20.1.16

INTERNATIONAL LABOUR ORGANISATION - LAQGĦAT







22567. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid x’ġie diskuss mal-International Labour Organisation tul is-sena li għaddiet u għal kemm-il laqgħa u għal liema laqgħat attendiet l-Ministru jew uffiċjali fi ħdan il-Ministeru tagħha?



15/01/2016



  ONOR. HELENA DALLI:  Ninforma lill-Onor Interpellant li b’kollox attendejt għal żewġ laqgħat. Waqt il-konferenza annwali tal-International Labour Organisation li saret f’Ġinevra f’Ġunju 2015 ġew diskussi dawn it-temi fil-kumitati rispettivi tagħhom:


·               l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni tal-ħaddiema mill-ekonomija informali għal ekonomija formali


·               il-ħolqien ta’ xogħol produttiv u deċenti f’intrapriżi żgħar u medji


·               l-objettivi strateġiċi tal-protezzjoni soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol



Bħal ma jsir kull sena, attendejt u indirizzajt is-sessjoni plenarja tal-konferenza fil-waqt li uffiċjali mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg attendew għas-sessjonijiet plenarji u għall-laqgħat tal-kumitati dwar ‘l-iffaċilitar tat-tranżizzjoni tal-ħaddiema mill-ekonomija formali għal ekonomija informali’ u ‘il-ħolqien ta’ xogħol produttiv u deċenti f’intrapriżi żgħar u medji’.


Laqgħa oħra li attendejt għaliha saret f’Dubrovnik f’April 2015 li fiha ġew diskuss l-isfidi li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri  u pajjizi oħra tal-Ewropa fil-ġlieda tagħhom kontra l-aspett mifrux ta' xogħol mhux iddikjarat u l-konsegwenzi li dan iġib miegħu fuq l-impjieg u t-tkabbir ekonomiku.



Seduta  347

20/01/2016

No comments:

ITTRI MID-DEŻERT

1. Mhux faċli tifhem dejjem l-għażliet ta’ bnedmin oħra. Trid ħafna ħin, speċjalment ma’ dawk li jagħmlu għażliet differenti. Tieqaf t...