8.12.18

NISA FID-DINJA TAX-XOGĦOL





7731. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni ta’ sess femminil li bdew jaħdmu fis-sena 2017?  Kemm minnhom bdew jaħdmu għall-ewwel darba u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew impjegati full-time u kemm ġew impjegati part-time?

05/11/2018





  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba u li reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar bejn Jannar u Diċembru 2017, fuq bażi ta’ Full-Time u Part-Time bħala xogħol ewlieni tagħhom, huwa kif muri fit-tabella hawn taħt:


Nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba bejn Jannar u Diċembru tal-2017
Nisa li reġgħu irritornaw fid-dinja tax-xogħol bejn Jannar u Diċembru tal-2017
Full-Time
Part-Time bħala xogħol ewlieni
Total
Full-Time
Part-Time bħala xogħol ewlieni
Total
6,169
3,290
9,459
813
886
1,699

Seduta  171
21/11/2018

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...