7.2.19

KUMMISSJONI ELETTORALI – ĠURAMENT GĦAL VOTAZZJONI KMIENI - PERSUNI



8620. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kummissjoni Elettorali hux se taħtar persuni barra minn Malta li quddiemhom jista' jittieħed ġurament skont l-Art. 77(3A)(a) tal-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali (Kap. 354) biex elettur jivvota kmieni fl-elezzjonijiet Ewropej u lokali f'Mejju li ġej bħalma kien ġara fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali?

01/02/2019



  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Kummissjoni Elettorali hija entita Kostituzzjonali indipendenti u ma taqax taht il-gurisdizzjoni tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew ta’ xi Ministeru iehor.

Seduta  193
05/02/2019

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...