20.10.16

PERSUNI REĠISTRATI BĦALA THIRD COUNTRY NATIONALS LI QEGĦDIN JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL




27181. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid, sal-aħħar statistika li għandu d-dipartiment relattiv, kemm kien hemm persuni li huma reġistrati bħala Third Country Nationals li qegħdin jirreġistraw għax-xogħol f’pajjiżna? Jista’ jindika dettaljatament ta’ liema nazzjonalità huma?

02/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ Awwissu 2016 kien hemm 49 persuna jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru bħala Third Country Nationals. Dwar ta’ liema nazzjonalità huma, l-informazzjoni hi kif ġej:  

Nazzjonalità
Reġistranti
Ċina
1
Eġittu
3
Eritrea
1
Etjopja
1
Ghana
1
Indja
1
Iran
1
Ġordan
1
Libja
20
Mali
1
Niġerja
1
Palestina
2
Filippini
2
Federazzjoni Russa
3
Serbja
3
Sierra Leone
1
Somalja
1
Sirja
3
Ukrajna
2
Total
49

Seduta  427
17/10/2016

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...