24.4.24

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika ruħha. Tidher li daħlet f’pożizzjonijiet li minnhom, flok qed naraw tmiem kunflitt, qed immissu ma’ iktar imwiet. Il-figuri li ħadd ma jidher li qiegħed imeri juru li mietu eluf ta’ persuni. Fil-bidu, u li ċaqlaq kollox, kien l-attakk żbaljat u mill-iktar kundannabbli li l-Ħamas wettqu fuq diversi innoċenti. Kien bla sens, mimli ħdura, degradanti, u li ma jwassal imkien. Min ħa dik id-deċiżjoni wera li mhuwiex denju jew kapaċi jieħu passi biex tinstab soluzzjoni għal żewġ popli li qed jgħixu viċin xulxin.

M’hemmx passi oħra

2. Minn dak li rajna huwa iktar evidenti li daħlet il-mentalità li għal dak li seħħ m’hemmx passi oħra lura. L-attakki li saru mill-Forzi Armati Iżraeljani seta’ kellhom ġustifikazzjoni fil-bidu, imma llum ħadd ma jista’ jitkellem iktar fuq atti ta’ difiża leġittima. Fil-perkors ta’ dawn ix-xhur saru wisq atti militari li ma wasslux għar-riżultati li wħud, minn barra, setgħu ħasbu. Diversi qed jaħsbu u jgħidu li l-affarijiet ikkumplikaw ruħhom intenzjonalment. Attakki varji fuq bnedmin li tilfu ħajjithom. Mietu ulied, nisa, anzjani. Id-demm innoċenti tagħhom qiegħed hemm: jgħajjat f’soċjetà li tilfet widintha. Ma nafx kif, għada pitagħada, stati oħra madwar id-dinja, fir-reġjun, fil-Mediterran, jistgħu jħarsu f’għajnejn dawk li għadhom ħajjin. Kif jistgħu, il-mexxejja tad-dinja, jiġġustifikaw dak li wettqu? U kif ħadd ma ntervjena verament biex dan il-massakru jieqaf?

Kwistjoni ta’ mexxejja

3. Hemm, f’dan, responsabbiltà kollettiva li qegħda tinġabar fuqna wkoll. Waqt li fl-1945 ftit kienu jafu dak li kien għaddej fil-kampijiet tal-konċentrament, illum dan ilkoll nafuh. Aħna wkoll għandna nitkellmu, naġixxu u nċaqilqu. Faċli nħallu lill-oħrajn għaddejjin u ndawru wiċċna. Għandna problemi qawwija fil-kuxjenza tagħna. Dik li hija ta’ bnedmin ta’ kultura, ta’ storja, ta’ Nsara. Għandna fuqna dmirijiet li jwassluna biex naġixxu billi nsemmgħu leħinna u ma nħallux lil min isikkitna b’diskorsi bla sens li fihom nispiċċaw biss f’loppju. Diversi, f’dan, ifittxu li jagħżlu li jwaħħlu fil-mexxejja partikolari. Fuq naħa, u l-iktar fil-mira hemm Benjamin Netanyahu, li jidher dejjem iktar li qiegħed f’pożizzjoni politika li 
minnha ma jridx jiċċaqlaq. Uħud, bħal ma smajt lil Mustafa Barghouti, is-Segretarju Ġenerali tal-Palestinian National Initiative jiddikjara, jaħsbu li dan ġej minħabba l-proċessi kriminali u politiċi li għandu jistennewh. Imma fir-realtà hija wkoll li hemm politiċi oħra warajh li qegħdin isostnu li din il-linja iebsa tkompli għaddejja, minkejja li Gaża hija mfarrka kważi kompletament. Fosthom Itamar Ben Gvir, il-mexxej tal-partit tal-lemin estrem fil-koalizzjoni tal-Gvern. Imma internament  ħadd m’huwa b’xi mod jaġixxi verament sabiex din il-linja ta’ ġlied tieqaf. Iktar u iktar fl-isfida iktar ikkumplikata li, għall-ewwel darba, hemm tibdil fir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u Iżrael.

Żewġ Stati?

4. Minkejja l-isforzi tal-President Joe Biden, li naħseb li ħaddieħor m’għandux l-intenzjoni li jaqbad u li qiegħed iwettaq, huwa iktar ċar li flok qed tinstab soluzzjoni, is-sitwazzjoni iktar qed tikkomplika ruħha. Dak li hu għaddej f’Gaża mhuwiex, b’xi mod, aċċettabbli, u kull min għandu għal qalbu d-drittijiet fundamentali ta’ kull persuna u jħares lejn l-istorja jaf li għandu jaġixxi. Dak li seħħ f’Ottubru huwa frott ta’ moviment terrorista, ċertament, u mhux tal-poplu Palestinjan. Imma nagħrfu dejjem aktar li hemm distinzjoni bejn dak li seħħ u dak li għandna nħarsu għalih fil-futur. Dikjarazzjonijiet fuq soluzzjoni ta’ żewġ Stati ilna nagħmlu u nisimgħu. F’dawn is-snin ma ġewx, u ma ngħatawx il-ħajja. F
’dawn is-snin kienet ukoll konvenjenti għal dan il-Gvern ta’ Benjamin Netanyahu li ma tiġix għad-dawl. Anzi, li saru passi determinanti sabiex tagħmel dan iktar diffiċli. Kien hemm bżonn dikjarazzjoni mill-ġdid li din għadha fuq il-mejda, imma daqshekk ieħor li jridu jsiru iktar passi fi trattattivi li ma jistgħux jirnexxu jew jibdew.

Iżrael u l-Iran

5. F’dan huwa iktar ikkumplikat dak li seħħ f’dawn il-jiem bejn dawn l-Istati. Jekk kienx att ta’ provokazzjoni jew difiża li l-Iżrael attakka konsolat f’dak il-pajjiż, forsi nkunu nafuh għada pitgħada. Imma r-reazzjoni kienet daqshekk ieħor barra mill-proporzjon. L-appelli għal tnaqqis fil-livell għoli ta’ ritaljazzjoni, jew forsi f’termini differenti, waħda ikkalkulata, ma nafx kemm kienu effikaċi. Il-pajjiżi tad-dawra wettqu ħidma li sa issa tidher li kkontrollat. Imma kemm dan ser jibqa’ hekk fil-futur qasir, ma nafux. Iktar u iktar bl-estremiżmi li hemm f’Iżrael u bis-sejħa għal reazzjoni għal dak li hu għaddej f’Gaża minn poplu Musulman li jrid iwieġeb għall-mewt ta’ tant innoċenti. Waqt dawn il-jiem jidher li hemm ħsieb mill-ġdid fuq dan, imma fejn ser iwassal fit-tul, u jekk huwiex ser jinżamm fejn hu, ma nafux.

