28.2.15

Diskors Tieghi fil-Parlament kif rappurtat fin-Nazzjon Taghna.


Id-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici appella lill-Gvern jagħti spjegazzjoni dwar il-lista twila ta' miżuri li ħa fil-Baġit b'żidiet fuq il-ħlasijiet ta' diversi servizzi li ċ-ċittadin jirrikorri għalihom regolarment, u li qed jissarrfu f'piżijiet akbar.

Quddiem dawn il-piżijiet ġodda, il-Gvern għandu jispjega wkoll għal xiex saru u fejn se jwasslu. Carm Mifsud Bonnici saħaq li dawn il-piżijiet juru li l-Gvern m'għandux strateġija politika finanzjarja tajba fid-dħul mit-taxxi u fil-finanzi.

Meta tkellem dwar l-Abbozz ta' Liġi li jimplimenta miżuri tal-Estimi, Carm Mifsud Bonnici kkritika lill-Gvern li żbalja meta ħa miżuri b'għaġla hekk kif saħaq li la darba l-ekonomija sejra daqstant tajjeb kif qed jgħid il-Gvern, ma kellux jippreżenta fil-Baġit aktar minn mitt paġna ta' taxxi u żieda fit-tariffi.

Meta s-sena l-oħra l-Gvern insista li miċ-ċittadinanza se jġib ħafna flus u kienu se jkunu s-soluzzjoni għad-dħul aktar lill-pajjiż, il-Gvern messu evita dan l-Abbozz li jintroduċi taxxi ġodda biex jagħmlu tajjeb għal diversi miżuri li l-Gvern kien ippjana li kien se jdaħħal u ma daħħalhomx.

Dan l-Abbozz ta' Liġi fissru bħala nkwetanti wkoll quddiem dokument kbir b'miżuri li permezz tagħhom se jagħmel bilanċ tal-baġit tiegħu mingħajr ebda linja ta' ħsieb. Spjega li f'din il-borma ta' taxxi hemm minn kollox, inkluż tariffi redikoli u oħrajn serji.
Semma kif deċiżjonijiet saru mingħajr linja ċara ta' dak li jrid jagħmel u f'partijiet minnhom, daħlu kwantità ta' miżuri li qatt ma saru f'dan id-dokument u dejjem tresqu separatament, bħalma hu fil-każ tat-tariffi tal-Qorti.

Semma kwantità kbira ta' tibdiliet fit-tariffi tal-Qorti u fisser li dan mhux il-mod kif il-Gvern idaħħal tariffi ġodda.

Ikkritika wkoll il-mod kif qed jiddaħħlu t-tariffi fil-Qorti, inkluż dawk fuq it-tribunali fil-Qorti, b'uħud mit-tariffi diġà daħlu fis-seħħ, iżda oħrajn le. Semma wkoll kif tariffi li ssoltu jsiru b'emendi u mingħajr il-bżonn ta' baġit, ma daħlux fis-seħħ u sejjaħ dan bħala konfużjoni ta' tariffi li hemm fil-preżent fil-Qorti.

Id-Deputat Nazzjonalista tkellem ukoll dwar tħassib ieħor fl-introduzzjoni ta' dawn it-tariffi u żieda fit-taxxi, u semma kif hemm kwantità ta' emendi biex iżidu tariffi fuq ċertifikati bħalma huma dawk ta' twelid u ta' żwiġijiet, waqt li hemm ukoll żidiet fit-tariffi fuq it-tiġdid tal-passaporti.

Dawn huma  miżuri li se jolqtu lin-nies fl-affarijiet u fil-bżonniiet ta' kuljum.
Semma li ż-żieda fit-tiġdid tal-passaporti hi nkwetanti għaliex mhux biss żdiedu t-tariffi, iżda daħlu kriterji ġodda li qabel ma kinux jeżistu. Dan qed iżid il-piż fuq in-nies b'miżuri li mhumiex neċessarji, bħalma huma wkoll iż-żidiet imħabbra fir-Reġistru Pubblikuu u fir-Reġistru tal-Artijiet.

Semma wkoll il-kwantità kbira ta' tibdiliet fil-liċenzji tal-Pulizija u li huma mifruxa f'kollox, minkejja li spjega li fuq uħud minnhom it-tariffi mhux biss qatt ma kellhom jiżdiedu iżda kellhom jitneħħew.

Bħala eżempju, Carm Mifsud Bonnici semma l-kwistjoni tal-badges tal-kundutturi tal-karozzi tal-linja li ilha li spiċċat żmien twil, u f'din il-lista ta' miżuri kellhom mhux jiżdiedu iżda jitneħħew kompletament. Semma wkoll il-miżuri fuq il-pumpieri taċ-ċinematografi.

Irrifera wkoll għall-emendi li qed isiru biex uffiċjali tad-Dwana jkunu eżenti milli jieħdu r-responsabbiltà tal-oġġetti fdati lilhom. Fisser ukoll li hu żball kif qed titkisser ukoll ir-regola li dejjem tħaddmet, meta l-Gvern issa se jkun qed jgħaddi poteri eżekuttivi tal-membri tal-korp tal-Pulizija lil uffiċjali tad-Dwana.

Ikkritika wkoll id-deċiżjoni tal-Gvern li jdaħħal żidiet fuq il-poloz tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja, bil-Gvern flok jgħin biex ikabbar dan is-settur tal-assigurazzjoni qed jagħmel miżura li jżid fil-piż fuq dawn it-tip ta' poloz li għandhom ikunu nkoraġġuti u mhux jintefa' aktar piż fuqhom.

Irrifera wkoll għal setturi oħrajn li huma b'saħħithom u qed jaraw żidiet, bħalma hu l-piż fuq dawk li jieħdu ħsieb il-kmamar tan-nar. Carm Mifsud Bonnici staqsa jekk kienx hemm konsultazzjoni dwar dawn iż-żidiet.


Semma wkoll li l-Gvern qed jimponi aktar piżijiet fuq is-soċjetajiet tal-banda, u ż-żidiet fuq il-liċenzji marbuta mal-annmali.

