27.9.16

Għażla Libera.


 
1.        Bħalma filgħaxija lejlet il-jum nazzjonali tal-Indipendenza konna fil-libertà u għalhekk għażilna, mal-eluf li nġabru fuq il-Fosos, daqshekk ieħor għamilna l-għada.  L-Indipendenza hija festa tal-għaqda nazzjonali.  Kull min huwa ta’ rieda tajba kellu din l-istedina li jingħaqad ma’ min irid ifakkar u jiċċelebra.  Daqshekk ieħor kellna, b’mod partikolari aħna l-Membri Parlamentari, li fil-jum proprju ningħaqdu għall-Pontifikal fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann.  Mhux kulħadd ġabar l-istedina.  Minn Kabinett ta’ 23 kien hemm ħamsa jattendu, u mid-deputati l-maġġoranza assoluta kienet ġejja mill-bank tal-Oppożizzjoni.  Ħadd ma kien imġiegħel.  Kull persuna kien fl-għażla libera tiegħu li jiġi jew le.

Preparata u studjata

2.      Ingħad sew dwar l-omelija tal-Arċisqof Charles Scicluna.  Uħud telqu jiġru jikkummentaw mingħajr ma rriflettew u ngħadu kliem li kienu barra mill-kuntest.  Insew, forsi, li l-Knisja Kattolika għandha d-dmir li tgħallem u ssemma’ l-vuċi tagħha.  Mhux biss, imma, dejjem għal min irid jisma’, jista’ jieħu mingħandha direzzjoni.  Ma kienx xi diskors ta’ protesta, anqas ta’ dikjarazzjonijiet belliġerenti.  Kienet omelija kif għandha tkun: attenta, studjata, preparata, maqluba wkoll għal-lingwa Ingliża u f’idejn kull min għażel li jattendi.  Nittama li ħadd ma stenna li dan ma jsirx.  Għax jekk morna liberament nisimgħu l-quddiesa, ma stajniex ma nippretendux li dan iseħħ jew li jkun hemm diskors li ma jmissniex.

Gwida għal min huwa fil-politika

3.      Kif dħalt u sibtni fil-post li qegħduni fih, ġiet f’daqqa din l-omelija stampata f’idi.  Qrajtha minnufih għax din kienet l-ewwel darba li dan il-bniedem intelliġenti u għaqli għażel din it-triq.  Qegħda għad-dispożizzjoni tagħna f’eżerċizzju ta’ preċiżjoni, trasparenza u akkontabilità partikolari.  Miktuba tajba u moqrija bis-sens, mill-qalb u bażata u mmexxija minn intenzjonijiet rettissimi.  Il-kontenut tagħha huwa gwida għal min huwa fil-ħajja politika, għal min huwa nisrani fil-politika u lezzjoni għal dawk minna li jikkunsidraw ruħhom demokristjani.  Bażi ta’ riflessjoni għal min huwa ta’ rieda tajba u jipprova jaħdem fl-għalqa tal-politika bl-intenzjoni retta quddiemu.  Dejjem, però, għad-dispożizzjoni ta’ min, fil-libertà, ried jagħti widen.

Kriterju ta’ governanza

4.      Għax għalkemm l-omelija mhix diskors politiku, imma għandha l-abbiltà, fiha s-sustanza li tiġi tradotta, maqluba u trasformata f’ħidma politika li tkun aqwa minn dik li wieħed ikun qiegħed iwettaq.  Kienet u tibqa’ f’dan okkażjoni li tibqa’ tiftakarha.  Waħda li l-jum tal-Indipendenza timmerita li tingħad minn mexxej denju tal-Knisja.  Waħda li hija sejħa lejn kwalità aqwa ta’ ħidma, ta’ għarfien iktar fil-fond fuq ħidmet attwali u l-futur tal-bniedem.  Huma kliem li, kif turi l-istess hija “kriterju għal governanza tajba, dik il-governanza li (l-ewwel) denja tal-familja umana u (it-tieni) li l-politika trid, wieħed jittama, taspira għaliha”.  Nistgħu, fil-libertà tagħna, issa li smajniha niħduha, inħaddmuha; u nistgħu le.
Fittex it-tajjeb u evita l-ħażen

5.      Il-messaġġ nisrani kien immirat lejn pożizzjonijiet li għandna lkoll bħala pajjiż naċċettaw u nħaddmu fihom in-normalità tal-affarijiet.  L-ewwel, l-għaqda nazzjonali, kontra l-firda tal-poplu.  Għax “il-governanza li tifred, li hija mibnija fuq il-privileġġ tal-ftit jew li tippromwovi bla skrupli lealtà lejn partit politiku iktar milli lejn l-Istat, hija tradiment u velenu għall-ġid komuni tas-soċjetà”.  It-tieni, immirata lejn ugwaljanza bejn il-bnedmin li jgħixu fuq din il-gżira.  It-tielet, tal-bżonn li jiġi affermat mill-ġdid li hemm sewwa u mhux u li hemm verità u nuqqas tagħha.  Kif ukoll li min huwa fil-politika għandu jaħdem sabiex jassigura iktar sewwa u verità fis-soċjetà u ma jkunx strument tal-kontra.  Dawn huma l-“pedamenti ta’ ħajja umana awtentika” li jiċħdu fil-verità l-iżball tal-relattiviżmu li diversi, żbaljatament, iħaddnu u jgħixu.

Piż dirett fuq il-Gvern

6.      Għax il-verità u s-sewwa jopponu u jirreżistu l-egoiżmu u l-materjaliżmu.  Il-messaġġ huwa f’dan sejħa ikbar sabiex min ikollu f’idejh il-poter jaħrab dawn il-gambetti lill-ġid komuni.  Il-piż dirett u prinċipali huwa dejjem fuq widnet il-Gvern tal-ġurnata li, bl-aġir tiegħu għandu bżonn li jingħadlu dan.  Iktar ċar, l-Arċisqof ma jistax ikun meta jgħid: “L-Istat għandu jrażżan sewwa r-regħba tal-ftit li jaħsbu biss biex iħaxxnu buthom b’detriment tal-ħafna”.  U iktar ‘il quddiem: “Il-governanza mibnija fuq it-tgħawwiġ tal-verità, fuq il-fehmiet oskuri u fuq ir-rifjut stinat tal-iskrutinju tal-pubbliku, minkejja l-ħafna liġijiet u wegħdiet solenni, ma tista’ tkun qatt ikkunsidrata bħala governanza tajba”.  Kliem li jżommuk taħseb u tirrifletti, però indirizzati biex ibiddlu l-preżent għas-sewwa fil-futur.

