16.1.24

MARSAXLOKK - TRIQ SANTA KATARINA - XOGĦLIJIET

14458. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser isir ix-xogħol neċessarju fi Triq Santa Katarina ġewwa Marsaxlokk peress illi għandha bżonn u hija użata sew?

 

03/01/2024

 

ONOR. CHRIS BONETT:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Santa Katerina hija fost il-lista ta’ toroq li l-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk ppropona lil Infrastructure Malta biex twettaq xogħlijiet fihom. Ix-xogħlijiet jikkonsisti f’bini tat-triq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sottobażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq li l-Kunsill Lokali ppropona.

 

Seduta  194

15/01/2024

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...