28.2.19

RAĦAL ĠDID - ĠNIEN DOM MINTOFF - NEFQA



9041. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Turiżmu: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħol sar tul is-sena li għaddiet, kemm intnefaq s’issa u x’se jsir tul din is-sena fi Ġnien Dom Mintoff ġewwa Raħal Ġdid?

18/02/2019

  ONOR. KONRAD MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li saru numru sostanzjali ta’ xogħlijiet fi Ġnien Duminku Mintoff. 
·              Saru passaġġi skont id-disinn il-ġdid b’sub-baseli jinkludi fih is-servizzi kollha neċessarji ta’ dawl u ilma. 
·              Inbnew żewġ ġibjuni li flimkien jammontaw għal aktar minn 500 metru kubu ta’ ilma, bil-għan li jinġabar l-ilma tax-xita li jinġema’ fil-wied. 
·              Ġiet mibnija ukoll pump roombil-għan li l-ilma li jinġabar fil-ġibjuni jerġa’ jintuża għat-tisqija tal-pjanti u siġar, u anke biex jitħaddmu ż-żewġ water features li saru. 
·              Saru żewġ water features -waħda naturali u oħra magħmula apposta għad-divertiment tat-tfal. 
·              Sar ammont konsiderevoli ta’ xogħol ta’ tisbiħ u landscaping.
·              Inżabru s-siġar kollha tal-ġnien, tpoġġiet ħamrija ġdida, kif ukoll 75 siġra u 3000 pjanti ġodda. 
·              Ġiet installata ukoll sistema totalment ġdida ta’ irrigazzjoni, bankijiet, bike racksu kontenituri tar-reċiklaġġ.
·              Fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi ffinaliżżata l-installazzjoni ġdida tad-dawl, kif ukoll iż-żona ta’ rikreazzjoni għat-tfal.
S’issa, in-nefqa totali hija ta’ madwar €670,000.

Seduta  201
25/02/2019

IL-GUDJA – TRIQ CASTAGNA FILIPPU - XOGĦLIJIET



9042. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni tinsab Triq Castagna Filippu fil-Gudja u x’passi se jittieħdu biex issir?

18/02/2019

ONOR. OWEN BONNICI: It-twegiba tinghata f'seduta ohra.

Seduta 201
25/02/2019

ĦAL TARXIEN – VJAL SIMMONS - XOGĦLIJIET




9043. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u għad iridu jsiru fi Vjal Simmons u Triq Betta Ħal Tarxien?

18/02/2019

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal tarxien li fi Vjal Simmons u Triq Betta, sar u għadu għaddej ix-xogħol ta’ Resurfacing.

Seduta 201
25/02/2019

ĦAL TARXIEN – TRIQ IS-SORIJIET U TRIQ SANTA TERESA - XOGĦLIJIET




9044. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq is-Sorijiet u Triq Santa Teresa f’Ħal Tarxien humiex se jsiru jew le mill-ġdid?

18/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali ta’ Ħal Tarxien li Triq is-Sorijiet mhux ħa ssir mil-kunsill imma min-naħa tal-Infrastructure Malta.

Intant infurmat li Triq Santa Tereża, qiegħda fil-pjanijiet biex issir min-naħa tal-Kunsill Lokali fil-futur qrib.

Seduta  201
25/02/2019

REĠISTRU GĦALL-PROTEZZJONI TAL-MINURI FIL-QRATI.



9045. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2018?

18/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fil-Qorti ta’ Malta  kien hemm 64 persuni reġistrati fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri fil-Qorti sal-aħħar tas-sena 2018. 

Tajjeb li jingħad li pero hemm 65 reġistrazzjoni peress li persuna waħda kienet reġistrata darbtejn b’żewġ sentenzi.

Seduta  201
25/02/2019

LAQGĦAT BARRA MILL-PAJJIŻ - ATTENDENZA



9046. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid f’kemm-il laqgħa attenda barra minn pajjiżna tul is-sena li għaddiet sija fi ħdan l-Unjoni Ewropea u sija għal laqgħat oħra?

18/02/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ attenda disgħa u sebgħin (79) laqgħa barra minn Malta matul l-2018.

Seduta  201
25/02/2019

BORMLA - KNISJA TA’ SAN PAWL – RESTAWR U TINDIF



9049. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex previst li l-Knisja ta’ San Pawl Bormla tiġi restawrata u mnaddfa?

18/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li l-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla, propjeta tal-Knisja, kienet ġiet irrestawrata fl-2002 u inawgurata fil-bidu tal-2003. Ix-xogħol kien ikkummisjonat mill-Uffiċċju tar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera, taħt id-direzzjoni teknika tat-Taqsima tar-Restawr.

