8.12.18

PERSUNI MRESSQA L-QORTI AKKUŻATI B’REATI KRIMINALI





7724. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm tressqu persuni l-Qorti mill-Pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet) tul din s-sena 2018 sa issa u jista’ jinforma b’liema reati ġew akkużati?

05/11/2018

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Ottubru 2018 tressqu tmien mija u sebgħa u erbgħin (847) persuna l-Qorti mill-Pulizija akkużati b’reati kriminali (kumpilazzjonijiet). Infurmat illi bħala reati għas-sena 2017, kien hemm firxa wiesgħa ta’ tip ta’ reati li bihom ġew akkużati dawn il-persuni li fost oħrajn kienu jinkludu:

- omiċidji
– attentat ta’ omiċidji
– reati relatati ma’  serq
– riċettazzjoni
- offiżi volontarji u nvolontarji fuq il-persuna
- vjolenza jew reżistenza fuq uffiċjali pubbliċi
- traffikar ta` persuni
– stupru
– korruzzjoni ta’ minuri
- usura
– ħsarat volontarji
– reati relatati ma’ ħsarat fil-propjeta’
- abbandun ta’ minuri
– reati relatati ma’ frodi
– reati relatati ma’ drogi
– theddid - pussess ta’ armi
- trattament mhux xieraq fuq annimali
– użu ħazin ta’ mezzi ta’ telekomunikazzjoni
– misapprorijazzjoni
– ħasil ta’ flus
- falsifikar ta’ flus
– offizi relatati ma’ immigrazzjoni llegali ta’ persuni
- falsifikazzjoni ta’ dokumenti
– reati relatati ma’ sigurtà fuq ix-xogħol
– sekwestru
– prostituzzjoni
– żamma ta’ burdelli
– rapporti foloz
- ġuramenti foloz
- fabbrikazzjoni ta’ evidenza falza
– reati relatati ma’ pornografija tat-tfal
– reati ta’ atti sesswali ma’ minorenni u reati oħra provduti mill-Kodici Kriminali jew liġijiet speċifici oħra. 

F’ħafna mill-kumpilazzjonijiet il-persuni akkużati jittressqu fuq aktar minn reat wieħed.

Seduta  170
20/11/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...