26.2.15

EMPLOYMENT AND INDUSTRIAL RELATIONS ACT - EMENDI



14415. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra jekk humiex ser jiġu mressqa mill-Ministeru xi emendi għall-Kapitolu 452 tal-Liġijiet ta’ Malta, Employment and Industrial Relations Act u jekk iva, tista’ tindika f’liema direzzjoni ser ikunu?

16/02/2015

 ONOR. HELENA DALLI:  Ninforma lil Onor Interpellant li l-emendi msemmija tittieħed deċiżjoni fuqhom wara konsultazzjoni li tkun saret fil-Bord għar-Relazzjonijiet tal-Impjiegi. Dan il-Bord huwa magħmul minn rappreżentanti tal-ħaddiema, ta’ min iħaddem u tal-Gvern.

Bħalissa dan il-Bord għandu quddiemu proposti għal emendi li tressqu kemm mill-Ministeru kif ukoll mill-partijiet soċjali rappreżentati fuq il-Bord.
F’ dan l-istadju ma naħsibx li jkun prudenti li nsemmi aspetti li għad iridu jiġu diskussi minn dan il-Bord

Seduta  243
25/02/2015


25.2.15

SKEJJEL SEKONDARJI – TAGĦLIM TAL-LINGWA RUSSA



14412. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015 studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Russa?

16/02/2015




  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Russa fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi:

Settur Sekondarju
Sena Skolastika 2013/2014
Sena Skolastika 2014/2015
Skejjel Sekondarji tal-Istat      
4
2
Skejjel Sekondarji tal-Knisja
3
2
Skejjel Sekondarji Indipendenti
63
67

Seduta  242
24/02/2015


SKEJJEL SEKONDARJI – GĦALLIEMA TAL-LINGWA FRANĊIŻA



14411. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentament qed jgħallmu l-lingwa Franċiża?

16/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat hemm 64 għalliem tal-lingwa Franċiża li tlieta minnhom qegħdin fuq xi forma ta’ leave.

Infurmat ukoll li preżentement hemm disa’ għalliema li jgħallmu l-lingwa Franċiża fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u 34 għalliem li jgħallmu l-Franċiż fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.

Seduta  242
24/02/2015


SKEJJEL SEKONDARJI – TAGĦLIM TAL-LINGWA FRANĊIŻA



14410. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015 studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Franċiża? 

16/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Franċiża fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi:

Settur Sekondarju
Sena Skolastika 2013/2014
Sena Skolastika 2014/2015
Skejjel Sekondarji tal-Istat      
2105
1968
Skejjel Sekondarji tal-Knisja
3713
4484
Skejjel Sekondarji Indipendenti
1444
1170

Seduta  242
24/02/2015


GĦASSA TAL-PULIZIJA TAL-IMSIDA – KAŻIJIET RAPPORTATI TA’ SERQ



14408. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa tal-Msida tul is-snin 2013 u 204?

16/02/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita ta’ l-Imsida matul is-sena 2013 kien mitejn, erba’ u sebgħin (274) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew mitejn, tnejn u erbgħin (242)  każ.  Ir-rapporti setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, pero għal serq li ġara ġewwa l-Imsida.

Seduta  242

24/02/2015

GĦASSA TAL-PULIZIJA TA’ SAN ĠILJAN – KAŻIJIET RAPPORTATI TA’ SERQ



14407. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa ta’ San Ġiljan tul is-snin 2013 u 2014?

16/02/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita ta’ San Giljan matul is-sena 2013 kien jammonta għal elfejn, mija disa u disgħin (2199) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati  elf, disa mija, sitta u tmenin (1,986) każ. Ir-rapporti setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, pero għal serq li ġara ġewwa San Giljan.

Seduta  242

24/02/2015

GĦASSA TAL-PULIZIJA TAL-MOSTA – KAŻIJIET RAPPORTATI TA’ SERQ



14406. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa tal-Mosta tul is-snin 2013 u 2014?

16/02/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita tal-Mosta matul is-sena 2013 kien jammonta għal mija, sitta u ħamsin (156) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati  mija, disa u għoxrin (129) każ. Ir-rapporti setgħu saru fi kwalunkwe għassa f’Malta jew Għawdex, pero għal serq li ġara ġewwa l-Mosta.

Seduta  241

23/02/2015

GĦASSA TAL-PULIZIJA TA’ TAS-SLIEMA – KAŻIJIET RAPPORTATI TA’ SERQ



14405. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ġew rappurtati reati ta’ serq fl-Għassa ta’ tas-Sliema tul is-snin 2013 u 2014?

16/02/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmati li  n-numru ta’ każi ta’ serq rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita ta’ tas-Sliema matul is-sena 2013 kien jammonta għal seba’ mija, erba’ u tletin (734) filwaqt li matul is-sena 2014 ġew rapportati  seba’ mija, ħamsa u disgħin (795)  każ.

Seduta  241

23/02/2015

SKEJJEL SEKONDARJI – GĦALLIEMA TAL-LINGWA TALJANA



14404. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentament qed jgħallmu l-lingwa Taljana?

16/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat hemm 120 għalliem tal-lingwa Taljana li sebgħa minnhom qegħdin fuq xi forma ta’ leave.
Infurmat ukoll li preżentement hemm 55 għalliem li jgħallmu l-lingwa Taljana fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u 13-il għalliem li jgħallmu t-Taljan fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.

Seduta  241

23/02/2015

SKEJJEL SEKONDARJI – TAGĦLIM TAL-LINGWA TALJANA.



14403. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm tul is-sena skolastika 2013/2014 u kemm hawn tul is-sena skolastika 2014/2015, studenti fl-iskejjel sekondarji li qegħdin jew kienu qegħdin jiġu mgħallma l-lingwa Taljana?

