21.1.15

L-Oppożizzjoni tibqa’ tinsisti li l-kuntratti għandhom jiġu ppubblikati qabel id-dibattitu Parlamentari

Ilbieraħ filgħaxija, l-Gvern ma kellux triq oħra ħlief li jċedi għall-pressjoni li saret mill-Oppożizzjoni li d-dibattitu dwar l-enerġija ma jsirx qabel il-Gvern jippubblika l-kuntratti kollha li ffirma b’rabta mal-enerġija.

Il-fatt li l-Gvern baqa’ jitrateni u baqa’ jinsisti li jmur għad-dibattitu mingħajr ma jippubblika l-kuntratti jagħti x’jifhem li l-kuntratti jintnu u li l-Gvern għandu x’jaħbi. Il-Gvern għamel kull attentat biex jagħmel dibattitu Parlamentari mingħajr mozzjoni, xi ħaġa li mhix skont il-prassi Parlamentari sakemm ma jkunx hemm qbil bejn iż-żewġ naħat.

Dan mhux aġir ta’ Gvern li wiegħed li se jkun l-aktar Gvern trasparenti fl-istorja.
L-Oppożizzjoni se tibqa’ tinsisti li qabel isir id-dibattitu, l-Gvern jippubblika kull kuntratt li għamel dwar l-enerġija.
14.01.15

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...