10.10.16

RAĦAL ĠDID – VJAL SIR PAUL BOFFA – ŻABAR TA’ SIĠAR




27165. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 22561, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra meta l-aħħar li ġew miżbura s-siġar li jinsabu fi Vjal Sir Paul Boffa, Raħal Ġdid u jgħid jistax jiġu mdaħħla fil-programm biex fix-xhur li ġejjin jiġu miżbura?

02/08/2016

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn is-siġar ġew miżbura l-aħħar fil-21 ta' April 2016. Din it-triq tagħmel parti mill-programm ta’ żbir f’Malta u żabra oħra jmiss li ssir  fil-ġimgħat li ġejjin.

Seduta  424
10/10/2016

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...