8.12.18

LAQGĦAT BARRA MINN PAJJIŻNA





7720. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra għal-liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li ser jattendi fl-ewwel sitt xhur li tibda l-presidenza l-ġdida s-sena li ġejja?

05/11/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Nifhem li l-Onor. Interpellant qiegħed jirreferi għal laqgħat barra minn pajjiżna fl-ewwel sitt xhur tal-presidenza l-ġdida fl-2019 u li huma laqgħat relatati direttament mal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.

Skont il-kalendarju tal-Kunsill tal-Ministri provdut mill-Presidenza, il-laqgħat li huma relatati mal-edukazzjoni u x-xogħol huma dawn:

Data
Laqgħa
15 ta' Frar 2019
EYCS (Education) Council
15 ta' Marzu 2019
Employment, Social Policy, Health and Consumer Affairs Council
10 - 11 ta' April 2019
Informal EPSCO
22 ta' Mejju 2019
EYCS (Education) Council
13 ta' Ġunju 2019
EPSCO


Nixtieq ninforma l-Onor. Interpellant li għadu kmieni wisq sabiex nikkonferma liema laqgħat sejjer nattendi partikolarment dwar dawk il-laqgħat li l-kompetenzi tagħhom jaqgħu taħt aktar minn Ministeru wieħed.

Seduta  169
19/11/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...