Seduta  202
26/02/2019

BORMLA – TRIQ IL-PELLEGRINAĠĠ - BALAVOSTRI



9048. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-balavostri fi Triq il-Pellegrinaġġ, Bormla jitlestew?

18/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla illi fl-laqgħa li saret ftit tal-ġranet ilu tħabbar li x-xogħol fuq il-balavostri miexi u kif jitlestew ser jitkopmla x-xogħol. Il-Kunsill Lokali għamel pressjoni sabiex dan ix-xogħol jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.

Seduta  202
26/02/2019

LAQGĦAT BARRA MILL-PAJJIŻ - ATTENDENZA



9047. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid f’liema laqgħat barra minn pajjiżna attenda u huwa previst li jattendi tul din is-sena?

18/02/2019

ONOR. EDWARD SCICLUNA: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni rigward il-laqgħat li diġa saru s’issa matul is-sena 2019 qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għall-bqija tas-sena, il-Ministru ser jattendi kull laqgħa li titqies ta’ mportanza għal pajjiżna u l-finanzi tiegħu, inkluż dawk tal-Unjoni Ewropea, u ta’ Banek Internazzjonali għall-Iżvilupp.

Seduta 202
26/02/2019

19.2.19

KUNSILLI LOKALI – KARTA TAS-SERVIZZ TA’ KWALITÀ





8832. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-“Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità”/“Quality Service Charter”?

12/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninforma lill-Onor. Interpellent li l-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, il-Mosta u Ħal Għargħur huma dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom il-“Karta ta’ Servizz ta’ Kwalità”/“Quality Service Charter".

Seduta  198
18/02/2019


AWTORITÀ TAD-DJAR – APPLIKAZZJONI GĦALL-POST




8831. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 7280, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma dawk il-kriterji stabbiliti mill-Awtorità tad-Djar sabiex kull individwu jkun jista’ japplika għall-post?

12/02/2019


  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kriterji sabiex individwu jkun jista’ japplika għall-akkomodazzjoni soċjali huma s-segwenti :
1)           Ikun ċittadin Malti / tal-Unjoni Ewropea jew stat ta’ refuġjat;
2)           F’każ ta’ separazzjoni, is-separazzjoni għandha tkun finalizzata;
3)           Id-dħul ma jridx jeċċedi €10,000 għal persuna waħedha jew €12,000 + €700 għal kull wild taħt it-tmintax-il sena għal ġenitur wieħed/separat/koppja miżżewġa;
4)           F’każ ta’ aħwa li jgħixu flimkien, id-dħul tagħhom ikun ikkunsidrat daqs ta’ koppja miżżewġa;
5)           L-assi tal-applikant m’għandhomx jeċċedu t-€28,000 minn tliet snin qabel id-data tal-applikazzjoni;
6)           Irid ikun ilu residenti Malta għal 12-il xahar konsekuttivi matul l-aħħar 18-il xahar;
7)           Applikanti li jgħixu fil-kera privata, irid ikollhom titlu legali, jiġifieri irċevuta tal-kera dettaljata u kuntratt tal-kera validu.

Seduta  198
18/02/2019

SERVIZZ TAL-FAMILY THERAPY U S-SERVIZZ TA’ PSYCHOLOGY TEAM



8830. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenefikaw mis-Servizz tal-Family Therapy u s-Servizz ta’ Psychology Team matul is-sena li għaddiet? Hemm xi lista ta’ stennija għal dawn is-servizzi?

12/02/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi, matul l-2018, is-Psychological Services fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS), illi jiġbor fih tim multi-dixxiplinarju magħmul minn psikoterapisti, terapisti tal-familja, psikologi u counsellors, ħadem ma’ 320 individwu u 180 familja. Is-servizz jaħdem fuq bażi ta’ stennija u bħalissa hemm 15-il familja u 23 individwu jistennew illi jingħataw servizz.
Attwalment qed isir proċess ta’ reklutaġġ biex jimtlew postijiet vakanti ta’ 5 psikologi / psikoterapisti u 2 terapisti tal-familja.

Seduta  198
18/02/2019

JOBSPLUS – KORSIJIET GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ




8829. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus sabiex jgħinhom isibu impjieg matul is-sena li għaddiet? Fuqiex kien jikkonsisti l-kors u fejn sar?

