3.2.15

GĦASSA FGURA – RAPPORTI TA’ REATI TA’ SERQ.



13787. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru rapporti ta’ reati ta’ serq fl-Għassa tal-Fgura tul is-snin 2013 u 2014?

26/01/2015

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n- numru globali ta’ serq li ġie rapportat lill-Pulizija fir-rigward tal-lokalita’ tal-Fgura fis-sena 2013 kien jammonta għal mitt (100)  każ,  filwaqt li fis-sena 2014 kien hemm sitta u tmenin (86) każ.

Seduta  235

03/02/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...