Jibqa’ l-punt

6. F’dan kollu, il-pożizzjoni ser tibqa’ dik li m’għandniex soluzzjoni vera. Flok nistgħu nħarsu lejn futur fil-paċi, għandna kważi assigurazzjoni ta’ wieħed mifni bil-ġlied. Iktar ma l-partijiet idumu biex jaslu, jew kif partijiet minn Iżrael jippretendu li qatt ma jaslu, is-sitwazzjoni tibqa’ ħażina bil-kumplikazzjoni li f’għajnejn ġenerazzjoni Palestinjana futura jkun hemm min jiġġustifika dak li wettqu l-Ħamas. Mhux biss, imma hemm it-theddida li dak kollu li ġie reġistrat li m’għandux jerġa’ jseħħ wara x-Shoah ser jintilef. Ma jistax jibqa’ jingħad li min jitkellem favur soluzzjoni u l-poplu Palestinjan huwa parti minn aġir anti-semita jew favur il-Ħamas. Dan mhu minnu xejn. Iżrael irid ikun ferm iktar attent għax f’dan qiegħed ifarrak dak li huwa stess bena sa mill-1945. Id-dikjarazzjonijiet ta’ Stati f’dawn il-jiem dwar dan huwa iktar determinanti. Pajjiżna għamel sew li ħa pożizzjoni. Imma hemm bżonn ferm iktar sforzi sabiex din il-kwistjoni tirrisolvi ruħha. Nafu li hija kkumplikata, però nagħrfu li hemm bżonn iktar passi biex jieqaf il-ġlied. Inkunu iktar ippreparati nistaqsu pubblikament fejn aħna u fejn sejrin.

LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA

18522. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid għal liema laqgħat attendiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistennija tattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

 

17/04/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7206, ninfurmah li f’Marzu ta’ din is-sena attendejt għal-laqgħa tal-Kunsill Ministerjali tal-Enerġija.

 

Seduta  234

23/04/2024

LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA

18521. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

 

17/04/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tas-sena, fil-kapaċità tiegħi bħala Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, ipparteċipajt b’mod attiv fil-laqgħa informali tal-Ministri tat-Trasport li saret fi Brussell, fit-3–4 ta’ April 2024. Barra minn hekk, bħala parti mill-impenji li ġejjin, se nkun qed nattendi wkoll il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tat-Trasport li ser isir fit-18 ta’ Ġunju fil-Lussemburgu.

 

Seduta  234

23/04/2024

LAQGĦAT FI ĦDAN L-UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA

18520. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali: Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2024?

 

17/04/2024

 

ONOR. ANTON REFALO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-laqgħat fi ħdan l-UE li attendejt għalihom sa llum huma hekk kig ġej:

 

Jannar 2024 – Kunsill Agrifish – Brussell, Belġju

Frar 2024 – Kunsill Agrifish – Brussell, Belġju
Marzu 2024 – Kunsill Agrifish – Brussell, Belġju
April 2024 – Laqgħa informali għall-Ministri għall-Agrikoltura - Limburgu, Belġju

 

Mistenni li nkun qed nattendi għal-laqgħat futuri fi ħdan l-UE.

 

Seduta  234

23/04/2024

IL-FURJANA – TRIQ ĠNIEN DANTE ALIGHERI – SIĠAR TAĊ-ĊITRU

18519. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 16617 u 17508, jista’ l-Ministru jara li s-sitwazzjoni tiġi riżolta u jittieħdu l-passi neċessarji?

 

17/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill qed jieħu l-passi neċessarji biex jara li l-ġonna u s-soft areas ikunu ikkurati.

 

Seduta  234

23/04/2024

SPORTMALTA U L-KUNTRATTUR TAX-SHOOTING RANGE - FTEHIM

18518. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim milħuq bonarjament bejn SportMalta u l-kuntrattur tax-Shooting Range u jekk kienx hemm ftehim jew dokument ulterjuri li rriżulta mill-medjazzjoni li seħħet bejniethom?

 

17/04/2024

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt u l-addendum qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  234

23/04/2024

RAĦAL ĠDID - TRIQ L-ISQOF BUHAGIAR - XOGĦLIJIET

18517. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet qegħdin isiru fi Triq l-Isqof Buhagiar, Raħal Ġdid, kemm se jdumu għaddejjin u kemm huma stmati li se jiġu jiswew?

 

17/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Paola li x-xogħlijiet fi Triq l-Isqof Buhagiar jikkonsistu fil-bdil tal-main u s-servizzi tal-ilma, main tad-drenaġġ, bankini ġodda u l-asfaltar tat-triq. Dan ix-xogħol qed isir mill-kuntrattur ta’ Infrastruttura Malta u għaldaqstant il-Kunsill ma’ jistax jindika kemm ser idumu dawn ix-xogħlijiet u lanqas kemm huma stmati li se jiġu jiswew.

 

Seduta  234

23/04/2024

IS-SABIĦ U L-IKRAH TAL-POLITIKA

1. Forsi l-iktar minħabba l-imġieba, mhux dejjem fl-aqwa ġieħ, li f’dawn il-gżejjer rajna xi wħud jesprimu l-opinjoni li l-politika hija ħażina. Sfortunatament inbniet din il-linja ta’ ħsieb li jixraq li tiġi ikkunsidrata. Għax għalkemm dawk li jaġixxu fil-kamp pubbliku xi mindaqqiet mhumiex proprju dak li l-poplu jrid mingħandhom, xorta waħda l-politika, fiha nfisha, m’hijiex ħażina. Il-politika hija strument ta’ bidla. Strument li bih wieħed jista’ jwettaq il-ġid. Strument għas-sewwa, jekk użat kif kien maħluq biex ikun. Dak li bih persuna jaħdem għal bnedmin oħra biex inaqqsilhom mid-diffikultajiet li għandhom, u fl-istess ħin jibni soċjetà aħjar.

Ordni u Ġustizzja

2. Kull pajjiż għandu l-istrutturi tiegħu biex jitmexxa u jamministra dak li għandu fih. Fortunatament għalina, aħna ngħixu fi Stat demokratiku. Biss, dan minnu nnifsu jitlob li wieħed ma jiqafx jinsisti u jaħdem sabiex is-sistema tkun aħjar. Iktar u iktar meta fil-kuntrast kontinwu bejn id-demokrazija u d-dittatura hemm dawk li jsibu ruħhom fit-triq demokratika li jmorru lejn it-tirannija. Imma anki jekk hemm dawn it-tentazzjonijiet, l-iktar f’dawk li jsiru familjari mal-poter, xorta hemm il-vantaġġ li permezz tad-demokrazija tista’ verament tibni soċjetà aqwa. Soċjetà li bil-liġijiet u l-politika tagħha tħares li jkollha ordni soċjali aqwa u li tiġi affermata l-ġustizzja f’kull settur.

