10.10.16

HERITAGE MALTA - KOLLEZZJONI TA’ MAPEP


27164. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 22560 dwar kollezzjoni ta’ mapep, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra xi żviluppi jew passi ulterjuri ttieħdu sabiex din tiġi esebita permanentement flimkien mal-oħrajn li jinsabu f’idejn Heritage Malta?

02/08/2016

  ONOR. OWEN BONNICI:  Il-mapep imsemmija se jkunu parti mill-wirja permanenti f’MUZA fuq sistema ta’ rotazzjoni skont prassi mużeografiċi moderni. Dawk li ma jkunux esibiti jkunu wkoll aċċessibbli għar-riċerkaturi u l-pubbliku ġenerali. Jiġu organizzati wkoll wirjiet speċjalizzati minn żmien għal żmien.

Il-proġett MUZA għandu jiġi inawgurat fl-2018. 

Seduta  424
10/10/2016

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...