13.1.24

FURJANA - TRIQ FRANGISK SAVER FENECH – ĠBIR TA’ ŻEBBUĠ

14465. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ż-żebbuġ li hemm fis-siġar taż-żebbuġ fi Triq Frangisk Saver Fenech, il-Furjana, jiġu miġbura?

 

03/01/2024

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana li l-parir li ngħata lill-Kunsill dwar il-ġbir taż-żebbuġ huwa li dan m’għandux jinġabar wara Ottubru għax wara dan iż-żmien ma jibqax tajjeb u għaldaqstant m’hemmx ħsieb li dan jinġabar.

 

Seduta  192

09/01/2024

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...