23.6.15

MEETING OF DIRECTORS GENERAL FOR SCHOOLS.





16821. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15516, jista’ l-Ministru jgħid x’ġie diskuss fil-Meeting of Directors General for Schools fis-sessjonijiet ta’ Marzu u ta’ Novembru 2014 li għalihom attendew uffiċjali tal-Ministeru?

09/06/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fil-laqgħat għad-Diretturi Ġenerali tal-Edukazzjoni ta’ Marzu u Novembru 2014 ġie diskuss dan li ġej:

Laqgħa tat-12 u t-13 ta’ Marzu 2014 f’Ateni
Matul il-laqgħa ġie diskuss:
·               Tagħrif mill-iskejjel dwar l-istocktaking ta’ nofs it-term għal ET2020
·               Konklużjonijiet tal-Kunsill fuq l-Edukazzjoni tal-għalliema
·               Peer Review: kien hemm gruppi li ddiskutew :

             It-tnaqqis tat-tluq kmieni mill-iskola: tifsil u implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali
             Żieda fl-aċċess ġenerali għall-Edukazzjoni bikrija (Early Childhood Education and Care) ta’ kwalità għolja: sfidi u tweġibiet dwar il-kwalità tal-ECEC
             Titjib fil-ħiliet tal-bażi u tnaqqis ta’ livelli baxxi ta’ riżultati:  tifsil u implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali li jikkumbattu riżultati foqra.

·               Il-Qasam Ewropew ta’ Ħiliet u Kwalifiċi
·               Erasmus + : Esperimentazzjoni ta’ politika
·               L-Aġenda tal-Presidenza Taljana dwar l-iskejjel

Laqgħa tal-20 u l-21 ta’ Novembru 2014 f’Verona
Din il-laqgħa ddiskutiet:
·               It-tluq kmieni mill-iskola (ESL) u preżentazzjoni tar-riżultati prinċipali tar-rapport Eurydice fuq l-ESL b’attenzjoni speċjali għall-Guidance u mill-Presidenza Taljana;
·               L-ewwel riżultati tal-konsultazzjoni ET 2020 u l-implikazzjonijiet tagħhom għas-settur tal-iskejjel u għar-riflessjoni min-naħa ta’ kull min hu kkonċernat;
·               Konsultazzjoni fuq il-Qasam Ewropew ta’ Ħiliet u Kwalifiċi u l-implikazzjonijiet għall-qasam tal-iskejjel;
·               Sfidi fit-taħriġ professjonali tal-għalliema u fil-metodoloġiji ta’ tagħlim kif joħorġu mir-riżultati tat-TALIS, b’attenzjoni speċjali għar-riżultati tal-Italja;
·               Rapporti fuq l-Edukazzjoni bikrija (Early Childhood Education and Care);
·               Tagħrif fuq il-programm ta’ ħidma Erasmus + għall-2015 u fuq il-prijoritajiet ta’ Policy

Seduta  280
23/06/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...