L-ideali demokristjani tagħna

7.      Nittama li għandi tort, biss wisq nibża’ li din l-omelija ser taqa’ fuq il-widnejn torox tal-Gvern preżenti.  Imma jrid jingħad ukoll, fuq in-naħa l-oħra, li l-ideat, il-ħsibijiet f’dan id-dokument qsajjar huma bażi ta’ iktar minn riflessjoni għalina fil-Partit Nazzjonalista.  Għax għalkemm m’għandniex ir-responsabbiltà preżenti tal-poter, għandna oħrajn.  Dawk li jitwieldu minn awto-kritika pożittiva, lejn preparazzjoni, lejn għarfien aħjar tal-għeruq u l-valuri nsara tagħna.  Lejn id-difiża, il-protezzjoni u l-għarfien mill-ġdid tal-bażi ideoloġika tal-Partit Nazzjonalista.  Li wieħed f’dan joħroġ iktar għad-dawl l-ideali demokristjani tagħna.  Ikompli jassigura l-leħen pur tiegħu b’politika moderna u aġġornata.  F’din il-linja, din l-omelija hija għodda u, fl-istess ħin, sfida għalina wkoll.  Għax għall-ħidma politika li fil-libertà għażilna li nwettqu, għandna d-dmir li naħdmu sabiex issir ferm u ferm aħjar minn dik tal-Gvern preżenti issa u meta għada pitgħada l-poplu jagħtina lura l-fiduċja tiegħu.


24.9.16

Fl-Anniversarju tat-Twelid ta' Aldo Moro.

"Il-problema ta' kull partit hi dik li jrid jgharaf, jinsa s-success immedjat ghal wiehed fit-tul, li jghazel bejn success parzjali u temporanju ghal wiehed stabli u permanenti.

Ghalhekk hemm bzonn qawwi li ninsew l-ghagla u n-nervozismu, nitilqghu ghal kollox l-istat ta' emergenza perpetwa , li n-natura umana tiehu pjacir li jkollha halli thossha vittma ta' xi haga u artista ta' xi punt interessanti.

Il-mixja taghna hija aktar twila u aktar difficili. Li ma ccedix ghal xi vantagg temporanju hu metodu kbir u intelligenza ta' tattika, ghall-istrategija aqwa, bil-pacenzja , fil-paci nterna, l-fidi, l-umilta', il-hidma fit-tul u fil-fond immexxija lejn ghan aktar importanti u determinanti huma l-ghodda tad-demokristjan, tal-bniedem li jemmen u jhobb il-hajja  " Aldo Moro minn artikolu tieghu miktub fil-gurnal Studium taht t-titolu "il Nostro Tempo" f'Ottubru 1945.   

22.9.16

Barra mill-Kuntest.




1.      Ftit jiem ilu, fl-14 ta’ Settembru, smajna diskors importanti ġewwa Strasbourg.  Jean Claude Juncker, li huwa l-President tal-Kummissjoni Ewropea, tkellem f’dak li jissejjaħ “State of the Union”.  Huwa mument importanti iktar minn qabel fl-Unjoni Ewropea.  Wieħed li jitlob ferm iktar ħsieb, riflessjoni lejn dak li għaddejna minnu, dak li aħna u lejn dak li nistgħu nkunu.  Kliemu kien immarkat b’numru konsiderevoli ta’ punti rilevanti li aħna ma nistgħux ninjoraw.  Il-futur tagħna huwa fl-Unjoni, u għalhekk għandna nieħdu ħsieb inkunu fuq naħa attenti ħafna għal dak li għaddej, u fuq l-oħra nassiguraw li ma nkunux fattur kuntrarju jew avvers għalih.  Naraw, fuq kollox, li l-ilma li rridu ngħixu minnu ma nħammġuhx u jibqa’ frisk, nadif.

Ġieħ u importanza

2.      Proprju meta l-gazzetti u d-dibattitu politiku lokali huwa mimli b’ta’ min huwa t-tort fuq dak li ġara fil-vot ta’ nhar it-Tnejn, l-attenzjoni tagħna hija iktar u iktar importanti li tingħata għall-kontenut tiegħu.  Għax ladarba dħalna membri sħaħ tal-Unjoni, u lkoll qbilna dwar dak li ntrabatna fih fit-Trattat ta’ Liżbona, hemm responsabbiltajiet li dħalna għalihom.  L-Ewropa hija fonti ta’ libertajiet, imma magħha kull poplu daħal għal numru ta’ dmirijiet.  Kull naħa, kull partit ġewwa l-Kamra tad-Deputati, iridu jifhmu l-kuntest li qed jgħixu u jaħdmu fih.  Dak li qiegħed jiġri fl-Unjoni Ewropea jrid jingħata l-ġieħ u l-importanza li ħaqqu u jkun żball jekk jiġi injorat jew traskurat, kif qed naraw.

Little common ground

3.      L-analiżi u l-proposti tal-President Juncker fihom ħafna x’wieħed jaħseb.  Uħud huma parti minn soluzzjoni, oħrajn riflessjonijiet mhux neċessarjament preċiżi jew tajbin.  Meta jindika li llum hemm “such little common ground, so few areas where (European members) agree to work together” wieħed irid mhux biss jikkonstata dan, imma jifhem għala għaddejjin f’dan.  Ngħid hekk għax meta wieħed iħares lejn l-istrutturi varji tal-Unjoni, għalkemm ma hemmx dubju li saru b’intenzjonijiet tajba, ħolqu ċerti effetti mhux dejjem pożittivi.  Hemm fl-istruttura demokratika Ewropea l-ħolqien ta’ distanza bejn l-aġendi nazzjonali u dawk Ewropej.  Meta iktar membri stati qed iħossu l-bżonn li jasserixxu l-problemi domestiċi tagħhom dan qiegħed isir, l-ewwel bi bżonn, u t-tieni b’forma ta’ reazzjoni ta’ dak li għadda.

Komunikazzjoni diretta

4.      L-Unjoni Ewropea serviet u ma hemmx dubju li ħadmet ħafna iktar milli wieħed kien jistenna.  Imma rridu nifhmu li għandek issa Parlament Ewropew li huwa maqtugħ prattikament u loġistikament mill-pajjiżi u l-popli li ġej minnhom.  Maqtugħ minn ċerti prijoritajiet li qed jolqtu lin-nies u f’numru ta’ drabi mitluf fil-logħob politiku intern tiegħu.  Mhux biss.  Għandek ukoll il-kumplikazzjoni li l-aġenda tal-uffiċjali fl-istrutturi Ewropej ma jimxux ma’ dak li qiegħed jirriżulta fuq dak nazzjonali.  Ma hemmx biżżejjed komunikazzjoni diretta bejn dawk fl-istituzzjonijiet Ewropej u dawk nazzjonali u l-kwalità jew it-tip tagħha m’huwiex neċessarjament kif għandu jkun.  Wisq inqas għandek proposti li ġejjin minn isfel għal fuq, imma ħafna minn fuq għal isfel.

Lingwaġġ komplikat

5.      Anki l-lingwaġġ istituzzjonali huwa komplikat, mistur u diffiċli biex iċ-ċittadin li qiegħed iħallas għalih jifhmu.  Anqas ma hemm pubbliċità u spjegazzjoni preċiża, ċara u diretta ta’ dak li qiegħed jgħaddi.  Il-prijoritajiet huma differenti u ma hemmx min qiegħed jassigura li dak li qiegħed isir il-poplu jħossu, l-ewwel li huma prijoritajiet; it-tieni, li huma fihom infushom tajbin u ta’ ġid għalih; u t-tielet, li jiġġustifikaw il-preżenza, il-ħidma u l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħhom f’dak li qiegħed isir.  Il-populiżmu jdejjaqna, però jdoqq id-diska u jmiss il-korda diretta, ħafna drabi bażata wkoll fuq nuqqas ta’ verità li dak li qiegħed isir fl-Unjoni Ewropea m’huwiex verament ta’ ġid għall-poplu.

