17.1.24

NIKARAGWA - PERSEKUZZJONI FIL-KONFRONT TAL-KNISJA KATTOLIKA - POŻIZZJONI LI TTIEĦDET MILL-ISTAT MALTI

14469. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: In vista tal-arresti u persekuzzjoni li għaddejja fin-Nikaragwa fil-konfront tal-Knisja Kattolika, jista’ l-Ministru jgħid x’pożizzjoni ttieħdet mill-Istat Malti?

 

03/01/2024

 

ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Malta tinsab imħassba ħafna bis-sitwazzjoni li qed tmur għall-agħar fin-Nikaragwa fejn membri tal-Knisja Kattolika qed jiġu ppersegwitati u mċaħħda mil-libertà tagħhom speċjalment matul il-perjodu tal-Milied. Inħeġġeġ lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa biex jeħilsu lil dawk il-membri tal-kleru li ġew detenuti inġustament u jimpenjaw ruħhom fi triq ta’ djalogu biex jegħlbu kwalunkwe diffikultajiet.

 

Seduta  193

10/01/2024

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...