Ugwaljanza

3. Iktar u iktar meta nitilqu mill-punt li kull bniedem, ġej minn fejn hu ġej huwa, l-ewwel, imbierek bi drittijiet fundamentali li ma jistgħux jinbiegħu; u t-tieni li huma, minkejja kull żvantaġġ ekonomiku jew soċjali, ugwali. Kull persuna għandha dan fid-dinjità umana li ħaqqha. Biss, kif nafu, kull soċjetà, minnha nfisha tipproduċi sitwazzjonijiet fejn dawn mhumiex rispettati. Il-votanti fid-demokrazija jħarsu lejn dan. Jagħrfu li m’għandux ikun, u jridu li jittieħdu l-passi sabiex dak li huwa kontrihom jinbidel. Ma nistgħux, u m’għandniex naċċettaw li dak li huwa żbaljat isir in-normalità. Naċċettaw li, għall-kuntrarju, nidħlu fin-normalità li nikkumbattu l-inugwaljanza.

Ġustizzja soċjali

4. F’dan, iktar minn qabel, is-sabiħ tal-politika huwa li wieħed jaħdem f’din it-triq. Jaħdem prinċipalment biex jidentifika dawk li huma l-inġustizzji u d-diżugwaljanzi soċjali li għandna u li joħorġu minn żmien għal żmien. Dan jista’ jsir jekk ikun hemm bnedmin impenjati direttament fil-politika u fis-soċjetà. Determinati li jibdlu dak li jaraw ta’ taħt fuq għax jgħixu, mhux f’torrijiet ’il bgħid, imma fit-toroq, man-nies. Kif tista’ tifhem dak li hu għaddej jekk ma jkollokx it-twieqi ta’ widnejk, għajnejk u mnieħrek miftuħa beraħ għal dak li qed tisma’ u tiltaqa’ miegħu kuljum? Il-politika fiha dan il-mertu uniku: li wieħed jirnexxilu jkun parti minn proċess lejn il-bidla. Proċess li jġib progress veru, u mhux wieħed apparenti, tal-bniedem fid-dinjità sħiħa tiegħu. Kull inġustizzja soċjali rettifikata tagħmel minna soċjetà aħjar, bnedmin aqwa, u dan jista’ jsir bl-impenn pubbliku li jista’ jtih il-ħajja.

Passi normali

5. F’dan, hemm iktar il-bżonn ta’ għarfien li l-politika t-tajba trid tibda minn dak li huwa fiċ-ċokon u fis-sempliċità. Dawk il-passi li jolqtu direttament lill-bnedmin, ’il bgħid minn proġetti kbar li fl-aħħar mill-aħħar jafu jkunu huma stess kumplikazzjoni. Dawk li jixorbu ħafna mir-riżorsi tal-pajjiż u jċaħħdu milli jsiru miżuri soċjali veri. Il-politika żbaljata tinbena proprju fuq l-idea li għandek taljena biex tibni dak li mhux neċessarjament ċert li huwa ta’ ġid. Dan jgħodd iktar jekk inħarsu lejn il-fondi kollha li ntefqu tul dawn l-aħħar leġislaturi fi proġetti li ma solvewx, iżda li anzi, iggravaw. L-ekonomija t-tajba timxi fuq proġetti li minnhom joħroġ il-ġid u mhux ikunu eżerċiżżji biex nonfqu u niġġeneraw ekonomija fraġli li tibqa’ waħda dipendenti. Bis-saħħa politika li kellu dan il-Gvern seta’ wettaq ferm iktar milli attwalment għamel.

Il-fraġilità tal-Istat

6. Il-politika t-tajba tinbena proprju fuq l-għarfien tar-riżorsi li għandna għad-dispożizzjoni tagħna, u kif dawn jiġu mħajra jaħdmu. M’hemmx lok għal impożizzjoni, dixxiplina awtoritarja li ma twassal għal imkien, salv għal dwejjaq li tgħix f’soċjetà fejn m’għandekx leħen jew sehem. Hemm, minflok, dik li tħajjar billi tifhem lil min tirrappreżenta u taħdem għall-bidliet. F’dan kollox huwa uman u l-bnedmin huma, minnhom infushom, fraġli. Biss, proprju f’dan huwa iktar importanti li jkun hemm il-preparazzjoni fl-impenn sabiex ikollna politiċi li qegħdin hemm għall-oħrajn. Iservu, mhux jisservew. Jgħinu sabiex jibnu strutturi li jaħdmu, mhux temporanjament, għal ftit żmien, imma fit-tul. Tqiegħed pedamenti li jservu f’kull żmien u li, fl-istess ħin, iħajru oħrajn biex jidħlu jaħdmu magħhom. Għax l-istat tal-bnedmin jibqa’ fraġli, imma bl-impenn, jibqa’ rilevanti.

Liġijiet u Bnedmin

7. F’dan iktar tagħraf li l-politiċi għandhom il-vantaġġ li jqegħdu liġijiet tajba. Ħafna drabi, dawk barra mill-politika jippreferu li jiżdiedu l-liġijiet u għandhom iktar fiduċja li dawn jaħdmu milli l-bnedmin infushom. Biss, il-liġijiet ma jistgħux ikunu perfetti, u ħafna drabi jiddependu minn min ikun fassalhom, li għandhom iktar il-kumplikazzjonijiet tagħhom. Mhux biss, imma għandek ukoll id-diffikultà ta’ dawk li wara li jkunu approvaw, jgħaddu biex jimplimentawhom. Il-politika t-tajba titlob iktar li jsir investiment fil-bnedmin. Titlob li jkun hemm formazzjoni aħjar. Titlob li l-partiti politiċi jkollhom bnedmin li huma iddedikati u ippreparati fis-sustanza ideoloġika, mhux sempliċement fl-apparenza esterna. Il-liġijiet għandhom ikunu tajba minnhom infushom, anzi dejjem, biex ngħidu iktar, itjeb. Imma s-soluzzjoni għall-politika t-tajba jibqgħu l-bnedmin iffurmati tajjeb.

Il-futur tagħna

8. Iktar f’dan, wieħed irid jibni biex ikollna futur aħjar milli għandna. Iktar bnedmin responsabbli u aktar dawk li biex jiġu eletti jkunu l-vuċijiet veri tal-poplu. Pajjiżna għandu l-qies tiegħu, u proprju f’dan għandu l-vantaġġ li l-irkejjen m’għandhomx ikunu ’l bogħod. Il-politika t-tajba għandha tagħraf li min qiegħed jirrappreżenta huwa parti sħiħa ma’ min irid ikun rappreżentat. Fid-demokrazija indiretta tagħna rridu nassiguraw li nimxu f’din id-direzzjoni. Pajjiżna qiegħed jitlob iktar li dan il-proċess jiġu lura fis-seħħ. Dawk li ma jridux jivvutaw mhumiex ser iduru fl-opinjoni għax nagħmlulhom appelli pubbliċi, imma għax fina jaraw bidliet. Jekk irridu aktar bnedmin jipparteċipaw fil-ħajja pubblika rridu nġibu l-politika iktar rilevanti. Irridu nfehmu u nibnu l-fiduċja li dak li aħna ser niddikjaraw li ser inkunu nistgħu nwettqu.