Europeans want concrete solutions

6.      Wieħed ma jistax ma jaqbilx ma Juncker meta jgħid li “Europeans want concrete solutions”.  Biss, biex dawn jinstabu rridu li jkun hemm iktar Unjoni Ewropea li tifhem il-problemi veri.  Irridu naċċettaw li hemm il-proċess inevitabbli li ma’ kull sforz, ma’ kull regolament, ma’ kull direttiva ta’ din l-istituzzjoni hemm problemi li ġew solvuti.  Biss, hemm ukoll oħrajn li sofrew, u saru vittmi tagħhom.  Hemm f’dan effett kumulattiv li issa qiegħed jasal għall-wiċċ tal-borma.  Dawk li huma komdi draw f’ċertu fsied, draw li m’għandhomx bżonn jiġġieldu għas-sewwa u anzi qed jippruvaw jiġġustifikaw lilhom infushom u jsibu rifuġju żbaljat fil-politika tal-egoiżmu li l-liberaliżmu jxandar u jipprattika.  Ovvjament f’dan il-valuri Ewropej huma ċ-ċavetta għall-bida.  Biss, il-valuri huma veri jekk fihom ninkludu mhux biss il-libertà, id-demokrazija u s-saltna tad-dritt, imma li nasserixxu l-ġustizzja soċjali, is-solidarjetà u l-altruwiżmu.  Għax fil-verità u bl-esperjenza passata quddiemna, jekk l-Ewropa trid tirnexxi fil-futur trid tmur lura għall-għeruq insara tagħha.

Stability, workers’ rights and social progress

7.      Kellu raġun missier Jean Claude Juncker li ħares lejn l-Ewropa bħala l-għodda lejn “stability, workers’ rights and social progress”.  Biss, din il-forza li tieħu lilna lkoll lejn ordni soċjali ġust irridu naċċettaw li diversi għalqu għajnejhom tul is-snin lejn inġustizzji u pożizzjonijiet skomdi biex flok jiġu konfrontati, naħirbuhom.  Ma hemmx dubju li d-diskors tal-President tal-Kummissjoni huwa f’dan xprun lejn riflessjoni, però jrid jiġi segwit b’azzjoni.  L-għaxar punti li l-programm jistabbilixxi għandhom il-validità tagħhom, però m’humiex ikopru l-kuntest kollu u anqas ma huma jindirizzaw il-problemi direttament.  Il-kumplikazzjonijiet li għandna jsibu mhux soluzzjonijiet veri u umani imma ta’ ħafna forom f’dożi teknokratiċi fejn il-flus jinxteħtu biex suppost isolvu l-affarijiet.

Nirnexxu lkoll flimkien

8.      Hemm preżentement f’diversi pajjiżi tal-Unjoni problemi mwielda minn kuntesti varji.  Dawn isemmihom Juncker u jelenkahom hekk: “unemployment, social equality, mountains of public debts, integrating refugees and threats to security”.  Biss dawn, sija jekk humiex parti minn nuqqas ta’ xogħol jew inugwaljanza soċjali, jew l-assistenza lir-reguġjati, jew it-theddid lis-sigurtà ma jistax ikun hemm soluzzjoni għalihom jekk mhux maħduma fuq l-oriġini u d-demm veru Ewropew, f’dik ta’ solidarjetà ispirata mill-valuri nsara.   Aħna fil-Partit Nazzjonalista nħossu responsabbiltà lejn Unjoni li taħdem tajjeb u tirnexxi biex tkun strument għas-sewwa u li biha jsiru l-azzjonijiet li jħallu l-frott fit-tul.  Hemm bżonn iktar dożi qawwija ta’ dak li l-fundaturi demokristjani ġiebu magħhom.  Viżjoni ċara, umana u li tħares li ssolvi l-problemi ż-żgħar u mhux biss dawk il-kbar u drabi impossibli li tilħaq malajr.  Għalhekk, diskors iktar lejn il-kuntest huwa ferm aħjar milli barra minnu.  Proprju għalhekk li għandu raġun Juncker meta jgħid: “We cannot solve all our problems with one more speech or summit.”  Hemm ferm iktar impenn u ħidma li trid issir sabiex inkomplu nirnexxu lkoll flimkien f’pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea.

20.9.16

ABBOZZ TA’ LIĠI LI JEMENDA L-ATT DWAR L-IMPIEGI U R-RELAZZJONIJIET INDUSTRIJALI – ABBOZZ NRU 143


                                               
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI:   Jien innotajt dak kollu li qalet l-Onor. Ministru.   Ir-realtà però Onor Ministru hija l aħna kollha rridu niffaċċjaw u din mhix kwestjoni għax kien hemmil-Gvern Nazzjonalista u m’għamel xejn.  Li għamel.... Jew x’wiċċ tost għandhom li jiġu jitkellmu fuq din l-liġi, dan għandna realtà li għandna sentenzja kostituzzjonali. Is-sentenza Kostituzzjonali hija ċara daqs l-kristall, hija sentenza li fiha hemm stabbilit li t-tribunal kif inhu illum ma jistax ikompli jiffunzjona.  Allura għal xejn wieħed jipprova jgħid ejja nipprova nagħmel miżuri temporanji għax hawnhekk il-miżuri mhux temporanji, iridu jkunu ftit iktar permanenti.  Għaleix qed ngħid li jridu jkunu ftit iktar permanenti?  Jekk ma nagħmluhomx tajjeb allura xi ħaddieħor se jerġ’a jtaqqabhom. 

Smajt diversi punti u nibda billi nassigura lill-Ministru li l-intenzjonijiet tagħna huma tajbin u aħna qegħdin nersqu f’dan il-Parlament biex ngħinu sabiex il-liġi pperfezzjonata, tiġi aħjar milli hi però kif inhi mhijiex aċċettabbli.  Kif inhi, għalina bħala oppożizzjoni immamhux biss bħala oppożizjzoni imma wkoll t’a diversi korpi kostitwiti li tkellmu barra u tkellmu magħna għandhom l-opinjoni li dan l-Abbozz ta’ Liġi huwa Abbozz ta’ Liġi li sar, kif għedt inti, b’mod temporanju jew sar fi spirtu ta’ emerġenza però żgur mhux forsi xi ħadd jista’ jerġa’ jtaqbu u jwaqqfu. 

