8.12.18

RABAT – DOMUS ROMANA – ĦLAS MINN VIŻITATURI




7729. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kienu l-persuni li ħallsu biex daħlu jaraw id-Domus Romana ġewwa r-Rabat Malta tul is-snin 2016, 2017 u sa issa fis-sena 2018 u jista’ jindika jekk kemm-il darba kienx hemm viżti ta’ tfal tal-iskola u jekk iva kemm marru u jekk ġewx minn skejjel primarji jew sekondarji? Jista’ jindika wkoll jekk ittieħdux inizjattivi ġodda?

05/11/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li bejn l-2016, l-2017, u Jannar sa Settembru tal-2018 in-numru ta’ persuni li ħallsu biex żaru d-Domus Romana kien ta' 29,039, 31,187, 26,147. rispettivament. Intant infurmat li bejn l-2016 u l-2017 ma kinitx tinżamm statistika preċiża ta’ kemm żaru studenti dan is-sit. Madanakollu din is-sistema ġiet modifikata matul din is-sena u b’ hekk jidher li minn Jannar sa Settembru 2018 żaru dan is-sit 435 student minn skejjel primarji/sekondarji u 11-il student post- sekondarji. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li 130 student attendew għat-thematic events ġewwa d-Domus Romana.

Infurmat ukoll li mill-2016 il-quddiem ġie maħdum programm tematiku li huwa adattat għas-seba’ sena u huwa marbut mal-curriculum tal-istorja ta’ dik is-sena. Dan jinkludi treasure hunt u hands on activity li għandha x’ taqsam mal-mosaic u re-enactment tal-każ Caius Verres. 


Seduta  171
21/11/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...