27.1.15

PERSUNI LI JIRĊIEVU PENSJONI.



13622. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien hemm persuni li kienu qed jirċievu xi forma ta’ pensjoni fl-aħħar sena 2014?

20/01/2015

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli interpellant lin-numru ta’ persuni li kienu jirċievu xi forma ta’ pensjoni matul is-sena 2014 kien ta’ 92,133 skont it-tabella t’hawn taħt.

Inżid li hemm numru ta’ persuni li minħabba li matul is-sena msemmija nbidlet it-tip ta’ pensjoni li kellhom dritt għaliha, qegħdin jidhru darbtejn fl-ammonti murija.  Hemm ukoll uħud li jkollhom dritt għall-pensjoni kontributorja b’rata anqas minn dik tal-eta’ mhux kontributorja u għalhekk jieħdu wkoll id-differenza minn din ta’ l-aħħar.

Sena 2014
Tip ta’ pensjoni
Numru ta’ pensjonanti
Pensjoni Kontributorja għall-Irtirar
61,495
Pensjoni għar-Romol
16,981
Pensjoni għall-Invalidità
5,363
Pensjoni għall-Età Mhux Kontributorja
5,353
Pensjoni għall-Disabilità
2,795
Pensjoni għall-Wens
146

Seduta  232

27/01/2015

No comments:

FEJN SEJRIN?

1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika...