8.12.18

RAĦAL IL-ĠDID - DJAR TA’ ABITAZZJONI PROPRJETÀ TAL-GVERN MIKRIJA B’TITOLU – ĦSARAT STRUTTURALI






7725. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fid-djar tal-Gvern f’Raħal il-Ġdid li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?

05/11/2018

ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fid-djar mikrija mill-Gvern jew l-Awtorità tad-Djar, f’Raħal Ġdid, hija kif ġej;
-      7 każijiet fejn tlestew it-tiswijiet li kien hemm bżonn li jsiru
-      5 każijiet fejn għaddejjin bit-tiswijiet bħalissa
-      15-il każ, fejn it-tiswijiet se jkunu qed jibdew dalwaqt, bħala parti minn proġett sħiħ ta’ tiswijiet u tisbieħ fil-blokok sħaħ;
-      25 każ li għadhom pendenti quddiem l-Awtorità tad-Djar.

Seduta 170
20/11/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...