Serjetà politika

9. F’dan iktar, l-għarfien li l-politika t-tajba hija dik ibbażata fuq il-verità. Dik sħiħa, mhux dik li tidher apparentement konvenjenti għalina. Soċjetà demokratika soda tinbena fuq iktar fatti u iktar onestà. Meta l-politika ma tibqax awtentika ssir biss iktar kerha. Meta minflok tiddikjara dak li mhuwiex minnu bħala dak li huwa. Bħalissa, iktar minn qatt qabel, l-isfida tagħna hija dik li ngħidu iktar il-verità. Din tista’ tkun skomda, u diversi jaħsbu li politikament tagħmel biss sens jekk tingħad lill-partit kuntrarju fil-proċess tat-tibna jew it-travu li għandu. Biss, tagħmel iktar ġid ukoll jekk tiġi ndirizzata lilna nfusna, li għandna l-missjoni li nagħmlu soċjetà aħjar milli għandna. Hemm lezzjonijiet varji f’dan, li xi wħud jifhmu u oħrajn le. Imma f’dan: fl-għażliet li jridu jsiru kontinwament bejn is-sabiħ u l-ikrah tal-politika.

18.4.24

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

 

03/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li rċieva madwar 375 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm dwar patching, bozoz maqtugħa, tiswija ta’ kaptelli u tappieri, kif ukoll dwar tabelli u sinjali (refreshing u oħrajn ġodda).

 

Seduta  232

17/04/2024

RAĦAL ĠDID - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU

18032. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Raħal Ġdid fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

 

03/04/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Raħal Ġdid u ġew indirizzati mill-pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  232

17/04/2024

KUNSILL LOKALI FGURA - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18031. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

 

03/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li rċieva 960 ilment u 20 suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm l-ifriskar ta’ sinjali, twaħħil ta’ tabelli, tarmac kiesaħ għal toqob fit-toroq, qtugħ ta’ ħaxix ħażin, manutenzjoni minuri tal-bandli u ġonna.

 

Seduta  232

17/04/2024

FGURA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU

18030. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-Fgura fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

 

03/04/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew fil-Fgura u ġew indirizzati mill-pulizija, jidher  f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  232

17/04/2024

KUNSILL LOKALI ĦAL TARXIEN - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18029. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

 

03/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li rċieva madwar 252 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. L-aktar rilevanti fosthom kienu r-rimi ta’ terrapien u skart ieħor, bozoz maqtugħin, manteniment ta’ toroq u bankini, tneħħija t’annimali mejta u ġbir tal-iskart.

 

Seduta  232

17/04/2024

ĦAL TARXIEN - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU

18028. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Ħal Tarxien fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

 

03/04/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Ħal Tarxien u ġew indirizzati mill-pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  232

17/04/2024

KUNSILL LOKALI GUDJA - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18027. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali tal-Gudja matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

 

03/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li rċieva madwar 270 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm fuq ġbir ta' skart, knis, problema tal-ħmieġ tal-ħamiem selvaġġ, il-magna tal-BCRS, problema ta' parkeġġ fil-lokalità u sinjali tat-traffiku.

Suġġerimenti relevanti kienu dwar communal reserved parking fi Triq Bir Miftuħ, aktar aċċessibiltà fil-binja tal-Kunsill u bdil tal-fanali ornamentali fit-toroq tal-Gudja.

 

Seduta  231

16/04/2024

GUDJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU

18026. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fil-Gudja fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid  ukoll f’liema toroq seħħew?

 

03/04/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew fil-Gudja u ġew indirizzati mill-pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-mejda tal-Kamra.

 

Seduta  231

16/04/2024

KUNSILL LOKALI SANTA LUĊIJA - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18025. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

 

03/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija li rċieva 384 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti l-iktar relevanti kien hemm mistoqsijiet dwar il-qasam tad-djar fil-lokalità u jgħin lir-residenti bid-dettalji li jintalbu , bozoz maqtugħa, manutenzjoni tat-toroq u manutenzjoni tas-soft areas.

 

Seduta  231

16/04/2024

SANTA LUĊIJA - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU

18024. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Santa Luċija fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

 

03/04/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Santa Luċija u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  231

16/04/2024

KUNSILL LOKALI ĦAL GĦAXAQ - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18023. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

 

03/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq li rċieva madwar 533 ilmenti u suġġerimenti matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti, l-iktar relevanti kien hemm l-ġbir ta' skart, rimi ta' skart abbużiv, tindif/knis, ħsarat fl-ilma, ħsarat fid-dawl, ħofor u żbir ta' siġar.

 

Seduta  231

16/04/2024

ĦAL GĦAXAQ - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU

18022. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Ħal Għaxaq fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

 

03/04/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Ħal Għaxaq u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li ġew indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  231

16/04/2024

GĦALIEX NIBQA' NINSISTI

1. Hemm kotba li ma tkunx trid titlaqhom minn idejk. Oħrajn inqas. Imma anki dawk li fil-maġġor parti tagħhom ma taqbilx mal-kontenut tagħhom, xorta numru ta’ drabi nsibhom ta’ għajnuna. Kapaċi jagħtuk direzzjoni fis-sens li tifhem dak li ma taqbilx miegħu u tafferma aktar dak li taqbel fih. Għax il-qari jgħin sabiex tifhem aħjar dak li jkun għaddej. Tifhem ukoll dak li tkun għaddiet minnu d-dinja ta’ madwarek. Tħares ’il quddiem sabiex tibni argumenti varji li jsostnuk jew isostnu dawk li huma l-kontra ta’ dak li jkun qiegħed jingħad.

Hemm vantaġġ

2. Biss, hemm vantaġġ kważi dejjem li tinxteħet taqra kitbiet ta’ oħrajn. Dawk li jaqraw jitgħallmu sew, u terġa’, ikunu f’pożizzjoni li jgħinu oħrajn jimxu flimkien ’il quddiem. Ħafna drabi, proċessi li jsiru f’daqqa. Għax biex taqsam dak li taqra trid taħseb u tgħarbel il-mod li ser twettaq dan. Proċess mhux faċli, sija jekk isir bil-fomm, u daqshekk ieħor jekk isir bil-kitba. Imma hemm dejjem vantaġġ li taqra kemm tista’ u kemm tiflaħ, u tħajjar lill-oħrajn li jagħmlu dan. Forsi b’dawn l-artikli li fihom immiss ma’ ktieb jew awtur nittama li, b’xi mod jew ieħor, dan qed nikkontribwixxi għalih.

Trid is-sabar

3. F’dan, ċertament trid is-sabar li tifli l-argumenti ta’ oħrajn f’kitbiethom, speċjalment meta ma tkunx taqbel magħhom. Hekk ħassejt f’dawn l-aħħar jiem waqt li kont qed naqra mill-ġdid il-ktieb ta’ Gianni Baget Bozzo (1925-2009), saċerdot Kattoliku li nvolva ruħu sew fil-ħajja politika Taljana, bl-isem Cattolici e Democristiani (1994). Għamel żmien attiv fid-Democrazia Cristiana. Wara, mill-1984, sar Membru Parlamentari Ewropew fi ħdan il-Partit Soċjalista Taljan immexxi minn Bettino Craxi (1934-2000). Għamel dan għal żewġ leġislaturi u tulhom kien sospiż, billi huwa magħruf li s-saċerdoti ma jistgħux jieħdu karigi pubbliċi jekk mhux bil-permess. Kien jara lill-Partit Soċjalista Taljan ta’ dak iż-żmien bħala wieħed iktar avvers għall-Komuniżmu mid-Democrazia Cristiana fit-triq tal-hekk imsejjaħ ‘kompromess storiku’.

