19.2.19

JOBSPLUS – KORSIJIET GĦALL-PERSUNI B’DIŻABILITÀ




8829. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus sabiex jgħinhom isibu impjieg matul is-sena li għaddiet? Fuqiex kien jikkonsisti l-kors u fejn sar?

12/02/2019

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2018, in-numru ta’ persuni b’diżabilità li ġew offruti kors mill-Jobsplus kien ta’ 806, kif indikat fit-tabella hawn taħt:


Taħriġ
Numru li ġew offruti
Sheltered Employment Training
48
Pre-Employment Training
585
Taħriġ ieħor
173
Total
806


Il-Programm Sheltered Employment Training,li huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea, jipprovdi taħriġ assistit għall-persuni b’diżabilità l-aktar severa bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom għad-dinja tax-xogħol. Diversi Job Coaches huma assenjati sabiex jissapportjaw lill-persuni li jattendu programm ta’ taħrig tul is-sena li jinkludi perjodu f’ambjent reali tax-xogħol. Dan it-taħriġ isir fil-fergħa ta’ Jobsplus l-Imsida u Għajnsielem Għawdex.

Il-Pre-Employment Traininghuwataħriġ speċifiku li jiffoka fuq ħiliet ta’ impjegabilità, komunikazzjoni, soċjali, kif ukoll ħiliet għal ħajja indipendenti. Dan it-taħriġ huwa parzjalment iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni Ewropea u jiġi offrut fil-fergħa ta’ Jobsplus Pembroke u Għajnsielem Għawdex.

Taħriġ ieħor li ġie offrut lill-persuni b’diżabilità matul l-2018 kien jikkonsisti f’:

·              Basic ICT Skills
·              Food Handling B
·              Award in First Aid
·              ECDL
·              Maltese Language for foreigners
·              Numeracy
·              Sage Accounts
·              Award for Call Centre Agents
·              Award in Principles of Gardening & Landscapes
·              Award in Principles of Plumbing
·              Award in Private Security Guard

Dan it-taħriġ isir f’Ħal Far kif ukoll f’Għawdex.

Seduta  198
18/02/2019


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...