20.10.16

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – TALBIET LILL-KUMMISSARJU TAD-DATA U L-INFORMAZZJONI DWAR L-OPERAT TAL-MINISTERU



27183. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum, rigward l-operat tal-Ministeru, dekasteru u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu? Jista’ jindika l-eżitu tagħhom?

02/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li kien hemm tliet talbiet li saru lill-Kummissarju tad-Data u l-Informazzjoni mill-1 ta’ Ottubru 2015 sal-lum rigward l-operat tal-Ministeru.  Waħda minnhom hija pendenti, oħra nqatgħet favur min għamel it-talba u ngħatat l-informazzjoni, u oħra nqatgħet favur il-Ministeru.

Ma kien hemm l-ebda talbiet min-naħa tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru.

Seduta  427
17/10/2016

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...