Ħa naqbad numru ta’ punti li l-Ministru għamlet u nweġibha bil-mod ta’ kif wieħed jista’ jwieġeb.  L-ewwel nett, neħħu barra din l-idea ta’ min hu t-tort.  Dan it-tribunal oriġinalment kien sar fl-1976 fl-Industrial Relations Act u kein sar minn Dr Karmenu Mifsud Bonnici.  Dr Karmenu Mifsud bonnici kien eks Prim Ministru tal-Partit Laburista, kein il-bniedem li għamel id-drafting tiegħu, veru jiġi mill-familja u naħseb li llum ġejt fili-pożizzjoni fejn jien irrid niddefendih fuq dak li għamel.  Fl-IRA hu għamel ħafna passi ‘l quddiem.  Kelli l-pjaċir li għallimni l-Industrial Relations Act fl-Università ta’ Malta u niftakar li kein jelenka b’mdo ċar id-diversi punti ġodda li rnexxilu jagħmel u fost affarijeit oħra kien hemm din il-kwestjoni tat-tribunal.  Dak iż-żmien il-Perit Dom Mintoff dehrlu li għandu jimxi b’din is-sistema u sar it-tribunal skont kif kein dehrlu l-Perit Mintoff li għandu jsir.  Ma kenitx kwestjoni għax il-kawżi kienu qegħdin idumu jew le u ara ma tmurx tieħu l-impressjoni li l-kawżi fit-tribunal industrijali kif inhuma llum qed jinqatgħu f’ħakka t’għajun.  Il-kawżi qed idumu, hemm kawżi li qed idumu iktar u allrua s-sistema li għandna mhux veru li ġriet għax m’għandneix membri tal-ġudikatura jmexxuha, mhux veru li rnexxiet għax għandna s-sistema preżenti.  Is-sistema preżenti war ali ġiet ifformulata minn Dr Karmenu Mifsud Bonnici meta ġew id-diskussjonijiet li l-liġi fl-2002 reġgħet għamlet qabżiet kbar oħra fuq affarijiet oħrajn u dak iż-żmien kien Viċi Prim Ministru u wara Prim Ministru Lawrence Gonzi saru qabżiet ġodda fil-liġi u hemmhekk il-partijiet soċjali kollha ma ridux jiċċaqilqu t-tribunal industrijali minn kif kien dak iż-żmien.  Kien hemm kunsens ġenerali bejn il-partijiet soċjali fuq kif kien strutturat t-tribunal industirjali.  Kien hemm l-idea li dan qed jaħdem u ladarba qed jaħdem tipprovax tbiddel dak li qed jaħdem, xejn ikatar u xjen inqas.  Illum, ix-xenarju nbidel radikalment.  Għaliex inbidel radikalment?  Inbidel radikalemnt għax għadnek sentenza kostituzzjonali u din is-sentenza kostituzzjonali mhijeix proposta minn xi avukat ta’ xi parti partikolari imam mill-General Workers Union.  Il-General Workers Union ħasset li għadnha tagħmel sfida għal dan it-tribunal u l-isfida tagħha rnexxiet, jiġifieri l-qorti fid-19 ta’ Ġunju 2015 qalet li kif inhu kompost dan it-tribunal għal numrut a’ raġunijiet mhuwiex tajjeb skont il-Kostituzzjoni.  Dan it-tribunal huwa tribunal li llum il-ġurnata ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin iffaċċjati b’din is-sitwazzjoni u allrua ladarba qegħdin iffaċċjati b’din is-sitwazzjoni, hemm bżonn li wieħed jiddiskuti mhux il-liġġi kollha kemm hi, l-IRA kollha kemm hi, mhux tiddiskuti l-punti kollha tad-dinja mbagħad jiġi bi proġett enormi biex fuqha wieħed jagħmelk Abbozz ta’ Liġi imma issa għandna realtà, hemm emerġenza u din l-emerġenza titlob li l-miżuri mhux isiru b’mdo li malaljr se jerġgħu jiġu reżi antikostituzzjonali. 

L-emendi li ġew proposti hawnhekk fil-Parlament huma emendi li ma sarux tajjeb.  Huma emendi li wieħed għandu bżonn jidħol iktar fil-fond fihom, dejjem jekk il-gvern irid jagħmel l-affarijiet sew, għax aħna qegħdin hawn biex nagħmlu l-affarijiet sew.  Min-naħa tagħna, Ministru, se ssib il-kollaborazzjoni biex l-affarijiet isiru sew però kif inhi l-liġi llum, mhijeix qiegħda sewwa u mhux l-oppożizzjoni qalitu dan, jiġifieri għamilna konferenza stampa u daqshekk, imma kien hemm ili-partijiet soċjali li aħna kellna l-unur u l-pjaċir li niltaqgħu magħhom u niddiskutu l-affarijiet kif inhuma u kif mhumiex u dawn kollha kkonfermaw li l-liġi kif inhi mhix qed togħġobhom u l-liġi trid tinbidel minn kif inhi llum.  Naħseb li inti llum qed iffaċċjata b’realtà li ma nistgħux naħarbu minnha, irridu naffrontawha u għal xejn wieħed jgħid ejja nibqgħu għaddejjin bħallikieku s-sentenza ma teżistix, jew inkella ejja nipprovaw nagħmlu xi ħaġa ta’ malajr imbagħad naraw iktar ‘il qudiem.  Meta jkollok sentenzi li huam antikostituzzjonali li diġà huma ddikjarati li huma antikostituzzjonali se jkollok id-diffikultà li għada pitgħada ladarba tiġi l-lebliba għalihom xi ħadd jerġa’ jkompli u jagħmel kawżi oħra fuqhom iktar u iktar meta kif inhi l-liġi mhijeix qed tagħlaq l il-lanjanzi kollha, il-partijiet kollha li l-qorti tal-appell stabbiliet. 