Trid il-paċenzja

4. Lejn tmiem dan il-perjodu, fl-1994 reġa’ ġie reintegrat u waqaf minn dik il-karriera politika. Kien iż-żmien, però, meta Craxi u diversi partiti sabu diffikultajiet b’dak li rriżulta minn Tangentopoli. Kien f’dan li ħadem sabiex jgħin lil Silvio Berlusconi (1936-2023) biex jifforma l-partit Forza Italia. Ħajja li minnha nfisha tindika dak li l-bniedem għadda minnu, b’ideat differenti u ġudizzji daqstant ieħor hekk. F’dan il-kuntest storiku, għalkemm kiteb diversi artikli u kotba oħra, dan il-ktieb huwa partikolari għax fih riflessjonijiet li mexxewh sabiex jibdel kif bidel.

Il-ktieb

5. F’din il-kitba hemm kritika qawwija għal dak li, skont hu, id-Democrazia Cristiana ma wettqitx u li suppost kellha tagħmel. Kważi ċaħda qawwija u totali tal-bidliet soċjali, ekonomiċi u favur il-libertà, ispirati mill-prinċipji etiċi Nsara li diversi politiċi f’dak il-partit irnexxielhom iwettqu. Jaqsam f’diversi kapitoli l-proċess li huwa jara li twettaq jew li seħħ fit-tmexxijiet li żvolġew. Fuq l-oħra tifħir kważi ferm iktar mir-raġuni lejn Bettino Craxi fl-abbiltajiet politiċi tiegħu. Iktar u iktar meta dik l-esperjenza politika kienet immarkata fil-fatt li Craxi kien irnexxilu jkun l-ewwel Prim Ministru Soċjalista fl-Italja u għal żmien itwal minn oħrajn qablu.

Ideoloġija

6. F’dan kollu, tul dawn il-paġni sibt punti li laqtuni bħala referenza u analiżi. Biex jispjega iktar dak li seħħ, l-ewwel, huwa jgħid hekk: “La fine delle ideologie svuota le morali politiche, riferite a una istituzione e a un costume.” (It-tmiem tal-ideoloġiji jiżvojta l-moralità politika marbuta ma’ istituzzjoni u ma’ kostum.) It-tieni, ftit iktar ’l isfel: “La crisi delle ideologie conduce con sè la crisi dei partiti, che non sono più in grado di dare motivazione ai loro militanti.” (Il-kriżi tal-ideoloġiji ġġib magħha l-kriżi fil-partiti, li ma jkunux fil-qagħda li jagħtu motivazzjoni lil dawk li jimmilitaw fihom.)

Kif tintilef it-triq

7. Proprju iktar f’dan kif it-triq tintilef minn partit li ma jsibx politiċi fi ħdanu li jagħrfu li mingħajr ideoloġija jitilfu s-sens u s-sustanza tagħhom. Il-melħ, huwa ta’ liema kulur hu, ma jibqax iktar f’pożizzjoni li juri ideat differenti u ibbażati fuq premessi loġiċi. Isir dak li jsiru l-oħrajn. Partiti tal-isem li meta daqqa jgħidu ħaġa u daqqa jgħidu oħra jikkontradiċu lilhom infushom. Ma jibqgħux u la jispiraw u wisq inqas jiddistingwu ruħhom. Isiru parti mill-bżieżaq tas-sapun li jakkumpanjaw argumenti fejn, flok tittieħed pożizzjoni, nimxu iktar fuq il-linja ta’ dak li huwa suppost diskors politikament korrett li ma jieħdok imkien imma jħallik fejn int: bla pożizzjoni u bla direzzjoni.

Trasparenza

8. Dan fih iktar valur ta’ ħsieb u riflessjoni f’dinja fejn l-imġieba skorretta u l-każijiet ta’ politiċi li jiġu ttantati sew mill-korruzzjoni. Dan jingħad iktar għax min huwa parti minn ideoloġija politika jappartjeni għal numru ta’ prinċipji. Mhux biss parti, imma f’ħafna huwa kkunsidrat li huwa marbut ma’ dawk l-ideat f’linja tajba. Impenjat li ma jiksirx il-prinċipji etiċi tal-partit u fl-istess ħin hemm spjegazzjoni politika għall-ideat, il-proposti u d-direzzjoni sħiħa tiegħu. Pass fit-trasparenza politika u fl-akkontabilità li għandha takkumpanjahom. Kull politiku huwa mitlub li jagħti spjegazzjoni ċara ta’ dak li ddeċieda li jiddeċiedi, u f’dan, l-eżistenza ta’ ideoloġija hija ta’ konfort ikbar milli n-nuqqas tagħha.

Jintremew

9. Meta dawk il-politiċi fi ħdan partit jabbandunaw l-ideoloġija tagħhom ma jkunux qed isiru aktar moderni jew progressivi: ikunu qed jiddeklassaw lilhom infushom. Ikunu qegħdin jintremew, u f’dan jitilfu r-rispett li l-elettorat irid u jippretendi mingħandhom. Proċess li seħħ f’dawn is-snin, sija minħabba l-eżempji żbaljati ta’ barra minn xtutna, kif ukoll minħabba l-fatt li l-kultura politika mhijiex ikkultivata. Kif ukoll għax għandna iktar politiċi li ma jafux fhiex jemmnu u kapaċi jidentifikaw ruħhom f’partit politiku. Fejn anzi l-partit, skont huma, irid isir xmara ta’ ideat differenti li, kif jgħidu, m’għandhomx u la kap u lanqas kuda.

Immarka

10. F’dan kollu l-ktieb, fil-paġni differenti li erġajt qrajt, naħseb li apprezzajt ftit aktar dak li kont meta xtrajtu lura fl-10 ta’ Frar 1985 u qrajtu għall-ewwel darba. Fil-ħajja ikkulurita ta’ din il-persuna hemm, xorta ngħid, ħafna x’titgħallem. Biss, ċertament, permezz tiegħu affermajt iktar l-insistenza tiegħi li partit mingħajr ideoloġija huwa destinat li jfalli. Kif inhuwa wkoll dak il-politiku meta jieqaf milli jħaddan u ma jiddefendix iktar l-ideoloġija politika tiegħu. Proprju quddiem din ir-realtà li wieħed jinqabad f’dawn in-nases, nibqa’ ninsisti magħkom kemm hu importanti li wieħed iżomm mal-prinċipji tiegħu.

