11.10.16

PERSUNI LI LAĦQU L-ETÀ TAL-PENSJONI LI HUMA IMPJEGATI FUQ BAŻI PART-TIME.


 
27174. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jindika skont l-aħħar statistika kemm hemm persuni li laħqu l-età tal-pensjoni li huma impjegati fuq bażi part-time? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time wieħed prinċipali? Jista’ jindika kemm minnhom għandhom l-impjieg part-time tagħhom flimkien ma’ full time?

02/08/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2016 kien hemm 6,494 persuna li laħqu l-età tal-pensjoni u li kellhom impjieg part time. Minn dawn kien hemm 5,907 persuni li kellhom impjieg part time bħala wieħed prinċipali u 587 li kellhom impjieg part time kif ukoll full time.

Seduta  425
11/10/2016

No comments:

IL-FURJANA – TRIQ ĠNIEN DANTE ALIGHERI – SIĠAR TAĊ-ĊITRU

17508. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-m...