8.12.18

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U PROMOZZJONI TAL-KUMMERĊ – IMPJEGATI LI JAĦDMU FUQ KUNTRATT DEFINITTIV


  
7733. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni fil-Ministeru u fid-dekasteri kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv sal-aħħar tas-sena 2017? Jista’ jindika kemm kuntratti hemm li huma minn sitt xhur għal sitt xhur, kemm minn sena għal sena, u kemm iktar? Jista’ jindika kemm persuni kienu ta’ sess maskil u kemm femminil?

05/11/2018

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2017, kien hemm 83 persuna li kellhom kuntratt ta’ xogħol definittiv fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ.  Fost dawn kien hemm 46 li kellhom kuntratt minn sena sa sena filwaqt li 37 kellhom kuntratt ta’ tliet snin.  Fost il-persuni kollha li kellhom kuntratt definittiv, kien hemm 21-il persuna ta’ sess femminili u 62 ta’ sess maskili. 

Fi ħdan l-Ambaxxati ta’ Malta kien hemm 65 persuna li jaħdmu fuq kuntratt tax-xogħol definittiv. Kien hemm kuntratt wieħed ta' sitt xhur għal sitt xhur (kuntratt ta' 6 xhur u wara jsir indefinit), kif ukoll 61 kuntratt validu għal sena li jiġġedded kull sena. Kien hemm ukoll żewġ kuntratti validi għal sentejn li jiġġeddu kull sentejn, u kuntratt wieħed li kien għal sena u ma jiġġeddidx.  Minn dawn kien hemm 51 persuna ta’ sess femminili u 14 ta’ sess maskili.
Ġewwa Trade Malta kien hemm żewġ impjegati fuq kuntratt tax-xogħol definittiv għal perjodu ta’ 3 snin.  Dawn kienu persuna ta’ sess maskili u persuna ta’ sess feminili.                                                                        

Seduta  171
21/11/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...