28.3.23

RAĦAL ĠDID – PJAZZA QUDDIEM IL-KNISJA TA’ GĦAJN DWIELI - XOGĦLIJIET

6353. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet matul din is-sena sabiex tiġi rranġata aħjar il-pjazza li hemm quddiem il-Knisja ta’ Għajn Dwieli, Raħal Ġdid u jgħid ukoll jekk jistgħux jinbidlu l-balavostri li qed jitmermru?

 

09/02/2023

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid li x-xogħlijiet imsemmija, inkluż t-tqegħid ta' balavostri ġodda, ser isiru mid-dipartiment kkonċernat fil-ġranet li ġejjin.

Għaldaqstant ikun aktar opportun jekk l-Onor. Interpellant jirreferi l-interpellanza tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.

 

Seduta  89

14/02/2023

No comments:

TKAXKIRA TAJBA

1. Il-pożizzjoni politika għall-Partit Konservattiv Ingliż mhijiex tajba wisq. Tul is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd filgħodu daħlu diversi ...