21.1.15

Il-Gvern jikkonferma li mietet anzjana fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei



Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mis-saħħa Chris Fearne beża' jidher quddiem il-media biex jitkellem dwar il-każ tal-mewt tal-anzjana fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei iżda bagħat lill-Kap Eżekuttiv tal-istess Sptar Ivan Falzon biex jiffaċja ċertu sezzjonijiet tal-media biex iwieġeb hu għall-mistoqsijiet.

Chris Fearne qed jisparixxi mill-media u ma jitkellem xejn dwar is-sitwazzjoni diżastruża li hemm fl-Isptar Mater Dei. Dak li qed jesperjenzaw bħalissa l-pazjenti fl-Isptar hu bla preċedent.

Ix-Shadow Minister tas-Saħħa Claudette Buttigieg għadha qed tistenna lis-Segretarju Parlamentari Fearne jwieġeb id-diversi mistoqsijiet li għamlet hi aktar kmieni llum dwar il-faċilitajiet sanitarji fiż-żona ta' fejn mietet l-anzjana, dwar in-nuqqas ta' privatezza li għandhom il-pazjenti, kif ukoll dwar x'sar minnha r-roadmap li kellha tiġi attwata ladarba l-Partit Laburista jkun fil-Gvern.

Hija ħasra wkoll li dan il-pajjiż spiċċa f'sitwazzjoni fejn il-Gvern jagħżel lil min irid hu biex jattendi għall-konferenzi tal-aħbarijiet u flok jibgħat sejħa għall-ġurnalisti b'mod normali, iċempel fil-kmamar tal-aħbarijiet magħżulin min hu.
20.01.14

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...