16/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' studenti li kienu, jew qegħdin, jitgħallmu l-lingwa Taljana fl-iskejjel sekondarji fis-snin skolastiċi 2013/2014 u 2014/2015, hu kif se nsemmi:

Settur Sekondarju
Sena Skolastika 2013/2014
Sena Skolastika 2014/2015
Skejjel Sekondarji tal-Istat
7522
6800
Skejjel Sekondarji tal-Knisja
2542
3404
Skejjel Sekondarji Indipendenti
730
536

Seduta  241

23/02/2015

SKEJJEL TAL-ISTAT - XIRI TA’ KOTBA BIT-TALJAN



14402. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm inxtraw kotba bil-lingwa Taljana tul dawn l-aħħar sentejn għall-iskejjel tal-Istat?

16/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li matul is-sena skolastika 2014-2015, filwaqt li ftit li xejn inxtraw kotba ġodda bil-lingwa Taljana, l-iskejjel ingħataw kotba ġodda li d-Dipartiment kellu fl-istores. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' kotba tat-Taljan li nxtraw mid-Dipartiment għall-iskejjel tal-Istat fl-aħħar sentejn skolastiċi.

Seduta  241
23/02/2015


SERVIZZ PUBBLIKU – ĦADDIEMA FI SKALA 12



14401. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qegħdin fi Skala 12 fis-Servizz Pubbliku u jista’ jindika kemm daħlu ġodda tul is-sena 2013 u dik 2014?

16/02/2015

  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  Ninsab infurmat li bħalissa hemm 2,804 Uffiċjali Pubbliċi li huma mħallsin fuq skala ta’ salarju 12.

In-numru t’ Uffiċjali Pubbliċi, fuq l-istess skala ta’ salarju, li ġew impjegati  mas-Servizz Pubbliku matul is-snin 2013 u 2014 hu ta’ 125 u 304 rispettivament.

Seduta  241

23/02/2015

DIPARTIMENT TAL-EDUKAZZJONI - ĦADDIEMA



14061. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni sal-aħħar ta’ Jannar 2014?

05/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Jannar 2014, kien hemm 8,800 (tmint elef u tmien mitt) persuna jaħdmu fid-Direttorati tal-Edukazzjoni u d-Direttorat għas-Servizzi Korporattivi. 


Seduta  239

17/02/2015

EDUCATION – IMPJEGATI REĠISTRATI



14060. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati jaħdmu taħt il-kategorija magħrufa għal skopijiet ta’ statistika bħala Education fl-aħħar ta’ Jannar 2014?

05/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li kienu reġistrati jaħdmu fis-settur tal-Edukazzjoni fl-aħħar ta' Jannar 2014 fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni tagħhom kien ta' 18,073 persuna.

Seduta  239

17/02/2015

PUBLIC ADMINISTRATION AND DEFENCE – IMPJEGATI REĠISTRATI



14059. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati jaħdmu fil-kategorija magħrufa għal skopijiet ta’ statistika bħala Public Administration and Defence fl-aħħar ta’ Jannar 2014?

05/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li kienu reġistrati jaħdmu fis-settur tal-'Public Administration and Defence' fl-aħħar ta' Jannar 2014 fuq bażi full time u part time bħala xogħol ewlieni tagħhom kien ta' 15,099 persuna.

Seduta  239

17/02/2015

13.2.15

Tlifnieh



1.      L-aħbar li Michael Refalo ġie msejjaħ għal ħajja ferm aħjar minn din inxterdet f’ħakka t’għajn.  Diversi kienu saru jafuh f’dawn is-snin tiegħu għas-servizz tal-poplu.  Ħafna għalhekk stqarrew kliem ta’ tifħir dwar ħidmietu.  Bir-raġun, għax kellu karattru mill-aqwa.  Ġentili, preparat li jgħin, u fuq kollox kien difensur sod ta’ dawk li kienu jirrikorru għandu.  Ta’ tifel imrobbi f’familja fil-politika kont diġà smajt ismu ħafna snin ilu.  Fid-diffikultajiet kbar li l-Partit Nazzjonalista kellu jgħaddi minnhom fl-Oppożizzjoni bi Gvern Laburista li ma tantx kien għaddej isegwi r-regoli tad-demokrazija.  Fejn il-libertà tal-espressjoni kienet nieżla u kien hawn biża’ fil-pajjiż, f’dak li tgħid, f’dak li tagħmel, u agħar, f’dak li jgħidu dwarek kien hemm.

2.      F’din is-sitwazzjoni trabbew numru ta’ bnedmin li bil-kuraġġ u bid-determinazzjoni kienu magħquda biex iġibu lura d-demokrazija u r-renju tad-dritt.  L-Avukat Michael Refalo hemm kien ikun, ma kienx joqgħod lura milli juri li huwa parti mill-ġenerożità u l-altruwiżmu li kien qed jikber fost partit fejn ma kienx jaqbillek tkun miegħu.  Dawk li kienu nazzjonalisti kellhom jaħdmu u jgħixu fil-moħbi.  Biss Michael hemm kien ikun.  L-ewwel fost il-klijenti varji tiegħu.  Jiddefendihom il-Qorti fid-diversi bżonnijiet.  Ma kienx avukat li kellu xi sezzjoni partikolari, anzi kellu minn kollox.  Ma kienx jistħi jew joqgħod lura milli jidher fit-toga tiegħu mal-kurituri u l-awli ma’ dawk li ma kellhomx.  Mhux l-ewwel darba jew tnejn kont narah għaddej jittratta u jiddefendi, iktar u iktar meta mit-tielet sena tal-kors kont nidħol nipprova ngħin lil missieri.

