11.2.19

SANTA LUĊIJA – PENSJONANTI REĠISTRATI






8631. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 7709 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ pensjonanti reġistrati preżentement f’Santa Luċija, li d-dħul tal-pensjoni tagħhom huwa inqas minn €600 fix-xahar? Jista’ jindika wkoll kemm huma dawk il-persuni li qabżu s-sebgħin sena? Jista’ jindika kemm minnhom huma ta’ sess femminil?

01/02/2019

  ONOR. MICHAEL FALZON:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnu hija kif ġej;


Tip ta’ Pensjoni
Numru ta’ Pensjonanti
Pensjonanti li qabżu s-70 sena
Nisa
Irġiel
Pensjoni Kontributorja
154
42
9
Pensjoni Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
86
7
46
Pensjoni Mhux Kontributorja
27
6
1
Pensjoni Mhux Kontributorja (Pensjoni tas-Servizz)*
0
0
0

* Ibbażat fuq il-Pensjoni tas-Sigurtà Soċjali biss

Huwa importanti li tali statistika ma tiġix interpretata strettament f’termini taċ-ċifri mogħtija.

Il-persuni hawn fuq msemmija jista’ jkun li għandhom benefiċċji oħra bħal Għajnuna Supplimentari, Benefiċċju tal-Enerġija, Għajnuna Medika u l-Karta r-Roża li mhux ikkalkulati fid-dħul għall-fini tal-istatistika mitluba.

Fil-każ tal-persuni li qed ikunu kkwotati fit-tabella t’hawn fuq, li għandhom pensjoni tas-servizz, aktarx li dawn, meta tgħodd iż-żewġ pensjonijiet tagħhom, jaqbżu sew is-€600 fix-xahar.

L-istatistika pprovduta tinkludi wkoll każijiet fejn koppja miżżewġa, bejniethom ikollhom aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament ikunu qegħdin jidhru bħala żewġ persuni individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar. 

Iċ-ċifri mogħtija jinkludu wkoll nisa (jew ukoll irġiel f’xi każi) fejn żwieġhom (jew marthom) għandhom pensjoni li hi ogħla minn €600 fix-xahar u allura anke f’dawn il-każijiet, bejniethom ikollhom ħafna aktar minn €600 fix-xahar, iżda statistikament wieħed jew waħda mill-koppja jkunu qed jidhru bħala persuna individwali b’pensjoni ta’ anqas minn €600 fix-xahar.

Seduta  195
11/02/2019


No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...