24.11.17

IL-ĠAPPUN – TRATTATI FFIRMATI





 
2443. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Jista’ l-Ministru jgħid x’trattati hemm iffirmati mal-Ġappun? Jista’ jgħid x’inizjattivi diplomatiċi ttieħdu wara l-aħħar vista tal-Prim Ministru Ġappuniż tul din is-sena?

13/11/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-Reġistru tat-Trattati hemm elenkat żewġ (2) trattati/ftehim iffirmati mal-Ġappun. Dawn huma:

·               Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ, 13 ta’ Novembru, 1968

·               Skambju ta’ Noti bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ġappuniz fuq il-faċilitazzjoni ta’ l-ivjaġġar bejn Malta u l-Ġappun, 5 ta’ Frar, 1973

Madankollu, ta’ min wieħed jinnota li dawn iż-żewġt ftehim kienu ġew abrogati mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.

Proposta li qed tiġi studjata miż-żewġ naħat hija l-arranġament bejn Malta u l-Ġappun dwar “working holidays” prinċipalment għal studenti u żgħażagħ.

Mil-lat ta’ kummerċ, bi pjaċir ninforma li, fis-6 u s-7 ta’ Settembru li għadda, l-Organizazzjoni għall-Kummerċ Extern tal-Ġappun (JETRO), preċizament, rappreżentanti mill-uffiċju tal-JETRO f’Milan, żaru Malta għall-sensiela ta’ laqgħat, faċilitati mill-Ministeru tiegħi, mal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar; mal-Malta Enterprise; mat-Trade Malta; u mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, bil-għan li nsaħħu il-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi f’dawn l-oqsma.

Jien ukoll kellu l-okkażjoni niltaqa’ mar-rapprezentanti tal-JETRO nhar is-6 ta’ Settembru fejn tkellimna dwar kif Malta u l-Ġappun jistgħu jqawwu l-impenn tagħhom favur iktar promozzjoni tal-kummerċ f’oqsma kummerċjali ġodda, minbarra dawk li diġa’ qed jikbsu suċċess kbir bħal ma’ huma l-akwakultura (b’mod partikolari l-bejgħ tat-tonn) u l-kummerċ awtomobilistiku.

Tajjeb insemmi wkoll li nhar is-6 ta’ Settembru stess ġiet wkoll imwaqqfa l-Kamra tal-Kummerċ bejn Malta u l-Ġappun bħala organizazzjoni mhux governattiva, b’sede f’Malta bil-għan li jissaħħaħ l-iskambju kummerċjali bejn Malta u l-Ġappun bl-appoġġ tal-Gvern Malti u dak tal-JETRO.

Seduta  55
21/11/2017

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...