20.4.23

TAS-SLIEMA – HIGH STREET – BANKINA MKISSRA

7673. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jara jekk huwiex possibbli li l-bankina mkissra u li minħabba fiha waqgħu numru ta’ anzjani f’High Street, Sliema, ħdejn il-Wembley, tiġi rranġata?

 

24/03/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tas-Sliema li bħalissa għaddejjin xogħlijiet fis-sit tal-ex-‘Regina Hotel’ u hemm hoarding in-naħa l-oħra tat-triq. B’hekk infurmat li ammont ta’ trakkijiet illi jidħlu u joħorġu fis-sit imsemmi, minħabba l-ħwienet illi hemm fil-viċinanza qed ikollhom jitilgħu fuq il-bankina.

 

Intant infurmat li l-Kunsill Lokali qed iressaq talba lill-Awtorità tal-Ippjanar, li tniedi d-Development Planning Fund, sabiex fondi li ġew approvati lill-Kunsill fuq il-proġett fil-parti l-oħra tat-triq, minflok jintużaw sabiex isiru xogħlijiet urġenti ġewwa l-parti ta’ Triq il-Kbira illi qed jagħmel referenza għaliha l-Onor. Interpellant.

 

Seduta  111

18/04/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...