3.2.15

SKEJJEL SEKONDARJI – GĦALLIEMA LI JGĦALLMU L-ISPANJOL.



13783. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn għalliema fl-iskejjel sekondarji li preżentement qed jgħallmu l-lingwa Spanjola ?

26/01/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-iskejjel Sekondarji Statali hemm 34 għalliem tal-iSpanjol li tnejn minnhom qegħdin fuq maternity leave. Hemm ukoll żewġ għalliema tal-iSpanjol fil-Livell Post Sekondarju ta’ Malta u wieħed Għawdex shared mas-Sekondarja.

Infurmat ukoll li preżentement hemm seba’ għalliema li jgħallmu l-iSpanjol fl-Iskejjel Sekondarji tal-Knisja u erba’ għalliema li jgħallmu l-iSpanjol fl-Iskejjel Sekondarji Indipendenti.


Seduta  234

02/02/2015

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...