3.      Mhux darba jew tnejn kont insibu ma’ missieri jieħu kafѐ bejn ħaġa u oħra.  Inkella nsibhom fil-kamra tal-avukati jiddiskutu.  Kawżi kontra xulxin kellhom ukoll.  Niftakar ċertu karattri partikolari.  Niftakru li kien bħal dawk l-avukati ġenwini u twajba li kienu jkunu dejjem konvinti li l-klijent tagħhom, ġej minn fejn ġej, f’dik il-kawża għandu raġun biex ibiegħ.  Huwa kellu uffiċċju mqabbad sew.  Kien jaf mill-esperjenza diretta l-bżonnijiet tal-poplu u kien jaf għal min qiegħed jaħdem u jagħti l-karriera u ħajtu.  Proprju din il-parti twila servietu ta’ riserva qawwija għall-artikoli li kien jikteb Ħadd wara Ħadd, u iktar tard meta ġie maħtur fl-Eżekuttiv bħala ministru.  Ma kienx maqtugħ jew xi rappreżentant ta’ xi elite.  Kien tal-poplu għall-poplu.

4.      Kull nhar ta’ Ħadd, meta iktar politiċi kienu jieħdu ħsieb jiktbu f’din il-gazzetta, Michael kien ikun hemm.  Jikteb b’attenzjoni u intelliġenza.  Daqqa naħa u daqqa oħra, jinbex u jwassal għal diskussjoni f’dak li kien għaddej.  Ma qagħadx lura milli jidhħol fejn għandu, wisq u wisq inqas li jikteb għas-sewwa.  Niftakru li mhux kulħadd kien japprezza dan u laqqat xi libell jew tnejn.  Għax, bir-raġun, kien hemm min jiddejjaq jispiċċa fil-kitba ċara tiegħu.  Il-linka ma naqsitux u kull editur kien jaf li kien jista’ jiddependi fuqu, iktar u iktar meta bejn l-1972 u l-1980 kien jokkupa huwa stess il-kariga ta’ editur ta’ ‘il-mument’.  Il-kitba kienet ta’ persuna lejali, li anke jekk ma taqbilx miegħu f’kollox, kont tapprezza li ġejja minn ideal politiku li jemmen fih.  Ma kienx fil-partit għall-interess iżda għall-prinċipju.  Kien parti sħiħa minn dak li l-partit għamel lilu nnifsu fl-1987 meta l-pajjiż inbidel lura għas-sewwa.

5.      Huwa serva b’attenzjoni u b’umiltà fil-Parlament għal żmien twil.  Ġie elett fl-1971 u baqa’ hemm sal-2003, tnejn u tletin sena mhux ċajta.  Kelli x-xorti nkun fl-istess Grupp Parlamentari miegħu meta ġejt elett fl-1998.  Kien jitkellem bis-serjetà, biss qatt ma kien jonqos milli jitbissem u jiċċajta.  Kellu paċenzja wkoll, speċjalment bija membru ġdid li kont nippreżenta domanda parlamentari fuq oħra u ma noqgħodx għar-risposti.  Kien jaf x’inhuwa jagħmel.  Kieng ħal qalbu fis-settur tat-turiżmu, li rawwem u kabbar kemm felaħ.  Forsi mhux kulħadd fehem fejn ried jasal, biss illum ħadt pjaċir nara kemm ingħada kredtu.  Għamel diversi regoli li servew u bena tajjeb l-istrutturi legali u amministrattivi.  Ħadem b’dedikazzjoni u qatt ma smajt min ma kienx konvint minn dan.

6.      Apprezzajtu iktar meta fl-2003 sibtni rrid immexxi ‘l-quddiem is-settur kumplikat tal-Ġustizzja.  Hemm stajt narah iktar mill-viċin ta’ dak li wettaq fil-ftit żmien li kien fil-pożizzjoni.  Kellu fuq naħa jmexxi ‘l-quddiem id-diversi emendi li kienu ġew konklużi u jitqegħdu fis-seħħ wara dak li l-Ministru Joe Fenech vara fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.  Għall-ewwel darba nfetaħ staġun ta’ emendi li qabel ħadd ma kien għamel u li ppermettewli ndaħħal iktar u iktar jien.  Ma kienx mument faċli, speċjalment meta l-mentalità u l-kultura legali kienet kontra dak li sar.  Biss huwa rnexxielu jżomm il-kolp u jinsisti biex l-emendi jibdew jaħdmu u ma jiġux injorati.  Mhux biss dan, imma kellu l-kuraġġ u d-determinazzjoni li jibda l-proċess biex jitwaqqaf iċ-Ċentru tal-Arbitraġġ.  Il-bidu ta’ mekkaniżmi alternattivi għall-Qorti bdiehom hu.  Mexxa ‘l-pajjiż ‘il quddiem sew u kif kelli l-okkażjoni naqra l-files ministerjali kien ċar mill-bidu f’dak li jrid.  Ċentru li sibtu tajjeb għal dak li ridt nibdel li llum għaddej sew b’ħafna xogħol.

7.      Qalbu ma waqfitx tħabbat għal pajjiżna.  Meta spiċċa jservi fil-Kamra għażel bil-qalb li jmur l-Ingilterra bħala Kummissarju Għoli.  Kien kburi b’din il-ħidma u pożizzjoni.  Serva lill-poplu u sar jaf diversi politiċi fil-House of Commons u Lords.  Bena rabtiet personali u segwihom sa kemm seta’.  Fir-realtà baqa’ attiv sal-aħħar, isegwi dak li għaddej u miżmum għall-integrità, l-onestà, kuraġġ u determinazzjoni.  Għal diversi bħali, tlifna persuna ta’ sustanza.  Biċċa mit-tessut u mill-mużajk ħaj tal-Partit Nazzjonalista tmur miegħu.  Mill-qalb il-lunghi giorni lill-familja tiegħu.