Nieħu pjaċir li l-Ministru qed tgħid li qed isiru diskussjonijiet mal-partijiet soċjali għalkemm meta ltqajna magħhom u staqsejthom speċifikament ħadt l-impressjoni li għadkom fil-bidu tad-diskusjonijiet u d-diskussjonijeit għadhom ma mmaterjalizzawx ruħhom f’xi ħaġa konkreta u soda.  Irrid infakkrek ukoll li f’Ottubru tas-sena li għaddiet waqt il-miżuri tal-baġit ġejt hawn, tkellimt u ġbidtlek l-attenzjoni għal din is-sentenza, għedtlek li din is-sentenza li ngħatat mill-Imħallef Anna Felice hija sentenza li hija studjata u li għandhah l-possibilità li tiġi konfermata fl-appell.  Għedtlek ukoll  - u dna ma tistax tgħidli li le – li jista’ jkollok taffronta kriżi kbira u qgħedt lili nnifsi għad-dispożizzjoni tiegħek biex niltaqgħu  minn Ottubru ta’ dik is-sena beix nipprovaw nagħmlu liġi li hija ferm aħjar milli hija din illum, però, għal xejn wieeħd joqgħod iħares lura.  Nirreġistra li aħna qgħedna lilhna nfusna għad-dispożizzjoni tal-gvern biex niltaqgħu, biex niddiskutu u beix naraw l-affarijiet u l-gvern ma ħax din l-offerta.  Issa li hemm hemm, iol-qorti tal-appell kikkonfermat din is-sentenza u issa għandna stat ta’ inkwiet kbir għax bħalissa t-tribunal industirjali wieqaf.  It-tribunal industrijali mhux qed jiċċaqlaq, mhux qed jimxi, u minkejja l-isforzi li qed isiru biex jipprovaw jiċċaqilquh,b naħseb li jkun żball li f’dan il-mument opportun wieħed jiċċaqlaq fit-tribunal industrijali qabel mal-emendi jsiru skont is-sentenza kostituzzjonali li għadha kemm ingħatat.  Ministru, irrid nerġa’ noffrilek l-id tal-oppożizzjoni u ħadd ma jiġi jgħid għax intom kontu fil-gvern u meta kontu fil-gvern stajtu din il-ħaġa allura billi m’għamiltuhiex allura meta tiġu hawn fl-oppożizzjoi ma tistgħux titkellmu dwarha.  Allaħares sar dan l-argument, Ministru, u allaħares tgħidilna l-ispiżjar millig ħandu jagħtik bħallikieku qed tipprova tneħħi l-intenzjonijiet tajba.  Bir-rispett lejn l-ispiżjara u jista’ jkun li bħalma l-ispiżjar jagħtik millig ħandu anek l-avukat qed hjagħtik milli għandu u l-av7ukat jagħti wkoll fl-affarijeit tajbin li hemm bżonn f’dan il-Parlament biex l-affarijiet jimxu ‘l quddiem.  Jiddispjaċini imma naħseb li fuq dan il-punt il-Ministru kienet żbaljata għax l-oppożizzjoni wriet l-id tal-ħbiberija fl-affarijeit u l-oppożizzjoni tifhem.  Jekk kien hemm sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali l-gvern ta’ dak iż-żmien seta’ jaqbad u jagħmel leġiżlazzjoni meta l-Ministru taf ħafna mid-diffikultajiet li hemm f’dan is-settur jiġu għax irid ikun hemm il-kunsens tal-unions, tal-employers u tal-partijiet soċjali kollha?  Seta’ l-gvern fil-leġiżlatura li għaddiet jagħmel xi forma ta’ emendi fuqha qabel ma jġib il-kunsens ta’ kulħadd?  Jiena ngħidlek li ma setax jagħmel dan għax, kif taf u inti qed issib ruħek f’din il-pożizzjoni, f’dan is-settur il-gvern qed jistenna li jkollu kunsens mal-unions u ma’ min iħaddem biex ikollhom pożizzjoni komuni.  (Interruzzjonijiet)  F’tliet snin kulħadd jista’ jagħmel ħafna affarijiet.  Meta kont Ministru f’tliet snin nassigurak li għamilt diversi affarijiet u għamilthom fejn stajt nagħmilhom, fejn ma stajtx nagħmilhom ma stajtx nagħmilhom u allrua ma tistax timputana li għax għamilna dawn il-25 sena fil-gvern ifisser li issa intom sibtu lilkom infuskom fi stat daqshekk diżastruż, imsieken, li tridu taħgmlu xi ħaġa.  Illum, hemm sentenza kostituzzjonali u ngħatajt preavviż, Ministru, ma tistax tgħid li ma ngħatajtx preavviż.  Kont taf mid-19 ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet li għandek din is-sitwazzjoni li tista’ tiġi f’daqqa waħf’daqqa waħda tista’ tiġi f’ħoġrok.  Ma kontx se nagħmel dan id-diskors imma qed nagħmlu minħabba d-diskors li għamilt inti li fih, biex tiddefendi s-sitwazzjoni tal-gvern, xħettu li qisu tort tagħna.  Din hija sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, setgħet marret naħa u setgħet marret oħra.  (Interruzzjonijiet)  Bdiet fl-2008 u ġiet deċiża fl-2013, setgħet ġiet irtirata mill-General Workers Union, il-General Workers Uniion żammitha dik il-kawża, baqgħet tinsisti għaliha u ngħatat raġun fuqha.  Issa, bil-ħidma tal-General Workers Union, qegħdin f’din il-pożizzjoni ta’ mhux jekk irridu  imam bilfors, oportet li wieħed jagħmel il-leġiżlazzjoni u jagħmilha tajjeb.  Din il-leġiżlazzjoni mhijeix tajjeb biżżejjed.  Ministru, qed nagħmillek dawn il-battuti biex inwieġeb għal dak li għedt, imbagħad nidħol f’iktar dettall. 

Il-Ministru ħadet għaliha jew tat x’tifhem li għax Dr Andrew Borg Cardona kiteb artiklu tant li kellek bżonn issemmih.  Dan huwa artikolista, jikteb, minn dak li jgħid ħafna drabi jkollu osservazzjonijiet tajbin li wieħed jista’ jieħu u jista’ jaqbel jew ma jaqbilx magħhom imma hawnhekk m’għandekx iġġibu għad-dibattitu x’kiteb jew ma kitibx bħallikieku qed nieħdu għalina għax kiteb li aħna qabadna xi ħadd li …   Hu qed jgħid li l-gvern inqabad rieqed fuq din il-ħaġa.  Parti raġunħandu wkoll.  Irridu naċċettawha għax minn Ottubru as-sen li għaddiet sal-lum kellna l-opportunità li niltaqgħu, nagħmluha u niddiskutuha u almenu ngħidu:  jekk tiġri din il-ħaġa x’se nagħmlu?  Illum kollox għadda, għal magħmul, kif jgħidu, m’hemmx kunsill imma ma nistax naċċetta li hawnhekk l-ewwel ikollna liġi u xi ħadd jiġi jgħidli li din miżura temporanja.  Il-liġi kfi issir ma tkunx temporanja imma tkun permanenti.  Jekk tgħidli li se taħgmel il-liġi bħala parti minn tastiera ta’ affarijiet oħrajn li jridu jiġru, naqbel miegħek, imma dak li ssuġġeriet l-oppożizzjoni ssuġġerietu mhux għax kellha diġà l-pre-set ideas fuq l-affarijiet imma wara li ltaqgħet mal-partijiet soċjali għamlet djalogu mal-partijiet soċjali u wara li għamlet dak id-djalogu l-partijiet soċjali wasslu fuq il-konklużjonijiet ġenerali li t-tribunal industrijali għandu jkun presedut minn maġistrat u jkollu miegħu żewġ persuni, wieħed mill-employers u l-ieħor mill-employees, mill-unions.  Tgħidli:  kien hemm kunsens ġenerali immedjat?  Le, u għad hemm min għadu qed jiddiskuti u jipprova jsib sitwazzjoni aħjar.  Ministru, fid-diskors tiegħek forsi m’għamiltx biżżejjed referenza għald ak li qalet il-qorti tal-Appell.  Il-Qorti tal-Appell fis-sentenza tagħha attakkat erba’ punti prinċipali.    L-ewwel, rigward il-mod ta’ kif wieħed ineħħi jew iqiegħed iċ-chairpersons fit-tribunal industrijali; imbagħad tkellmet fuq dak li semmiet outside pressures meta jkollok nies li huma appuntati; it-tielet punt kien il-prattika li, fl-opinjoni teigħi żgur li qatt m’għandha tiġi aċċettata, chairman tat-tribunal industrijali gaħx ma jafx il-liġi jitlob parir lill-avukat f’kawża li għandu quddiemu,, imbagħad ir-raba’ punt kien il-kwestjoni tal-appell.  Meta taqbad dawn l-emendi li saru ssib li kif saru l-emendi ma jindirizzawx biżżejjed l-affarijiet.  Meta ngħid li ma jindirizzawx biżżejjed l-affarijiet għax mhumiex qegħdin jattakkaw fil-fond il-problema prinċipali li għandek an independent and an impartial tribunal.  Ma nafx min għamel id-drafting ta’ dawn l-emendi imma min għamel id-drafting nieħu l-impressjoni li lanqas biss qara s-sentenza mogħtija …  (Interruzzjonijiet)  L-Avukat Ġenerali?  Ma nemminx li l-Avukat Ġenerali.  (Interruzzjonijiet)  Nist’a nagħmel id-diskors tiegħi? 

