19.1.16

ĦADDIEMA LI GĦANDHOM KUNTRATTI MA’ OPERATURI FIL-QASAM TAS-SAĦĦA – RATA TA’ PAGA



 
22564. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-paga, kull siegħa, tal-ħaddiema li għandhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom ma’ operaturi u/jew kuntratturi li jagħtu servizz fil-qasam tas-saħħa wara sejħa għall-offerti fl-1 ta’ Jannar 2012, fl-1 ta’ Jannar 2013, fl-1 ta’ Jannar 2014, fl-1 ta’ Jannar 2015 u fl-1 ta’ Jannar 2016? X’kienet ir-rata tal-ħlas għal dawn l-istess gradi f’kull każ ta’ sahra matul il-ġimgħa, sahra l-Ħadd u sahra fil-Festi Pubbliċi għal kull siegħa?

15/01/2016

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba, li tikludi informazzjoni dwar ħaddiema li għandhom kuntratti ma’ Operaturi fil-qasam tas-Saħħa, ġewwa r-Residenza San Vinċenz u d-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunita’, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Seduta  346
19/01/2016

No comments:

KUNSILL LOKALI RAĦAL ĠDID - ILMENTI U SUĠĠERIMENTI

18033. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm i...