Ma għandniex ninsew



1.      Hemm regoli tal-ħajja li ma jinbidlux.  Hemm min jinsihom, min jista’ jaħseb lima ġrawx fil-passat, però hemm jibqgħu.  Jibqgħu għad-dawl għal min min irid jassigura li ma jidħolx fid-dlam.  Sfortunatament diversi jidħlu għal passi u jieħdu deċiżjonijiet li, mingħajr ma jafu, jkunu qed jerġgħu jieħdu l-iżbalji li ħadu oħrajn qabilhom.  F’dan il-mument tal-istorja għandna diversi persuni fil-politika li ma għandhomx magħhom kultura politika.  Li ma għandhomx fihom id-diversi lezzjonijiet li esperjenzi politiċi ta’ qabel sarrfu għad-dinja.  Ma qrawx, ma flewx u wisq inqas irriflettew fuq dak li għaddew minnu ta’ qabilna biex ma nerġgħux ngħaddu minnu llum jew għada.  Dan id-diskors jista’ jidher li fih piż żejjed, li m’huwiex liberu mir-responsabbiltà u għalhekk ixekkel għax inaqqas fis-suppost “għażliet” li wieħed jista’ jieħu.

2.      Ngħid dan fid-dawl ta’ dak li ftakarna fih tul din il-ġimgħa li għadha kif għaddiet.  It-Tlieta 27 ta’ Jannar waqafna niftakru f’dak li diversi Lhud kellhom jgħaddu minnu fl-Ewropa tul l-aħħar gwerra dinjija.  Il-qtil bla sens u raġuni ta’ diversi, għas-sempliċi fatt li twieldu minn ġenituri Lhud jibqa’ jsammarna naħsbu.  Sitt miljun Lhudi tilfu ħajjithom mhux minħabba l-gwerra.  Mhux bil-ħidma tal-għadu jew għax fuq il-kampijiet tal-battalja, iżda għal raġuni oħra.  Il-gwerra kienet biss paraventu li ppermettiet il-ġenn tal-ideoloġija nażista li tneħħi dak li hija kienet issejjaħ “razez inferjuri” sabiex ir-razza superjuri tirbaħ.  It-Tieni Gwerra Mondjali ma kienetx biss konflitt ta’ strateġiji u ideat militari fejn parti tirbaħ lill-oħra u tieħu l-premju tal-artijiet u wirt ieħor f’idejha.  Kienet waħda ta’ ideoloġija.

3.      Kienet waħda li fiha l-għażliet kienu bejn dawk demokratiċi, u fuq l-oħra, dawk dittatorjali; bejn tmexxija parlamentari minn membri eletti demokratikament minn fost diversi partiti jew dik ta’ għażliet ta’ bnedmin minn partit wieħed; bejn jekk il-bniedem għandux drittijiet fundamentali li l-Istat irid jirrispetta, inkella fejn huwa biss għodda u strument li ma għandu ebda dinjità; bejn it-tgawdija tal-libertà fir-responsabbiltà ta’ kulħadd, inkella fejn kull persuna huwa kkmandat minn mexxej wieħed li għandu f’idejh il-poter kollu; bejn l-ugwaljanza bejn il-bnedmin, huma min huma, ġejjin minn liema razza jew kulur ta’ ġilda, jew uħud biss li għandhom id-drittijiet fuq l-oħrajn, inkluż li jneħħulhom id-dritt għall-ħajja tagħhom.  Il-lemin estrem bena lilu nnifsu fuq dawn il-kuntrasti.  Ħares lejn dak li ngħad minn bniedem wieħed u pprova jġibu fis-seħħ.

4.      Il-forza militari, is-saħħa politika konċentrata fl-id ta’ bniedem wieħed ġiebu kriżi fl-istorja tal-umanità, dak kollu li kien ilu jinbena b’ħafna diffikultà mill-bnedmin fis-sekli.  Diversi mexxejja missew ma’ dawn l-ideat żbaljati u f’isem il-poter dittatorjali tagħhom ġiebu diżastri.  Dak li sar min-nażiżmu kien ripetizzjoni fuq skala kbira u organizzata ta’ dak li diversi kienu wettqu b’nuqqas ta’ suċċess qabel fuq skala ferm iżgħar.  Il-mod metikoluż u mill-iktar iktar li bih inġabru diversi lhud mill-irkejjen kollha tal-Ewropa u meħuda għall-eliminazzjoni tibqa’ timpressjonana.  Min-naħa l-ħruxija tagħha fejn il-ħniena, il-ġustizzja tilfu kull forma ta’ saħħa; fuq l-oħra il-banalità assolutament kbira ta’ diversi li sabu ruħhom maqtula mingħajr ħtija jew piena.  Il-lhud ma kienu ħatja ta’ xejn.  Ħadd minnhom ma kien ħaqqu l-mewt.  Bnedmin oħra daħħlu f’rashom żbaljatament li għandhom xi dritt li jneħħu l-ħajja ta’ bnedmin oħra bħalhom għax kellhom jibnu soċjetà perfetta fejn ma kienx hemm lok għad-demokrazija, għad-drittijiet fundamentali, għall-ġustizzja u l-libertà.

5.      Il-bnedmin m’humiex magni.  Wisq inqas ma jistgħu jkunu perfetti u rikonoxxuti mill-oħrajn bħala hekk.  Kull persuna jġorr miegħu dawk li għandhom stima fih u dawk le.  Dan ma jagħmlux persuna inqas jew li tiġi eliminata.  Il-fatt li l-lhud ma kienx perfetti għall-magna nażista ma jfissirx li kienu ħżiena; tfisser anzi li l-ideoloġija leminija estrema kienet żbaljata.  Kif tipprova taħrab mill-ħajja, mir-regoli tagħha li l-fidi nisranija, b’tant attenzjoni u studju tan-natura umana għallmet, tkun qed toħroġ barra minn dak li huwa sewwa u dak li jista’ jirnexxi.  In-nażiżmu ħaqqu kull kundanna u ma nistax naċċetta li l-lemin estrem jista’ f’xi mument ikollu raġun fuq dak li wettaq jew dak li ħalla warajh.  Kundannabbli iktar min jibqa’ jaħseb li dak huwa eżempju li jrid jiġi segwit.