12/02/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus kien ta’ 806, kif indikat fit-tabella hawn taħt:


Taħriġ
Numru li ġew offruti
Sheltered Employment Training
48
Pre-Employment Training
585
Taħriġ ieħor
173
Total
806


Il-Programm Sheltered Employment Training,li huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, jipprovdi taħriġ assistit għall-persuni b’diżabilità l-aktar severa bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi Job Coaches huma assenjati sabiex jissapportjaw lill-persuni li jattendu programm ta’ taħrig tul is-sena li jinkludi perjodu f’ambjent reali tax-xogħol. Dan it-taħriġ isir fil-fergħa ta’ Jobsplus l-Imsida u Għajnsielem Għawdex.

Il-Pre-Employment Traininghuwataħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabilità, komunikazzjoni, soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti. Dan it-taħriġ huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u jiġi offrut fil-fergħa ta’ Jobsplus Pembroke u Għajnsielem Għawdex.

Taħriġ ieħor li ġie offrut lill-persuni b’diżabilità matul l-2018 kien jikkonsisti f’:

·              Basic ICT Skills
·              Food Handling B
·              Award in First Aid
·              ECDL
·              Maltese Language for foreigners
·              Numeracy
·              Sage Accounts
·              Award for Call Centre Agents
·              Award in Principles of Gardening & Landscapes
·              Award in Principles of Plumbing
·              Award in Private Security Guard

Dan it-taħriġ isir f’Ħal Far kif ukoll f’Għawdex.

Seduta  198
18/02/2019


KUNSILLI LOKALI – ĦADDIEMA B’DIŻABILITÀ




8828. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b’diżabilità fil-Kunsilli Lokali? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-ħatriet tagħhom u f’liema kunsilli jaħdmu?

12/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Hawn taht hawn tabella li turi kemm hemm persuni bi b¿onnijiet speċjali f’kull Kunsill Lokali. L-Onor. Interpellant jifhem li l-ħatra ta’ dawn l-individwi m’għandiex tingħata għal protezzjoni tal-identita’ tagħhom. 

Kunsill Lokali
Ammont
Il-Belt Valletta
Nil
L-Imdina
Il-Birgu
1
L-Isla
Nil
Bormla
1
Ħal Qormi
2
Ħa¿-¯ebbug
Nil
Ħa¿-¯abbar
2
Is-Siġġiewi
Nil
I¿-¯ejtun
Ir-Rabat (G)
1
Ħ’Attard
Nil
Ħal Balzan
Birkirkara
Bir¿ebbuġa
Ħad-Dingli
1
Il-Fgura
Nil
Floriana
Il-Fontana
Il-Gudja
Il-G¿ira
Għajnsielem
1
L-Għarb
2
Ħal Għargħur
Nil
L-Għasri
Ħal Għaxaq
Il-Ħamrun
1
L-Iklin
Nil
Il-Kalkara
Ta’ Kerċem
1
Ħal Kirkop
Nil
Ħal Lija
Ħal Luqa
1
Il-Marsa
Nil
Marsaskala
1
Marsaxlokk
Nil
Il-Mellieħa
L-Imġarr                             
Il-Mosta
L-Imqabba
L-Imsida
Il-Munxar
In-Nadur
In-Naxxar
1
Paola
Nil
Pembroke
Tal-Pietà
1
Il-Qala
Nil
Il-Qrendi
Ir-Rabat (M)
Ħal Safi
1
San Ġiljan
Nil
San Ġwann
San Lawrenz
San Pawl il-Baħar
Ta’ Sannat
1
Santa Luċija
1
Santa Venera
Nil
Tas-Sliema
Is-Swieqi
Ta’ Xbiex
Ħal Tarxien
1
Ix-Xagħra
Nil
Ix-Xewkija

Ix-Xgħajra
1
I¿-¯ebbuġ
1
I¿-¯urrieq
Nil
L-Imtarfa


Total:
23


Seduta  198
18/02/2019

14.2.19

KUNSILL TAL-EWROPA - EUROPEAN CONVENTION ON SPECTATOR VIOLENCE AND MISBEHAVIOUR AT SPORTS EVENTS AND IN PARTICULAR FOOTBALL MATCHES- TRATTATI




8641. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ulterjuri ttieħdu wara t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7328 rigward l-implimentazzjoni tal-European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular Football Matches?

01/02/2019

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diskussjonijiet bejn il-Ministeri li taħthom taqa’ l-Konvenzjoni bl-isem ta’ ‘European Convention on Spectator Violence and Misbehaviour at Sports Events and in particular at Football Matches’ tal-1985, ġie deċiż li Malta ser tkun qed tħares lejn Konvenzjoni oħra bl-isem ‘Council of Europe Convention on an Integrated Safety, Security and Service Approach at Football Matches and Other Sports Events’ li tibni fuq il-Konvenzjoni li semma l-Onor. Interpellant filwaqt li tolqot objettivi ġodda.