MR SPEAKER:  Ippermettili, Onor. Mifsud Bonnici, on a point of order il-Ministru Owen Bonnici. 

ONOR. OWEN BONNICI:  Sur President, Dr Peter Grech għamel id-drafting, konna inkuntatt telematiku l-ħin kollu bl-emails, bl-għajnuna tal-Ministru Dalli għamilna bnumru ta’ sigħat filgħaxija jiena minn computer u hu minn ieħor, jagħmel id-drafting, jibgħat u nikkonfermaw aħna u mmexxu, jiġifieri qisek m’għandniex il-fiduċja f’Dr Peter Grech li kien hu li ddefenda l-kawża, kien hu li rrediġa rr-ikors tal-appell, kien hu li ddefenda l-apell u kien hu li għamel id-drafting tal-Abbozz ta’ Liġi li għandna quddiemna.  Din li noqogħdu ngħidu ma nafx min kitbu qisu qabbadna xi tifel għadu ħiereġ mill-università, bir-rispett kollu. 

MR SPEAKER:  Kollox sew, point of explanation.  Tista’ tkompli bid-diskors tiegħek Onor. Mifsud Bonnici. 

ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI:  Sur President, għandi dritt nistaqsi u għandi dritt nagħmel id-diskors tiegħi kif inħoss li għandi nagħmlu u jekk jeina ngħid li kelli dan id-dubju nista’ nesprimih.  Għandu xi ħadd iżommni milli nesprimi dan id-dubju?  (Interruzzjonijiet)  Għaliex qed ngħid hekk?  Qed ngħid hekk għax jekk wieħed jaqra s-sentenza mogħtija reċentement tibda billi tagħmel elenku ta’ erba’ punti li fihom l-Imħallef Felice qalet li t-tribunal irid ikun indipendneti, imparzjali u fost affarijiet oħra qalet ukoll li jrid ikun hemm b’mod ċar li l-perċezzjoni barra hija li min qiegħed fil-pożizzjoni, li min qed jiġġudika l-affarijiet mhuwiex xi ħadd li għandu xi imparzjalità lejn naħa u oħra.  Meta taqbad dawn il-punti tirrealizza li l-aħjar triq hija li tmur għal ġudikant, għal maġistrat li diġà qiegħed appuntat u mill-ewwel jagħti l-fiduċja u l-imparzjalità tal-partijeit li jiltaqgħu quddiemu.  Irrid ngħid li aħna ressaqna dan il-kunċett tat-tribunal amministrattiv propju għax illum it-tribunal amministrattiv għandu ċertu track pattern li li hija tajba li fiha għandna ġudi9kant, maġistrat, u miegħu hemm żewġ persuni li huam lajċi u dak it-tribunal għamel diversi passi ‘l quddiem, ħadem, is-sisitema ħadmet, hija ssistema li mxiet ‘il quddiem u llum abbażi ta’ dik l-esperjenza wieħed jista’ b’kunfidenza jiċċaqlaq ‘il quddiem.  Naħseb li kieku kien hemm biżżejjed ħin biex wieħed jaħseb biżżejjef fil-fond fuq l-affarijiet li jkun jista’ jirrifletti biżżejjed kieku l-liġi li għandna quddimena kien ikollha iktar elementi. 

Illum, għandna sitwazzjoni li dak li qed jiġi propost mill-gvern mhuwiex sod u allura hemm bżonn li jsir iktar u iktar fine tuning fih u, it-tieni, dan qed ngħiduh għax is-sistema ġudizzjarja tagħna llum tifhem li t-tribunal industirjali mhuwiex qed jiffunzjona, għandek kwantità kbira ta’ nies li marru quddiem dan it-tribunal industrijali li mhumiex qegħdin jinigħataw rimedju, il-każ tagħhom mhuwiex qed jinstema’, għandek sitwazzjonijiet ta’ relazzjonijiet industrijali li huma weqfien u naħseb li kif inhu kompost it-tribunal industrijali b’dawn l-emendi wisq nibża’ li se nerġgħu nsibu lilna nfusna fis-sitwazzjoni li xi ħadd jerġa’ jittanta li jagħmel kawża kostituzzjonali fuqhom.  Is-security of tenure tan-nies trid tkun ferm iktar b’saħħitha milli sempliċiment ngħidu li ma tkunx tliet snin imam tkun erba’ snin, il-panel jiġi magħżul minn din il-proċedura ġdida tal-MCESD.  Naħseb li hemm bżonn li nagħtu struttura ferm iktar qawwija llit-tribunal industrijali speċjalment illum il-ġurnata meta għandek sitwazzjonijiet ta’ relazzjonijiet industirjali li qed ibaqbbu.  Għandek is-sitwazzjoni tal-ħaddiema ta’ De La Rue; għandek is-sitwazzjoni tal-ħaddiema fl-Air Malta; għandek sitwazzjoni ta’ diversi ħaddiema li qegħdin fil-marġini.  Nieħu pjaċir nsima’ l-Ministru titkellem fuq il-ħaddiema tal-prekarjat jew parti mill-ħaddiema tal-prekarjat li ġew għall-aħjar.  Nieħu pjaċir li għandha xi strutturi jew xi partijiet tal-ħaddiema li qegħdin aħjar milli kienu qabel però bl-ebda mod  - u hi f’muemnt minnhom aċċennat għaliha – ma nistgħu ngħidu li fix-xenarju industirjali ta’ pajjiżna għandna sitwazzjoni fejn m’għandneix nies li qegħdin jaħdmu fil-part-time jew nies li qegħdin jaħdmu f’sitwazzjoni li tist’a tiddefenixxihom prekarjat u allura dan ifisser li t-tribunal industrijali li għsandna llum għandna nissodawh iktar milli huwa llum,  Għaliex qed ngħid nissoddawh iktar illum?  Qed ngħid hekk għax għandek sitwazzjonijiet ta’ diversi sentenzi li qamu rigward il-kompetenza tat-tribunal industrijali u dan qed ngħidu mhux mill-aspett kostituzzjonali imma mill-aspett sħiħ ta’ x’inhu r-remit tat-tribunal industrijali.  Naħseb li hawnhekk għandna okkażjoni unika biex inżidu fil-kompetenza tat-tribunal industrijali u nissodaw iktar l-idea li dak kollu li għandu x’jaqsam mas-settur tax-xogħol irid imur quddiem dan it-tribunal industrijali.  Hawnhekk jidħlu kwestjonijiet ta’ mandati, pereżempju, il-mandat ta’ inibizzjoni fejn tnaqqas il-possibilità li kwestjonijeit ta’ relazzjonijiet industrijali jmorru barra minn dan it-tribunal industrijali għax dan it-tribunal industrijali jkollu fih in-know how, esperjenza li sal-lum hemm bżonn li tkompli tiġi ssodata. 