6.      Kull bniedem għandu d-dritt għad-dinjità tiegħu, għad-drittijiet fundamentali lijagħmluh ‘il fuq mill-Istat.  Ebda bniedem, għandu kemm għandu poter jew qiegħed f’liema pożizzjoni qiegħed, ma jista’ jaħrab minn dan.  Id-demokrazija li twaqqfet mill-partiti demokristjani fl-Ewropa wara din l-esperjenza titlob anzi li kull deċiżjoni tiġi diskussa u dibattuta fis-soċjetà libera, fil-partit demokratiku u fil-Parlament fejn hemm iktar minn partit wieħed.  Kull min jaħrab minn dawn il-lezzjonijiet ikun qiegħed jieħu lilu nnifsu lura lejn dak li qatt ma kellu jkun.  Kull jum, kull min qiegħed fil-politika għandu jkun jaf li ser isib ruħu mkejjel fuq dan fuq naħa, u fuq l-oħra eżaminat f’dan.  Il-lezzjonijiet ta’ Auschwitz u ta’ Dachau m’humiex ‘il bgħid minna.  Ma humiex f’passat ta’ sebgħin sena iżda huwa attwali.  Huwa llum ma’ kull ġurnata.  Il-poter f’demokrazija jrid jiġi użat bil-mod li l-liġijiet u r-regoli jitolbu. Ma jistax ikollok demokrazija li titmexxa bi ħsieb dittatorjali.  Meta dan jiġri, il-bnedmin jintilfu u jtellfu lil xulxin id-dinjità.  Għalhekk ma għandniex ninsew dak li d-dinja rat u dak li taf sew bih.  Hekk niggarantixxu lil xulxin is-sewwa, il-ġustizzja u l-ħniena li kull soċjetà għandha bżonn.


Obama għamel il-punt.



1.      Ma nistax ngħid li jien inżomm mal-Partit Demokratiku amerikan u anqas dak Repubblikan f’dak il-pajjiż.  Hemm punti li naqbel magħhom fiż-żewġ partiti u hemm diversi oħra li assolutament magħhom ma naqbilx.  Allura nikteb mhux min-naħa tal-parti iżda minn dak li qed nara jew, għall-iskop ta’ dan l-artikolu, ta’ dak li rajt għaddej tul din l-aħħar ġimgħa.  Ngħid dan għax it-Tlieta li għadda, Barack Obama, il-President tal-Istati Uniti għamel id-diskors ta’ kull sena magħruf aħjar bħala “State of the Union Address”.  Diskors verament interessanti, mimli b’informazzjoni u direzzjoni.

2.      Fil-verità kont ilni ma nisma’, nara u wara nerġa’ naqra diskors ta’ din il-kwalità minn żmien il-Prim Ministru Ingliż Tony Blair.  Ma nafx jekk kienux dawni l-mexxejja li kitbu diskorshom, bħal ma naf diversi li jħobbu jagħmlu, biss żgur mhux forsi, approvaw kitba u messaġġi tajba ħafna.  Fi kliem dirett stajt nara President li ried jagħmel numru ta’ punti ċari u diretti.  Kien interessanti ħafna dan meta tikkonsidra li fl-aħħar elezzjonijiet għall-kungress u l-kamra tad-deputati, l-Partit Demokratiku, dak ta’ Obama, tilef il-maġġoranza fit-tnejn.  Kien hemm linja kontinwa ta’ botti politiċi b’saħħithom li permezz tagħhom id-demokratiċi riedu jerġgħu jġibu l-affarijiet lura fil-perspettiva li hemm.  Il-kmamar huma repubblikani, iżda l-President huwa demokratiku.

3.      Is-sustanza tad-diskors kien maqsum f’żewġ partijiet prinċipali.  Waħda fuq l-affarijiet barranin u l-oħra fuq is-settur intern.  Smajtu jgħid tant tajjeb li l-Istati Uniti ma jistgħux “separate our work at home from the challenges beyond our shores”.  Ta’ kif dan il-pajjiż irid jieħu ħsieb li jkollu “military power with strong diplomacy”.  Il-verità hija li għalkemm attakkat diversi drabi, irnexxielu jġib ‘il quddiem fil-plitika barranija punti li presidenti ta’ qablu ma għamlux.  Il-fatt li l-pajjiż fetaħ bibien ġodda lejn pajjiż bħal Cuba, li ilhom mill-1961 bihom magħluqa, huwa żgur pass kbir ‘il quddiem.  Biż-żewġ naħat diġà involuti f’diskussjonijiet sabiex jinfetħu ambaxxati u mhux biss, bil-kuraġġ li jirrikonoxxi li dak li qiegħed iwettaq għandu id fiha l-Papa Franġisku.  Papa li diġà għamel il-marka tiegħu u jikkwotah bil-kliem veritieri “diplomacy is the work of small steps”.

4.      L-istess meta jsemmi l-fatt li l-pajjiż naqqas drastikament il-preżenza tiegħu fl-Iraq u fl-Afganistan minn 180,000 suldat għal 15,000.  Jew l-importanza li l-klima hija fermament fl-aġenda amerikana bil-ftehim storiku li wasal għalih maċ-Ċina.  Din ukoll deċiżjoni kuraġġuża u li fetħet bibien ġodda fix-xenarji.  Deċiżjoni li qed tkompli tissoda bil-fatt li dan il-Ħadd ser ikun fl-Indja, preżenti f’pajjiż li qiegħed joħroġ bħala t-tielet wieħed.  Wieħed li wara dawn iż-żewġ pajjiżi l-kbar qed jieħu post ir-Russja li tidher dejjem iktar li qegħda tiżola lilha nfisha.  F’pożizzjonijiet fil-Paċifiku u l-Asja fejn, kif qal tajjeb: “We are modernizing alliances while making sure that other nations play by the rules.”  Il-messaġġ ċar tiegħu kien li l-Istati Uniti importanti kienu u beħsiebhom jibqgħu, mhux biss, imma anke jekk jikkritikawh id-dar li ma kienx bħal ta’ qablu, għamel aħjar minnhom.

5.      Però ma waqafx hemm.  Seta’ jiftaħar fuq dak li għaddej fil-pajjiż fil-politika nazzjonali.  Il-figuri tad-dinja tax-xogħol huma pożittivi ħafna.  L-ekonomija hija b’saħħitha, id-defiċit nieżel, l-industrija qed taħdem u l-produzzjoni tal-enerġija qed tiġi ssudata aħjar b’inqad dipendenza fuq swieq barranin.  Fuq kollox, għoġbitni l-pożizzjoni tiegħu li jrid “an economy that generates rising incomes” u dan flimkien mal-fatt li iktar studenti ggradwaw fl-istituzzjonijiet edukattivi f’dak il-pajjiż.  Wieħed jifhem iktar li l-politika preżenti tiegħu hija dik li jgħin lil iktar bnedmin jitilgħu ‘l fuq.  Mhux biss, b’iktar xogħol imma b’salarju aqwa u b’aktar flus u investiment fl-edukazzjoni tal-ulied.  Dak li fil-verità konna qbadna tant tajjeb aħna fi żmien passat.

6.      F’dan kollu, f’dawn il-punti ta’ suċċess fejn id-daqqiet politiċi ma naqsux ħa ħsieb li ma jabbandunax il-fatt li l-politika t-tajba ssir għax ikun hemm valuri veri u mhux apparenti.  Dan iktar u iktar meta jirrimarka li għaddew diġà l-ewwel ħmistax-il sena ta’ dan is-seklu.  Lejn l-aħħar tad-diskors jassigura li qiegħed jagħti importanza lill-ġustizzja, id-dinjità umana, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni u l-bżonn tad-difiża tal-liġi u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.  Mexxej politiku ta’ sustanza jiddistingwi ruħu minn oħrajn meta jagħti piż determinanti lill-valuri li joħorġu mill-prinċipji etiċi nsara li verament għamlu dan il-pajjiż u dan il-poplu.  Għad fadal sentejn oħra ta’ din it-tmexxija.  Ma għandix dubju li ser ikompli jkun importanti mhux biss fil-politika amerikana, internazzjonali, iżda wkoll dik ta’ pajjiżna.  Aħna niddependu wkoll fl-ekonomija tagħna, fil-ħajja soċjali mill-istabilità ta’ dan il-pajjiż kbir.  Huwa importanti li l-boxxla soċjali ta’ dan il-Presidnet ma tmurx sabiex il-ġustizzja soċjali fid-dinja ma tintilifx.


PERSUNI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL TAĦT IT-TIENI PARTI TAR-REĠISTRU



14058. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol taħt it-tieni parti tar-Reġistru fl-aħħar ta’ Jannar 2014?

05/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li n-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol taħt it-tieni parti tar-Reġistru fl-aħħar ta’ Jannar 2014 kien ta’ 492 persuna.

Seduta  238
11/02/2015


PERSUNI JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL TAĦT L-EWWEL PARTI TAR-REĠISTRU.



14057. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol taħt l-ewwel parti tar-Reġistru fl-aħħar ta’ Jannar 2014?

05/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Infurmat li n-numru ta' persuni jirreġistraw għax-xogħol taħt l-ewwel parti tar-Reġistru fl-aħħar ta’ Jannar 2014 kien ta’ 7,297 persuna.

Seduta  238

11/02/2015

ETC – PERSUNI LI ATTENDEW KORSIJIET



14056. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna attendiet għall-korsijiet ġewwa l-ETC u jista’ jagħti d-dettalji ta’ liema korsijiet attendew?

05/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li attendew għall-korsijiet ġewwa l-ETC bejn Jannar u Diċembru 2014 kien ta' 4,496 persuna. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-korsijiet u n-numru ta' persuni li attendew għal kull kors.

Seduta  238

11/02/2015

ETC – IMPJEGATI B’KUNTRATT



14055. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm persuni b’kuntratt impjegati mal-ETC?

05/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li preżentement hemm 47 persuna b’kuntratt impjegati mal-ETC.

Seduta  238

11/02/2015

ETC - IMPJEGATI.



14054. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm impjegati mal-ETC u f’liema grad jinsabu?

05/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li preżentement hemm 293 persuna impjegati mal-ETC imqassmin f’dawn il-gradi:

Chief Executive Officer
1
Head of Division
6
Department Manager
10
A/Department Manager
1
Unit Manager
14
Senior Executive
23
Executive
113
Senior Clerk
65
Clerk
39
Senior Tradesman
3
Security
9
Cleaner
3
Messenger/Driver
3
PA to CEO
1
PA to Chairman
2

Seduta  238
11/02/2015


DIPARTIMENT TAL-PROBATION U PAROLE – IMPJEGATI.




14053. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jgħid preżentament kemm hemm impjegati u f’liema grad huma fid-Dipartiment tal-Probation u Parole? Hemm il-ħsieb li jiġu impjegati persuni oħra u jekk iva, f’liema grad?

05/02/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa hemm sitta u tletin impjegat/a fi ħdan id-dipartiment tal-Probation u Parole. Dawn jinsabu mqassma kif ġej:

1 Direttur
1 Assistent Direttur
1 Prinċipal
4 Senior Probation Officers
1 Victim Liaison Officer
2 Psikologi
1 Uffiċjal Legali
20 Uffiċjali tal-Probation
1 Uffiċjal Eżekuttiv
2 Skrivani
1 Uffiċjal fi skala 14
1 Substitute Clerk

Din is-sena dan id-dipartiment hu bil-ħsieb li jimpjega Senior Psychologist, Accounts Clerk u Messenger/Driver.

Seduta  238
11/02/2015


SENTENZI TA’ PROBATION



14047. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sentenza ta’ probation ingħatat tul is-sena 2014?

05/02/2015

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li tul is-sena 2014 fil-Qrati ta’ Ġurisdizzjoni Kriminali f’Malta u Għawdex ingħataw 248 ordni ta’ Probation.


Seduta  237

09/02/2015

MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI – INGAĠĠ TA’ IMPJEGATI.



14052. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati u ingaġġati persuni mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu fl-2014?

