23.1.15

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – IMPJIEG/INGAĠĠ TA’ PERSUNI.



13580. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni ġew impjegati u ingaġġati mill-Ministeru u mid-dekasteri varji li jaqgħu taħtu fl-2014?

16/01/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fid-Direttorati/Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi fl-2014 ġew impjegati 618-il persuna li minnhom 467 ġew impjegati bħala Għalliema, Supply Teachers, Supply Learning Support Assistants u Supply Kindergarten Assistants fl-iskejjel. Kien hemm ukoll l-ingaġġ ta' 40 Edukaturi tal-Adulti fuq bażi part-time mad-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja.

Rigward l-entitajiet li jiffurmaw parti minn dan id-dekasteru, ħlief għall-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi (FES) li l-informazzjoni dwarha qed tingħata fil-paragrafu li jmiss, infurmat li fl-2014 ġew impjegati 381 persuna, fosthom 81 mal-MCAST, 101 mal-Università ta' Malta,  u 156 mal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC) li 143 minnhom fuq kuntratt definit.

Rigward l-FES, fl-2014 din il-Fondazzjoni impjegat 131 persuna bħala external recruits kemm full-time kif ukoll part-time, u wkoll 1,361 persuna li ġew ingaġġati fuq kuntratt definit bejn l-1 ta' Ġunju 2014 u t-30 ta' Settembru 2014 sabiex jaħdmu fuq bażi part-time fiċ-centri tal-Klabb 3-16 u Skola Sajf 2014.

Seduta  230

21/01/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...