Għandek ukoll is-sitwazzjonijiet li huam naxxenti minn liġijiet oħrajn.  Pereżempju, għandek il-Whistle blower Act u l-Whistle blower Act tagħti lill-ħaddiem li jikxef jew imur għand l-informatur ċerta protezzjoni.  Għalkemm hemmhekk għamilna l-possibilità li xi ħadd jitlob li jinħareġ mandat inibizzjoni sabiex ma jiġix diskriminat, sabiex ma jitlifx promozzjonijiet, jista’ jkun il-każ li dan jitqiegħed taħt ir-remit tat-tribunal industrijali.  L-istess, rigward sitwazzjonijiet li, għalkemm il-liġi titkellem fuq il-konċiljazzjoni u hemm ċerta ħidma li ssir fil-konċiljazzjoni, naħsbu wkoll li jekk wieħed jibni qafas iktar strutturat ta’ medjazzjoni, numrut a’ kwestjonijiet li jmorru quddiem it-tribu8nal industrijali jkunu jistgħu jiġu rislti qabel ma jaslu quddiem it-tribunal.  L-istess rigward il-kwestjoni tad-dannu.  Il-kwestjoni tad-dannu fit-tribunal industrijali għadnek sitwazzjonijiet li wieħed irid iħares lejn kif jagħmel mekkaniżmu aħjar, irid iħares biex ikollu sitwazzjoni aħjar ta’ kif tħaddem jew taħdem fl-affarijiet. 

Naħseb din hija opportunità tad-deheb u ma nafx kemm il-gvern huwa preparat jew dispost li fl-istadjut al-kumitat wieħed javvanza u jibdel iktar dak li għandna f’dan l-Abbozz ta’ Liġi.  IL-mument opportun huwa li wieħed jagħmel liġi li permezz tagħha ma jkun hemm ebda diffikultà, eb da dubju li min qed jippresjedi t-ttribunal industrijali huwa xi ħadd li huwa imparzjali, indipendenti u li l-gvern bil-mod ta’ kif inhu miktub m’għandux bl-ebda mod xi forma ta’ lunga manus jew xi forma ta’ id li jista’ jbiddel in-nies li huma involuti fih. 

Ħaġa li ntqalet fl-ewwel sentenza tal-qorti mill-Imħallef Anna Felice kienet din l-osservazzjoni interessanti rigward il-ġudikant.  L-Imħallef Felice qalet li mhux talli l-liġi f’dan il-kontest ma tiggarantixxix kontra outside pressures kif timponi kontinwament l-Qorti Ewropea talli hija l-istess liġi li timponi outside pressures u allura din hija sistema li fil-passat ġiet użata, hija sistema li fuqha l-partijiet soċjali, il-union, l-Employers Association, ħadd ma qal xejn però issa ladarba qalu u ladarba l-General Workers Union waslet biex tagħmel kawża kostituzzjonali li tattakka b’mod daqshekk frontali t-tribunal industrijali u dan ġie knocked out, …  Għal xejn noqogħdu nittamaw li t-tribunal industirjali nistgħu b’xi mod nerġgħu nqajmuh.  Dan issa ħa d-daqqa tal-mewt u jew nibdluh jew inkella li nerġgħu nipprovaw nagħmlulu xi forma ta’ riżurezzjoni naħseb li nkunu qegħdin niżbaljaw.  Kif inhuma fformolati l-emendi naħseb li jistgħu jkunu aħjar ħalli ħadd ma jieħu għalih, jistgħu jkunu ferm aħjar milli huma u jistgħu jkunu f’sitwazzjonijiet li huam mirquma aħjar u jipproteġu iktar in-nies li ghuma injvoluti.  Mhux se ngħid fl-aħħar tal-ġurnat aimam hawnhekk qegħdin immissu tastiera importanti ta’ diversi ħaddiema li jsibu lilhom infushom f’dawn id-disputi quddiem it-tribunal industirjali.  Preżentement għandek numru ta’ nies li qed jistennew biex il-każ tagħhom jiġi appuntat; għandek numru ta’ nies li qed jistennew biex il-każ tagħhom jitkompla; għandek numru ta’ nies li spiċċaw li ma jistgħux jimpjegaw lilhom infushom ma’ ħaddieħor; għandek nies li sabu lilhom ifnushom li ma jsitgħux jieħdu ċerti benefiċċji soċjali u għadnek grupp t’a nies li qiegħed f’sitwazzjoni verament ħażina.  Mhux qed ngħid ċert imma minn dak li qrajt fil-liġi jidher ċar li jekk tgħaddi l-liġi kif qed tiġi proposta, din il-liġi se terġa’ tiġi attakkata, se jerġa’ jkun hemm xi ħadd li jagħmel kawża kostituzzjonali u dik il-kawża kostituzzjonali se terġa’ twaqqaf il-proċess kollu.  Naħseb li la huwa fl-interess tal-gvern u lanqas fl-interess tla-oppożizzjoni li din is-sitwazzjoni ssir.  Issa jew se naċċettaw ir-realtà tas-sitwazzjoni jew inkella se noqogħdu naħarbu minnha u allura l-garanziji kontra l-pressjonijiet minn barra, il-kwestjoni tad-durata taż-żmien il-kwestjoni ta’ kif jinħatru dawn il-membri naħseb li f’din is-sitwazzjoni partikolari għandna opportunità tad-deheb biex inkunu nistgħu nibdlu l-liġi b’mod radikali u tajjeb li permezz tagħha nwieġbu għas-sitwazzjoni kostituzzjonali. 
Din is-sentenza kostituzzjonali nbniet gaħx ingħataw numru ta’ sentenzi kostituzzjonali oħra fuq din il-kwestjoni ta’ kif tappunta lil dak u kif tappunta lill-ieħor.   Is-sentenzi fil-qrati tagħna bnew u żviluppaw f’dawn l-aħħar ħames snin, sitt snin għalk pożizzjoni attwali tal-lum.  Nippretendi li fl-itadju ta’ kumitat il-pożizzjoni tal-gvern tkun flessibbli u nittama li waqt dan id-dibattitu nisma’ li l-gvern se jkun flessibbli biex naslu f’pożizzjoni li permezz tagħha nassiguraw li ma jkollniex il-biża’ li din il-liġi se tiġi attakkata jew b’xi mod imwaqa’ lura.  F’mument partikolari l-Ministru qalet li hi tiġi hawn għax għandna nagħtu lill-poplu Malti l-aħjar liġijiet.  L-oppoiżzjzoni wkoll qiegħda hawn biex tagħti l-aħjar liġijiet lill-poplu Malti imam trid tiġi permessa mill-gvern li l-emendi u s-suġġerimenti li tagħmel il-gvern jeħodhom on board.  Din mhijiex kwestjoni ta’ min għandu raġun u min għandu tort.  Nerġ’a nirrepeti, għandna sitwazzjoni fejn minkejja l-isforzi kollha li nistgħu nagħmlu b’dan l-Abbozz ta’ Liġi xorta se jkollna sitwazzjoni li xi ħadd se jtaqqabhielna.  Naħseb li dik il-possibilità għandna naħarbuha.  Jekk diġà għandek diversi avukati li jaħdmu fis-settur li qed llum qegħdin jitkellmu u jgħidu li l-liġi kif inhi mhijiex ifformulata tajjeb, jekk għandek żewġ korpi kostitwiti li għamlu konferenza stampa, il-UĦM u s-CMTU, li qed jgħidu lill-gvern beix ma jkomplix b’din il-linja ta’ liġi għax din hija żbaljata, għaliex għandna nkomplu nwebbsu rasna f’dan il-Parlament u ma nimxux ‘il quddiem?  Dak li l-oppożizzjoni tixtieiq huwa li nieħdu l-opportunità, nieħdu l-okkażjoni biex hawnhekk nagħmlu bidliet li huma importanti ħafna. 