05/02/2015

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2004 ġew ingaġġati 207 persuni mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu.
Dawn jinkludu nurses ma’ SVPR, DECC u FSWS (inkluż re-instatements),  Social Workers u Support Workers mal-FSWS u diversi impjiegi temporanji mal-proġett LEAP ikkofinanzjat mill-UE.
Uħud mill-impjiegi saru sabiex jagħmlu tajjeb għal dawk li spiċċaw għal xi raġuni jew oħra u oħrajn biex jagħmlu tajjeb għal numru ta’ postijiet vakanti fid-dekasteru.

Seduta  237

09/02/2015

LIBRERIJI PUBBLIĊI – KOTBA BIL-LINGWA RUSSA



14051. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ktieb bil-lingwa Russa nxtraw għal-libreriji pubbliċi tul is-snin 2013 u 2014?

05/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-Malta Libraries xtrat kotba bil-lingwa Russa kif ġej:

Sena 2013 - 1
Sena 2014 - 2

Seduta  237
09/02/2015


SKEJJEL SEKONDARJI – GĦALLIEMA TAR-RUSSU



14050. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentament qed jgħallmu l-lingwa Russa?

05/02/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji tal-Gvern hemm għalliema waħda li preżentement qed tgħallem il-lingwa Russa.

Infurmat ukoll li hemm żewġ għalliema oħra li jgħallmu r-Russu fil-livell sekondarju, wieħed fi skola tal-Knisja u persuna oħra fi skola Indipendenti.

Seduta  237
09/02/2015



Fiduċja fiż-żgħażagħ



Il-Partit Nazzjonalista minn dejjem kellu fiduċja fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, tant li dejjem kien parteċipattiv fid-diskussjonijiet biex iż-żgħażagħ jingħataw il-vot ta’ 16-il sena fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Il-Partit Nazzjonalista jemmen li għandu jkun hemm aktar fiduċja fiż-żgħażagħ u dawn għandhom jivvutaw ukoll f’elezzjonijiet oħra.

Dan qalu l-Kelliem taż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Kunsilli Lokali David Agius waqt dibattitu fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, x-Xjenza u t-Teknoloġija, l-MCAST, li kien organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ.
“Ma nistgħux nippretendu li ż-żgħażagħ jieħdu sehem fil-politika jekk inkunu aħna stess li neskluduwhom milli jieħdu sehem b’mod attiv. Bl-għotja tal-vot liż-żgħażagħ, qed inwasslu messaġġ ċar li aħna l-politiċi jimpurtana minn kif jaħsbuha ż-żgħażagħ u li rriduhom involuti fid-deċiżjonijiet kollha li jkunu qed jittieħdu,” sostna David Agius.

Hu appella wkoll għal programmi u reklami edukattivi fuq il-mezzi tax-xandir li jħajru aktar żgħażagħ jinvolvu rwieħhom fil-politika. Hu tkellem ukoll dwar l-idea li jsir taħriġ biex iż-żgħażagħ jidħlu fid-dinja tal-politika.

Fl-aħħarnett, David Agius qal li hu jemmen li ż-żgħażagħ mhux biss għandu jkollhom id-dritt li jivvutaw, iżda għandhom id-dmir li jitkellmu u jesprimu rwieħhom dwar dak kollu li jkun qed jiġri madwarhom.

12.02.15


5.2.15

FES – IMPJIEG / INGAĠĠ TA’ PERSUNI




13795. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13580 jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra f’liema belt jew raħal ġejjin u huma rreġistrati fir-reġistru elettorali  l-1361 persuna li ġew impjegati part-time fl-FES tul is-sena  2014

26/01/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li l-lokalitajiet li fihom joqogħdu  l-persuni li ġew impjegati fuq bażi part-time mal-FES matul is-sena 2014, bl-għadd rispettiv għal kull lokalità, huma kif se nsemmi:


Lokalità - Malta
Għadd ta' impjegati p/t

 Lokalità - Għawdex        
Għadd ta' impjegati p/t





Attard
56

Fontana
6
Baħrija
2

Għajnsielem
14
Balzan
9

Għarb
6
B'Buġia
48

Għasri
1
Bidnija
1

Kerċem
4
Birgu
2

Marsalforn
2
Birkirkara
69

Munxar
6
Bormla
5

Nadur
13
Buġibba
4

Qala
6
Burmarrad
3

San Lawrenz
7
Cospicua
7

Sannat
12
Dingli
20

Victoria
41
Fgura
49

Xagħra
20
Fleur de Lys
3

Xewkija
30
Floriana
5

Xlendi
3
Għargħur
13

Żebbuġ
3
Għaxaq
24



G'Mangia
4



Gudja
20



Gżira
16



Ħamrun
34



Ibraġ
1



Iklin
20



Imġarr
17



Isla
2



Kalkara
16



Kappara
2



Kirkop
15



Kordin
1



Lija
11



Luqa
23



Manikata
2



Marsa
11



Marsascala
67



Marsaxlokk
22



Mellieħa
35



Mosta
110



Mqabba
18



Mrieħel
2



Msida
22



Mtaħleb
1



Mtarfa
15



Naxxar
47



Paola
28



Pembroke
27



Pietà
11



Qajjenza
1



Qawra
9



Qormi 
66



Qrendi
19



Rabat
47



Safi
17



Sagħjtar
1



Salina
1



San Ġiljan
17



San Ġwann
44



San Pawl tat-Tarġa
1



Santa Luċija
17



Santa Venera
62



Senglea
7



Siġġiewi
49



Sliema
16



San Pawl il-Baħar
30



Swatar
10



Swieqi
17



Ta' Xbiex
1



Tarxien
33



Valletta
10



Xgħajra
7



Żabbar
88



Żebbiegħ
1



Żebbuġ
23



Żejtun
43



Żurrieq
54


















Din l-istatistika hija tal-part-timers kollha inkluż dawk li ġew impjegati mal-Fondazzjoni fuq kuntratt definit għal Skola Sajf 2014.

Seduta  236
04/02/2015


IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...