KUNSILL LOKALI MARSAXLOKK - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18021. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

 

03/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk li rċieva madwar 363 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti, l-iktar relevanti kien hemm dwar qtugħ ta’ bozoz, xogħol ta’ marki fit-toroq, żebgħa u tiswijiet tat-toroq, tiswijiet ta’ tabelli, bankini, u ndafa.

 

Seduta  230

15/04/2024

MARSAXLOKK - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU

18020. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Marsaxlokk fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023? Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

 

03/04/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Marsaxlokk u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu ndirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  230

15/04/2024

KUNSILL LOKALI WIED IL-GĦAJN - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18019. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċieva lmenti u suġġerimenti l-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2023 kif ukoll fiex kienu jikkonsistu dawk l-ilmenti l-iktar relevanti?

 

03/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li rċieva madwar 1,324 ilment u suġġeriment matul is-sena 2023. Fost l-ilmenti,  l-iktar relevanti kien fuq qtugħ ta’ bozoz, skart, knis u qtugħ ta’ ħaxix.

 

Seduta  230

15/04/2024

WIED IL-GĦAJN - INĊIDENTI TAT-TRAFFIKU

18018. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku f’Wied il-Għajn fis-snin 2022 u 2023?  Jista’ jgħid ukoll f’liema toroq seħħew?

 

03/04/2024

 

ONOR. BYRON CAMILLERI:  Ninsab infurmat illi fis-snin 2020, 2021, 2022 u 2023 in-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Wied il-Għajn u ġew indirizzati mill-Pulizija, jidher f’Tabella A, filwaqt li Tabella B tindika l-inċidenti tat-traffiku li kienu indirizzati mill-LESA. Qed inpoġġi din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  230

15/04/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ IL-KBIRA - MIŻURI MINĦABBA SEWQAN EĊĊESSIV

18017. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jikkonsidra li ġewwa Triq il-Kbira Ħal Tarxien jiġu installati sleeping policemen peress li matul il-lejl qed ikun hemm każijiet ta’ sewqan eċċessiv?

 

03/04/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li diġà indirizza din il-problema billi talab u kiseb l-approvazzjonijiet neċessarji għall-installar ta’ speed bumps. Ninsab infurmat ukoll li ġie akkwistat dak kollu neċessarju, ix-xogħlijiet meħtieġa għandhom jitlestew sal-ġimgħa d-dieħla.

 

Seduta  230

15/04/2024

ĦAL TARXIEN - TRIQ IL-KBIRA - MIŻURI MINĦABBA SEWQAN EĊĊESSIV

18016. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jikkonsidra li ġewwa Triq il-Kbira f’Ħal Tarxien jiġu installati sleeping policemen peress li matul il-lejl qed ikun hemm każijiet ta’ sewqan eċċessiv?

 

03/04/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment.

 

Seduta  230

15/04/2024

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI – BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17192. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-Ministeru tiegħi hemm dawn il-bordijiet li fihom rappre¿entanza ta’ Segretarju Permanenti. Dawn huma l-MCAST Board of Governors, University of Malta Council, Mtarfa International School, National Board for Compulsary Education, National Curriculum Framework Review Board, National Skills Council, Commonwealth Centre for Connected Learning Foundation, National Open Access Committee u l-MCST. Kull membru jiġi appuntat skont il-liġi u l-esiġenza tal-bord.

Niġbed l-attenzjoni tal-Onor Interpellant li fir-rigward tal-perkaċċi, kull membru jingħata r-remunerazzjoni mistħoqqa skont il-manwal u skont il-klassifikazzjoni tal-bord. F'każ li l-liġi titlob li wieħed mill-membri għandu jkun Segretarju Permanenti ta' xi Ministeru speċifiku, f'dak il-każ jitqiesu bħala ex-officio u ma jingħatawx remunerazzjoni.

 

Seduta  230

15/04/2024

 

ORDNI U DIXXIPLINA

1. Ċerti drabi nieħu l-impressjoni li l-bnedmin fuq dawn il-gżejjer iħobbu l-ordni, l-indafa, il-paċi, imma mhux tant id-dixxiplina. Ħafna drabi jridu li l-affarijiet isiru sewwa mill-oħrajn. Li dawn ikunu organizzati, f’posthom, u regolati tajjeb. Mhux b’estremiżmu, imma bl-użu kostanti tar-raġuni. Dik li titlob li fil-moderazzjoni, imma wkoll fil-korrettezza, dak li għandu jsir, isir. Mhux anqas li jingustaw lil dawk li jridu dan kollu billi jitolbu l-qtugħ tal-irjus, imma billi jaraw li dawk li għandhom il-piż u r-responsabbiltà jwettquha kif għandu jkun. Ċertament f’dan kollu, però, il-giljottina ma kinitx, u mhix popolari hawn.

F’dak li ninsabu


2. Il-pajjiż, f’dan, jerġa’ jinsab ifittex lilu nnifsu lura mill-ġdid. Kien hemm min, f’xi żmien, li kien semma li għandna nkunu xi forma ta’ Svizzera, u xi wħud dan fehmuh fl-aspirazzjoni li jkollna l-istess ordni. Li jkollna Stat fejn iċ-ċittadini tiegħu jobdu u josservaw iktar ir-regoli u l-liġijiet. Ideat, linji ta’ direzzjoni politika li ħadd m’għandu jkun kontra tagħhom. Imma fil-fatt, fir-realtà tagħna din il-pożizzjoni, tul dawn l-aħħar snin, flok morna ’l quddiem fiha, morna iktar lura. Flok għollejna l-bżonn li ngħaddu dan il-messaġġ politikament, l-iktar ukoll lill-politiċi nfushom, rajna u smajna l-kontra.

Il-bidliet

3. Il-poplu, f’dan, qiegħed iktar minn qatt qabel jifhem li altru x’jingħadlu u altru x’qiegħed isir. Minkejja l-propaganda kostanti li tridna nemmnu li kollox miexi sew, dawk fit-triq mhumiex wisq konvinti. Il-persuni li jivvutaw jafu li sar infieq, u miegħu sar tberbieq kbir ta’ flus fuq proġetti li ħafna għadhom jistaqsu jekk kinux neċessarji. Pjazez, toroq, servizzi varji għaddew u saru, u f’ħafna ma kienx hemm proprju n-neċessità għalihom. Mhux biss intefaq dak li ma kienx hemm lok għalih, iżda terġa’ sar ħażin u kellhom jintefqu iktar flus sabiex jiġi rranġat dak li sar ħażin mill-bidu. U m’aħniex nitkellmu fuq ftit eluf żejda, imma fuq miljuni fuq il-miljuni.

