20.4.23

MCAST – LIBRERIJA – XIRI TA’ KOTBA

7676. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6857 dwar il-Librerija tal-MCAST, jista’ l-Ministru jassigura lill-Kamra li tul din is-sena jinxtraw aktar kotba minn dawk li nxtraw is-sena li għaddiet?

 

24/03/2023

 

ONOR. CLIFTON GRIMA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għandi, bħalma sar kull sena, l-MCAST ser tkompli tagħmel l-investiment li hemm bżonn għall-ġid tal-istudenti tagħha, fosthom fil-librerija, numru ta’ kotba, software modern li jintuża kemm għal-librerija pubblika kif ukoll akkademika, library cards u printer biex dawn jiġu stampati għall-pubbliku, security gates u sistema ta’ self check-out.

 

Seduta  111

18/04/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...