16.11.15

IL-FGURA - XOGĦLIJIET.





20804. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u qed isiru f’din il-leġiżlatura fil-Fgura? Jista’ jgħid kemm intefqu jew mistennija jintefqu flus fuq dawn ix-xogħlijiet?

05/11/2015

  ONOR. JOE MIZZI:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru mid-Dipartiment tax-xogħlijiet fil-Fgura huwa xogħol ta’ tqeghid ta’ madum u xogħol estensiv ieħor f’dar il-Wens, li jammonta’ għal €28,249.17. Sar ukoll xogħol infrastrutturali ieħor li jammonta għal €1,224.68.

Barra Minn hekk, Transport Malta, minnbara diversi xogħlijiet żgħar f’din il-lokalita’, saru dawn ix-xogħlijiet:

- Triq R. Paravecchia / Sigmondu Savona, Fgura - €230,182 (Estimate)
- Triq Valperga, Fgura - €71,843.54 (Estimate)

Saru ukoll erbgħa parkeġġi riżervati għal persuni b’ diżabbilita’ u ħames kaxxi KEEP CLEAR għal aċċess tas-siġġu tar-roti. Għal dawn ix-xogħlijiet intefqu €410.

Seduta  325
16/11/2015

No comments:

DIRETTIVI TAL-UNJONI EWROPEA LI ĠEW IMPLIMENTATI

18540. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal: Jista’ l-Ministru jgħid x’dire...