12.2.19

RAPPORT TAL-AWDITUR ĠENERALI FUQ ĦRUĠ TA’ VIŻAS - PASSI




8640. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu b’referenza għar-rapport preżentat mill-Awditur Ġenerali dwar il-Konsolat tal-Alġerija ntitolat ‘An Investigation of Visa issued by the Maltese Consulate in Algiers’?

01/02/2019




  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninsab infurmat li l-Ministeru ħa l-passi korrettivi fuq il-proċedura wżata fil-Konsolat ġewwa l-Alġerija ħafna qabel ma ġie publikat ir-rapport tal-Awditur Ġenerali.  L-istess rapport tal-Awditur Ġenerali jikkonferma li l-Ministeru fiż-żmien li kienu saru l-allegazzjonijiet kien aġixxa b’mod korrett.  Dan l-imsemmi rapport jagħmel ukoll referenza għal rapport ta’ evalwazzjoni li kienet għamlet il-Kummissjoni Ewropea f’Settembru 2016 fejn anke hawn dan ir-rapport ma sab l-ebda rregolaritajiet ħlief xi wħud operazzjonali.

B’referenża għan-nuqqas ta’ riżorsi, din hija sfida li l-Ministeru ilu jħabbat wiċċu magħha snin twal u qed isiru l-isforzi biex nimpjegaw diplomatiċi ħalli jkunu jistgħu jservu kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta fid-diversi missjonijiet u konsolati li għandna.  Tajjeb li ngħid li fil-preżent ġewwa l-Konsolat tagħna fl-Alġerija hemm Commercial Attaché mibgħut mill-Malta Enterprise u Konslu ġdid li huwa Konslu tal-karriera.

Issa li r-rapport tal-Awditur Ġenerali ġie ppubblikat, nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru se jkompli janalizza l-partijiet li huma relevanti għall-Ministeru tiegħi u mhux spekulattivi ta’ dan l-istess rapport, ħalli fejn nistgħu nkomplu ntejjbu l-operat konsolari.

Seduta  196
12/02/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...