frodi
- reati relatati ma’ drogi
- theddid
- pussess ta’ armi
- trattament mhux xieraq fuq annimali
- użu ħażin ta’ mezzi ta’ telekomunikazzjoni
- misapproprijazzjoni
- ħasil ta’ flus
- reati oħra ekonomiċi
- falsifikar ta’ flus
- offiżi relatati ma’ immigrazzjoni illegali ta’ persuni
- falsifikazzjoni ta’ dokumenti
- reati relatati ma’ sigurtà fuq ix-xogħol
- sekwestru
- prostituzzjoni
- żamma ta’ burdell
- rapporti foloz
- ġuramenti foloz
- fabbrikazzjoni ta’ evidenza falza
- reati relatati ma’ pornografija tat-tfal
- reati ta’ atti sesswali ma’ minorenni u reati oħra provduti mill-Kodiċi Kriminali jew liġijiet speċifici oħra. 

F’ħafna mill-kumpilazzjonijiet il-persuni akkużati jittressqu fuq aktar minn reat wieħed.

Seduta  171
21/11/2018


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...