13.10.16

PERSUNI LI JGĦIXU GĦAWDEX LI HUMA IMPJEGATI FUQ BAŻI PART-TIME.


 
27176. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jindika skont l-aħħar statistika kemm hemm persuni li jgħixu Għawdex li huma impjegati fuq bażi part-time? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time bħala wieħed prinċipali? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time tagħhom flimkien ma’ full time? Jista’ jindika wkoll kemm hemm irġiel u nisa separatament?

02/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016 in-numru ta’ persuni li jgħixu Għawdex u li kienu impjegati fuq bażi part time kien ta’ 4,092 persuna. Minn dawn kien hemm 2,163 persuna li kellhom impjieg part time bħala xogħol ewlieni u 1,929 persuna li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.

Rigward kemm hemm irġiel u nisa separatament, l-informazzjoni hi kif ġej:

Persuni li jgħixu Għawdex
Rġiel
Nisa
Total
Part Time bħala xogħol ewlieni
938
1,225
2,163
Part Time kif ukoll Full Time
1,461
468
1,929
Total
2,399
1,693
4,092

Seduta  426
12/10/2016

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...