10.10.16

INTERNATIONAL LABOUR ORGANISATION



27166. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’ġie diskuss fl-aħħar laqgħat tul din is-sena mal-International Labour Organisation, min attenda għalihom u xi proġetti jew programmi hemm  preżentament għaddejjin mal-istess organizzazzjoni?

02/08/2016

  ONOR. HELENA DALLI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li waqt il-konferenza annwali tal-International Labour Organisation li saret f’Ġinevra f’Mejju u Ġunju 2016 ġew diskussi dawn it-temi fil-kumitati rispettivi tagħhom:

·              Xogħol diċenti fi “global supply chains”,
·              Reviżjoni ta’ Rakomandazzjoni dwar xogħol diċenti waqt it-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ gwerra għal dik ta’ paċi,
·              Evalwazzjoni tal-impatt tad-Dikjarazzjoni tal-ILO fuq Ġustizzja Soċjali għal Globalizzazzjoni Xierqa.

Il-Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili attendiet u indirizzat is-sessjoni plenarja tal-konferenza. Għal din il-konferenza attendew ukoll uffiċjali mill-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili u   mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg, uffiċjali minn trade unions u mill-assoċjazzjonijiet ta’ min iħaddem.   Preżentement ma hemmx proġetti jew programmi għaddejjin mal-istess organizzazzjoni.

Seduta  424
10/10/2016

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...