Mingħajr rispett u koordinazzjoni

4. Iktar f’dan jew minn dan, ħafna xogħlijiet saru mingħajr koordinazzjoni. Toroq jingħalqu biex jiġu “irranġati”. Wara jerġgħu jinqalgħu biex jgħaddu servizzi oħra, u l-bnedmin fit-triq u dawk li jużaw l-istess imsemmija triq lanqas biss jiġu nfurmati. Ħadd ma jaf x’qiegħed jiġri, wisq inqas jingħata informazzjoni korretta ta’ għala ser jibda x-xogħol u wisq u wisq inqas kemm ser idum għaddej. Ħafna drabi kollox jinħass li qiegħed isir mingħajr ma hemm fin-nofs il-ħsieb għala qiegħed isir, meta ser isir u kif qiegħed isir. Fl-aħħar mill-aħħar, il-bnedmin qed iħossu iktar li verament mhumiex stmati. Bl-avviżi kollha li nisimgħu dwar persuni li jgħixu hawn, qed naraw li naqsitilhom id-dinjità u r-rispett li huma jippretendu li jingħataw.

Rapporti

5. Dan huwa parti mit-traġedja nazzjonali li qegħda tkompli timxi ’l quddiem. Għax dan kollu mhuwiex frott l-immaġinazzjoni fertili ta’ xi kritiku, imma ta’ diversi istituzzjonijiet li jirrapportawlna. L-Awditur Ġenerali, l-Ombudsman huma miżgħuda b’rapporti varji li jiġu sistematikament injorati u midfuna. Mhux biss, imma għandna wkoll issa dawk li twieldu minn rapporti oħra separati, bħal dak li rajna wara l-mewt ta’ Jean Paul Sofia, u qabel ta’ Daphne Caruana Galizia, u qabel ta’ Miriam Pace. Konklużjonijiet, direzzjonijiet li juru li huwa iktar evidenti, minn dak li qiegħed nara, li ma jistgħux jiġu implimentati, u dan għax tant ninsabu lura. Linji ta’ pariri varji li qed isirulna biex ikollna pajjiż aħjar milli għandna. Pariri li fil-fatt, fl-inadegwatezza tagħna biex nibdew il-proċess tal-bidla skonthom qed nabbandunaw, waqt li bil-fomm ngħidu kemm irridu nwettquhom. Il-pożizzjoni ħarġet mill-idejn u mhix proprju fit-triq tal-ordni.

Widen veru

6. F’dan qiegħed joħroġ iktar u iktar evidenti li pajjiżna jippreferi inqas xogħol, inqas proġetti u iktar, ferm iktar, rispett uman. Inqas ‘suppost’ avvanzi, u iktar passi konkreti favur il-bniedem. Daħlet iktar din l-idea li, tmur fejn tmur, qed naraw fil-konfront ta’ oħrajn. Tmur fejn tmur, il-Lingwa Nazzjonali ma tinstemax, u tingħata ordnijiet minn persuni li mhux dejjem iġibu stima lejn dawk li huma jikkunsidraw inqas minnhom, ’l hekk imsejħa “baxxi”, li fil-fatt, mhumiex. Ħafna ma jirrikorrux fejn għandhom id-dritt li jirrikorru għax iħossu li ser jiġu mżebilħa. Hemm, f’dan, fuq naħa rabja li qegħda tiġma minn dawk li ma jistgħux jemmnu li qegħdin iħossu li pajjiżhom m’għadux aktar tagħhom u fuq in-naħa l-oħra, li hu iktar inkwetanti, dawk li qed jirrassenjaw ruħhom. Dawk li ma jridux jiċċaqilqu għax huma ċerti li mhu ser jinbidel xejn.

Barra mill-kontroll

7. Jekk, kif jingħad, dawn iż-żewġ reazzjonijiet huma kbar f’diversi setturi, fuq in-naħa l-oħra diversi qed iħossu li m’għadniex fil-kontroll. Diversi qatgħu qalbhom li jilmentaw, għax jaraw li ħadd ma jista’ jirrettifika dak li hemm ħażin. Iktar u iktar f’soċjetà fejn il-flus biss saru importanti, jiġu kif jiġu f’idejk! F’soċjetà fejn tgawdi u jkollok ir-rispett skont kemm inti kapaċi tixtri u tonfoq. Imma r-realtà hija li hemm wisq affarijiet imxerrda naħa jew oħra fl-irkejjen tal-pajjiż fejn hemm evidenza mhux tant biss ta’ traskuraġni, imma aktar ta’ diżorganizzazzjoni kważi organizzata fil-perfezzjoni li dan jista’ jitlob. Biex issir xi ħaġa trid iddum titkarrab, hemm ħafna li ma nbediex, u ħafna iktar li nbeda imma ma jistax jiġi finalizzat.

Ħela

8. F’dan, huwa iktar evidenti li l-pajjiż għandu l-abbundanzi tiegħu, li però mhumiex ikkurati. Hawn forom ġodda ta’ għażż li daħal u li qed iżomm ix-xogħol li għandu jitwettaq lura u lil dawk li għandhom jingħataw xi forma ta’ direzzjoni fil-baħħ. Biex ikun hawn iktar għarfien ta’ dak li aħna u dak li għandna nkunu jrid jinbeda proċess veru ta’ ordni. Proċess li m’hemmx bżonn noqogħdu mmoru mill-estremi ta’ dixxiplini riġidi, imma wieħed li jitlob minn kull persuna li twettaq dmirha. Bnedmin li joħorġu minn triqthom biex ma jibqax ikollna telqa ġenerali. Il-pajjiż u l-poplu tiegħu jixirqilhom ferm aħjar minn dak li qed jingħataw. Jixirqilhom li dak li għandna jiġi użat aħjar u b’iktar intelliġenza. Fejn min imexxi jibda jaħseb li jwettaq dak li l-Istat Demokratiku tagħna għandu kollu u mhux skont x’jista’ jaħseb li jaqbillu politikament.

Pajjiż bħal tagħna

9. F’pajjiż tad-daqs tagħna wieħed jistaqsi: huwa ħafna li wieħed jippretendi li l-affarijiet isiru ferm u ferm iktar aħjar? Iddur fejn iddur, għadu iktar aċċettabbli li f’dan is-seklu jkun hawn postijiet mitluqa, siġar mhux ikkurati, bankini mkissra, arbli mqaċċta u lista ma tispiċċa qatt ta’ mkejjen oħra li jinsabu f’abbandun totali? Dawn huma sinjali li m’għandniex iktar kontroll, organizzazzjoni u l-ordni li nippretendu li jkollna. Intlifna f’toroq fejn ħadd ma jaf fejn sejjer, u wisq inqas, fejn hu ġej.

Dak li jgħidu

10. It-Taljani jgħidu: “L’occhio del padrone ingrassa il cavallo”. U għandhom raġun. Min imexxi fil-ministeri varji nippretendu dan mingħandhom. Biss, jekk jinbidlu regolarment, jew iħossu kontinwament li ser jinbidlu, dan ma jistax iseħħ. F’dan huwa iktar evidenti li l-programm għal bidla futura f’pajjiżna jrid ikun wieħed loġiku, ċar, u li jmiss ma’ dak li huwa verament neċessarju. Ninvestu f’li nibdlu l-mentalità fi stabilità li permezz tagħha niġu f’pożizzjoni li nimplimentaw il-pariri t-tajba li jingħatawlna. Nonfqu dak li għandna nonfqu fil-ġid li jrid isir biex ikollna iktar ordni u dixxiplina. F’dan nittama li diversi jifhmu li jekk ma jkunx hemm bidla vera, dan kollu jibqa’ ma jseħħx.