Il-Ministru semmiet rapport li kien sar minn żewġ avukati li huam meqjusa tajbin ħafna, Dr Arron Mifsud Bonnici li kein l-avukat li mexxa l-kawża kostituzzjonali li lum għandna s-sentenza u l-ieħor Dr Matthew Brincat ta’ Ganado & Associates li hu magħruf bħala avukat tal-affari teigħu.  Dak ir-rapport, jekk is-Sinjuriija Tiegħek trid, nistgħu niddiskutuh, niddibattuh, naraw x’jista’ jsir u x’ma jistax isir.  (Interruzzjonijiet)  M’għandi ebda difikultà fuqha, l-Employment Relations Board jista’ jjiddiskutih però aħna wkoll – u dan li nappella lill-Ministru – f’dan il-Parlament għandna sehem vitali fuq dak li qed jiġi diskuss, jekk qed jiġi diskuss.  M’għandniex ninqatgħu ‘l barra, Ministru, minn dak li huwa proċess ta’ tibdil fir-relazzjonijeit industrijali.  Naħseb li hemm lok li mhux noqogħdu nistennew is-sitwazzjoni tiġi f’ħoġorna wara li dak il-bord jiddiskuti u jara l-affarijiet però għandna niddiskutu l-affarijiet minn qabel u naraw x’għandna nagħmlu minn isa.  (Interruzzjonijiet)  Ministru, diġà spjegajtlek li fi żmenijeit oħrajn ma kienx il-mument li dan seta’ jsir mentri b’din il-liġi, din is-sentenza għandek l-opportunità li tagħmilha.  Issa jew teħodha jew ma teħodhiex.  Jekk ma tixtieqx teħodha inti qiegda fil-gvern, inti qed tiddeċiedi l-affarijiet mhux aħna qegħdin niddeċiedu.  Aħna li nitgħu nagħmlu hija li nuru d-disponabilità tagħan biex l-affarijiet jimxu ‘l quddiem u d-disponibilità tagħna hemm tibqa’.  Dan l-Abbozz ta’ Liġi jrid ferm iktar tibdil,u fuq l-esperjenza …  (Interruzzjonijiet)  Aħna?  Għaliex fl-arja?  Qed ngħidlek li nixtieq li mmorru fit-tribunal amministrattiv. 

MR SPEAKER:  IL-Ministru Owen Bonnici bil-permess tal-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici. 

ONOR. OWEN BONNICI:  Sur President, smajt lill-Onor. Dalli tgħid li se tressaq emendi fl-istadju t’a kumitat b’mod proattiv biex wieħed żgur jassigura li jekk kien hemm problemi fin-natura istituzzjonali tatt-ribunal industirjali dawn se jiġu ironed out.  Il-ħabib tiegħi, l-Onor. Carmelo Mifsud bonnici, naħseb ilu nofs siegħa jgħid li din mhux biżżejjed gaħx irid isir iktar, imam fil-konkret neħħi l-proposta tal-maġistrat li l-Onor. Dalli tkellmet fuqha, ma smajtx proposta waħda fil-konkret mhux fl-arja oqgħod attent għax se taqa’ d-dinja.  Fiil-konkret x’qed tipproponi li hemm nieqes f’dan l-Abbozz li ġie drafted mill-Avukat Ġenerali?  Naħseb li kulħadd jaqbel li jaf x’inhu jagħmel. 

MR SPEAKER:  Grazzi.  L-Onor. Mifsud Bonnci jkompli vbid-diskros tiegħu. 

ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI:  Sur President, nista’ nkompli bid-diskros tiegħi? 

MR SPEAKER:  Iva, fadallek erba’ minuti u tista’ tibqa’ in possession. 

ONOR. ACARMELO MIFSUD B ONNICI: Erba’ minuti però nibqa’ in possession jekk tippermettili jew ma jippermettilix?  

MR SPEAKER:  Għandek il-ħin u tist’a tibqa’ in possession.  Għandu sa siegħa u nofs jekk irid. 

ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI:  Biħsiebni neħodhom jekk il-Bambin jagħtini s-saħħa u jekk il-gvern jippermettili.  Nieħu pjaċir li qed tieħu gost tismagħni Ministru.  Meta taqbad id-diversi  provedimenti li hawn hawnhekk tirrealizza li dawn il-provedimenti li daħlu f’dan l-Abbozz mhumiex qegħdin jindirizzaw biżżejjed fil-fond …  (Interruzzjonijiet)  Ħallini, Ministru, ħa nkompli niżviluppa l-argument tieħgi.  Dażgur irrid nagħmel argumenti politiċi tiegħi biex inkun nista’ nwieġeb għal dak li inti għedt fid-diskors tiegħek.  M’għandix nillimita ruħi fuq affarijeit tekniċi.  Ħa ngħidlek, Minisru, meta taqbad dak li intom qegħdin tipproponu, pereżempju, is-security of tenure taħt is-subartiklu 73 tal-Att li ma jkunx iktar t’a tliet snin u ta’ erba’ snin, kif tbiddel ix-xenarju u tagħmlu xi ħaġa kompletament differenti dan l-artiklu ma jibqagħlux relevanza.  L-istess għal perijodu li huma maħtura.  Naħseb li hemm bżonn li meta tgħid maġistrat li jiġi appuntat ifisser li jiġi aġġuntat disentu u allura maġistrat m’għandekx il-kwestjoni tat-term of office li jrid ikollu jew jekk kemm-il darba t-term of office tiegħu se tkun term of office li permezz tagħha terġa tiġi mġedda u għandek il-panels tan-neis.  Naħseb il-panels tan-nies f’dan ir-rigward dak li ġie mressaq hawnhekk mhuwiex tajjeb biżżejjed.  Is-sitwazzjoni li qegħdin ngħidu għar-rigward li l-Prim Ministru jsita’ wara konsultazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jneħħi membru minn fuq lista maħtura skont is-subartiklu (2) għar-raġunijiet ta’ mġiba ħażina pprovata, ineffiċjenza ċara, jew inkapaċità, ma nafx kemm dan huwa l-funzjoni tal-Prim Minsitru li jidħol f’dawn l-affarijiet u jiddeċiedi hu jekk għandux ineħħi jew le membri tal-panel. 

L-istess, is-subartiklu (7), il-Ministru jista’, wara konsultazzjoni, ineħħi membru minn fuq il-lsita.  Naħseb li s-security of tenure li għandna nagħtu lin-nies għandha tkun security of tenure li permezz tagħha … 

MR SPEAKER:  Ippermettili, Onor. Carmelo Mifsud Bonnicim, sar il-ħin.  Tibqa’ in possession? 
ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI:  Iva, Sur President, nibqa’ in possession.

IX-XGĦAJRA – TRIQ ID-DAWRET IX-XATT - XOGĦLIJIET

16625. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liem...