8.12.18

SANTA LUĊIJA - HOUSING ESTATE - DJAR TA’ ABITAZZJONI PROPRJETÀ TAL-GVERN MIKRIJA B’TITOLU – ĦSARAT STRUTTURALI



7735. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm djar ta’ abitazzjoni proprjetà tal-Gvern mikrija b’titolu ta’ kera fil-Housing Estates ta’ Santa Luċija li fihom ħsarat strutturali u kemm minnhom sarulhom tul din is-sena?

05/11/2018

 ONOR. MICHAEL FALZON: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba minnu għas-sena 2018, dwar ħsarat strutturali fi djar mikrija mill-Gvern, jew l-Awtorita` tad-Djar f’Santa Luċija, hija kif ġej ;
-      33 każ fejn tlestew it-tiswijiet illi kien hemm bżonn li jsiru,
-      4 każijiet fejn għaddejjin bit-tiswijiet bħalissa,
-      37 każ fejn it-tiswijiet illi qed isiru bħalissa huma parti minn proġett sħiħ ta’ tiswijiet u tisbieħ fil-blokok sħaħ;
-              U 25 każ illi għadhom pendenti quddiem l-Awtorita` tad-Djar.


Seduta  172
26/11/2018


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...