21.1.15

Stqarrija konġunta maħruġa mill-Partit Laburista u mill-Partit Nazzjonalista


Iż-żewġ partiti politiċi ewlenin bi ftehim bejniethom iħabbru li l-kampanji elettorali rispettivi tagħhom għall-Elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, se jibdew b’effett mill-Ħadd 8 ta’ Marzu 2015.

B’rispett ukoll lejn it-tradizzjonijiet kulturali u reliġjuzi tal-poplu Malti u Għawdxi, ntlaħaq ukoll ftehim li ma jkun hemm l-ebda kampanjar elettorali nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Marzu 2015 - Jum id-Duluri, u bejn l-Erbgħa l-1 ta’ April sal-Ħadd 5 ta’ April 2015 - Jum l-Għid, iż-żewġ ġranet inklużi.

Iż-żewġ partiti qablu wkoll li waqt it-tqassim tad-dokumenti tal-votazzjoni tar-Referendum, mhumiex se jagħmlu użu mill-Aġenti tal-Partiti (Voting Document Distributors), minkejja li dan huwa permess mill-liġi applikabbli.
21.01.15

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...