Seduta  197
13/02/2019


12.2.19

RAPPORT TAL-AWDITUR ĠENERALI FUQ ĦRUĠ TA’ VIŻAS - PASSI




8640. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu b’referenza għar-rapport preżentat mill-Awditur Ġenerali dwar il-Konsolat tal-Alġerija ntitolat ‘An Investigation of Visa issued by the Maltese Consulate in Algiers’?

01/02/2019




  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninsab infurmat li l-Ministeru ħa l-passi korrettivi fuq il-proċedura wżata fil-Konsolat ġewwa l-Alġerija ħafna qabel ma ġie publikat ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.  L-istess rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma li l-Ministeru fiż-żmien li kienu saru l-allegazzjonijiet kien aġixxa b’mod korrett.  Dan l-imsemmi rapport jagħmel ukoll referenza għal rapport ta’ evalwazzjoni li kienet għamlet il-Kummissjoni Ewropea f’Settembru 2016 fejn anke hawn dan ir-rapport ma sab l-ebda rregolaritajiet ħlief xi wħud operazzjonali.

B’referenża għan-nuqqas ta’ riżorsi, din hija sfida li l-Ministeru ilu jħabbat wiċċu magħha snin twal u qed isiru l-isforzi biex nimpjegaw diplomatiċi ħalli jkunu jistgħu jservu kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta fid-diversi missjonijiet u konsolati li għandna.  Tajjeb li ngħid li fil-preżent ġewwa l-Konsolat tagħna fl-Alġerija hemm Commercial Attaché mibgħut mill-Malta Enterprise u Konslu ġdid li huwa Konslu tal-karriera.

Issa li r-rapport tal-Awditur Ġenerali ġie ppubblikat, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru se jkompli janalizza l-partijiet li huma relevanti għall-Ministeru tiegħi u mhux spekulattivi ta’ dan l-istess rapport, ħalli fejn nistgħu nkomplu ntejjbu l-operat konsolari.

Seduta  196
12/02/2019

EUROPEAN LANDSCAPE CONVENTION - RATIFIKAZZJONI



8639. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid jekk kemm-il darba hiex se tiġi ratifikata l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 176, “European Landscape Convention”?

01/02/2019

ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2010 il-Gvern ta’ dak iż-żmien kien iddeċieda li din il-Konvenzjoni ma tkunx ratifikata.

Seduta 196
12/02/2019

NEET – ŻGĦAŻAGĦ REĠISTRATI



8638. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ reġistrati bħala NEET (Not in Education, Employment or Training)preżentement?

01/02/2019

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indikatur tan-NEET jinħadem fuq informazzjoni ta’ sena kompluta u għaldaqstant l-aktar informazzjoni riċenti li teżisti hi għas-sena 2017.  F’din is-sena r-rata ta’ persuni ta’ bejn il-15 u l-24 sena li kienu meqjusin bħala NEET kienet ta’ 8.6%.

Seduta  196
12/02/2019

ĦAL TARXIEN – TRIQ SANTA MARIA - SPEJJEŻ



8637. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq Santa Maria f’Ħal Tarxien, li reċentement saret bit-tarmak?

01/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li mhux possibbli tingħata l-istima  għal kemm ġiet tiswa Triq Santa Marija, peress li l-proġett kollu kien jinkorpora fih ż-żona ta’ Triq Santa Marija, Triq Betta u Vjal Simmons. L-ammont globali tal-proġett kien ta’ €107,043.20.

Seduta  196
12/02/2019


ĦAL TARXIEN – TRIQ IL-KBIRA - SPEJJEŻ



8636. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq il-Kbira f’Ħal Tarxien, li reċentement saret bit-tarmak?

01/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li bħalissa għaddejja konsultazzjoni bejn il-periti taż-żewġ naħat, u għaldaqstant ix-xogħol ta din it-triq għadu mhux konkluż u mhux possibbli li jingħata l-ammont f’dan l-istadju.

Seduta  196
12/02/2019

ĦAL TARXIEN – TRIQ IL-FIRES - SPEJJEŻ




8635. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq il-Fires f’Ħal Tarxien, li reċentement saret bit-tarmak?

01/02/2019

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li Triq il-Fieres ġiet tiswa  €112,030.57.

Seduta  196
12/02/2019

11.2.19

RAĦAL IL-ĠDID – PENSJONANTI REĠISTRATI




8634. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7704 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Raħal il-Ġdid, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

01/02/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;




Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
466
175
47
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
187
24
85
Pensjoni Mhux Kontributorja
125
49
9
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
0
0
0

* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.

Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. 

Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Seduta  195
11/02/2019


FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...