11.10.16

NISA LI JAĦDMU FUQ BAŻI PART TIME



 
27171. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jindika skont l-aħħar statistika kemm hemm persuni ta’ sess femminili li huma impjegati fuq bażi part-time? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time wieħed prinċipali? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time tagħhom flimkien ma’ full time?

02/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016,  in-numru ta' nisa li kienu impjegati fuq bażi part-time kien ta’ 28,503. Minn dawn kien hemm 20,472 mara li kellha impjieg part-time bħala xogħol prinċipali u 8,031 mara li kellha impjieg part-time kif ukoll full-time.

Seduta  425
11/10/2016

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...