FGURA - PERSUNI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

17208. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti fil-Fgura? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

 

08/03/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sa Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huma skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt.

 

Lokalità

Irġiel

Nisa

Total

Fgura

67

124

191

 

Seduta  225

27/03/2024

MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI - BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17207. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru m’hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.

 

Seduta  225

27/03/2024

SANTA LUĊIJA - PERSUNI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

17206. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Santa Luċija? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

 

08/03/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali sa Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità

Irġiel

Nisa

Total

Santa Luċija

7

54

61

 

Seduta  225

27/03/2024

MINISTERU GĦALL-FINANZI - BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17205. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. CLYDE CARUANA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

 

Seduta  225

27/03/2024

RAĦAL ĠDID – PERSUNI JIRĊIEVU L-GĦAJNUNA SOĊJALI

17204. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali tul is-sena 2023 li huma residenti f’Raħal Ġdid? Jista’ jgħid kemm minnhom kienu nisa u kemm irġiel?

 

08/03/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali sa Diċembru 2023 fil-lokalità msemmija huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:

 

Lokalità                 

Irġiel

Nisa

Total

Raħal Ġdid

104

143

247

 

Seduta  225

27/03/2024

MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, UGWALJANZA, IR-RIFORMA U DJALOGU SOĊJALI – BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17203. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riformi u Djalogu Soċjali: Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. CHRIS FEARNE:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tad-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Fondi Ewropej, Ugwaljanza, ir-Riforma u Djalogu Soċjali ma hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.

 

Seduta  225

27/03/2024

10.4.24

IL-FURJANA – TRIQ ĠNIEN DANTE ALIGHERI – SIĠAR TAĊ-ĊITRU

17508. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16617, jista’ l-Ministru jara li anke jekk il-frott tas-siġar taċ-ċitru li hemm fi Ġnien Dante Aligheri, il-Furjana huwa tal-bakkaljaw, jistgħux jinġabru u jiġu użati, jekk mhux mill-entità non-governattiva msemmija fl-istess tweġiba, minn oħra, għax hija ħasra li jintremew?

 

15/03/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana li din il-materja, flimkien ma’ oħrajn ser tkun diskussa mal-kuntrattur il-ġdid li beda bil-ħidma tiegħu fl-1 ta’ April 2024.

 

Seduta  228

09/04/2024

 

RAĦAL ĠDID - DOCKYARD STREET - BANKINA

17507. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi raġuni valida għaliex il-bankina li hemm f’Dockyard Street, Raħal Ġdid quddiem il-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, ma tiġix konformi mar-rakkomandazzjoni tal-CRPD 18/11/22?

 

15/03/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li l-parti tal-bankina indikata (murija fir-ritratt meħud fit-18.3.24 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra) hija affettwata minn xogħlijiet ta’ kostruzzjoni li għadhom ma tlestewx. Il-proċedura hija li mat-tlestija tax-xogħlijiet, il-Kunsill jiddikjara mal-Awtorità tal-Ippjanar jekk il-bankina tħallietx fi stat tajjeb jew le.

 

Seduta  228

09/04/2024

UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU – BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17218. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. ROBERT ABELA:  Ninsab nfurmat li s-Segretarju Permamenti Ewlieni jservi bħala Chairperson tal-Bord tal-MITA. Nirreferi ukoll lill-Onor.Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 11525.

 

Seduta  228

09/04/2024

DEĊIŻJONI TA’ SENTENZA

17217. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid taħt liema Ministeru u dekasteru taqa’ l-materja partikolari tal-mistoqsijiet parlamentari 14025, 14026 u 14478?

 

08/03/2024

 

ONOR. ROBERT ABELA:  Ninsab infurmat li l-Ministeru li taħtu  taqa l-materja msemmija huwa dak għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

 

Seduta  228

09/04/2024

MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI - BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17216. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. STEFAN ZRINZO AZZOPARDI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda Segretarju Permanenti jew is-Segretarju Permanenti Ewlieni li ġew appuntati f’bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru ta’ dan il-Ministeru.

 

Seduta  228

09/04/2024

MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT - BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17215. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: Tista’ l-Ministru tgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Tista’ tgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. JULIA FARRUGIA PORTELLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li taħt il-Ministeru tiegħi hemm bord wieħed l-Kunsill Konsultattiv dwar l-Awtiżmu li jinkludi fih rappreżentanza ta’ erba’ Segretarji Permanenti kif jesiġi (kap.557) artiklu 4 “Persons within the Autism Spectrum (Empowerment) Act". Il-membri fil-kariga huma maħtura ex officioudawn huma:

1.   Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat jew rappreżentant tagħha.

2.   Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Finanzi jew rappreżentant tiegħu.

3.   Segretarju Permanenti tal-Ministeru għall-Ed​ukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jew rappreżentant tiegħu.

4.   Segretarju Permanenti tal-Ministeru​ għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva jew rappreżentant tiegħu.

 

Seduta  228

09/04/2024

MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, L-INTRAPRIŻA U PROĠETTI STRATEĠIĊI - BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17214. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. SILVIO SCHEMBRI:  Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-mistoqsijiet parlamentari 16173, 16174, 16175 u 16179, filwaqt li għall-kumplament ta' l-entitajiet qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.

 

Seduta  227

08/04/2024

MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ - BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17213. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru ma hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.

 

 

Seduta  227

08/04/2024

MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL - BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17212. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.

 

Seduta  227

08/04/2024

MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI - BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17211. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Jista’ jgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda membru appuntat fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni.

 

Naturalment din ir-risposta m’għandiex tinqara bi ħsara għall-istanzi fejn il-liġi innifisha tobbliga lill-Ministru li jaħtar Segretarju Permanenti b’mod ex officio.

 

Seduta  227

08/04/2024

MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U R-RIĠENERAZZJONI TAL-PORT IL-KBIR – BORDIJIET TA’ ENTITAJIET, AĠENZIJI U AWTORITAJIET – MEMBRI

17210. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir: Tista’ l-Ministru tgħid jekk fuq il-bordijiet ta’ entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha hemmx membri appuntati li jokkupaw il-kariga ta’ Segretarju Permanenti jew Segretarju Permanenti Ewlieni? Tista’ tgħid min huma dawn il-persuni u kemm jitħallsu, inklużi l-perkaċċi varji u fuq liema Bord iservu?

 

08/03/2024

 

ONOR. MIRIAM DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sur Christopher Cutajar, Segretarju Permamenti fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, huwa maħtur bħala Membru fuq il-Bord tad-Diretturi ta’ Wasteserv (Malta) Ltd. It-terminu kurrenti huwa effettiv għal perjodu ta’ sena mit-22 ta’ Frar 2024 u l-ħlas stabbilit huwa ta’ €7,314.00 fis-sena.

 

Seduta  227

08/04/2024

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...