11.10.16

MONTE DI PIETÀ – DEHEB DEPOŻITAT TAĦT L-ISKEMA TA’ RAHAN F’IDEJN IL-GVERN


 
27169. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Finanzi: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà sal-aħħar ta’ Lulju 2016 u jista’ jinforma lill-Kamra liema hu l-ixjeħ rahan u li għadu veljanti u li ma nġabarax sal-aħħar tas-sena li għaddiet?

02/08/2016

  ONOR. EDWARD SCICLUNA:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar ta’ Lulju 2016 kien hemm 3,115 depożitu ta’ deheb depożitat taħt l-iskema ta’ rahan f’idejn il-Gvern fil-Monte di Pietà u l-ixjeħ depożitu ta’ rahan li għadu ma nġabarx ilu depożitat mill-1981.

Seduta  425
11/10/2016

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...